Saturday, July 30, 2016

IFLAC Anti-Terror and Peach Anthology 2016

IFLAC (International Forum for the Literature and Culture of Peace) Anti-Terror and Peace Anthology 2016 is out in e-book format on Amazon.com. This is an ambitious and successful project which puts together the works of writers from 23 different countries, including Malta. Ada Aharoni is Editor in Chief.

Included are 3 of my works:
1. an interview with Ada Aharoni;
2. a poem, Rwanda 1994;
3. a set of 6 haiku about the Anti-Terror theme.

I have been assigned the 3rd Prize for the Haiku Contest organized by IFLAC. The winning haiku is the following:

"Trees shedding blood tears
dead leaves lying all around
wind howls, "No TERROR!"

Many thanks IFLAC. No for terrorism! Yes for Peace and mutual Respect.

People interested in buying the Antology: 

https://www.amazon.com/ANTI-TERROR-PEACE-IFLAC-ANTHOLOGY-ebook/dp/B01GK74UKC/ref=sr_1_1?ie=UTF8&qid=1469891467&sr=8-1&keywords=iflac+anthology

Friday, June 24, 2016

Jitkellem Charles Magro f'intervista tal-2008

Intervista li jiena kont għamilt lil Charles Magro fis-sena 2008 u li kienet dehret fil-Paġna Letterarja ta' IL-ĠENS ILLUM:

(Charles Magro: 26 ta' Settembru 1943 - 24 ta' Ġunju 2016)

Ara wkoll: http://ghpm.blogspot.com.mt/2016/06/charles-magro-1943-2016.html

M.               Meta, u fejn, twelidt?

T.                  Meta missieri, Victor,  iżżewweġ lil ommi, Ċettina, il-Gwerra kienet fl-eqqel tagħha, 1941.  Missieri kien Steward fin-Navy Ingliża, u kien stazzjonat Kalafrana.  Għalhekk, ommi u missieri marru joqogħdu Birżebbuġa, fejn twelidna jien u oħti, Marion.  Jien twelidt fis-26 ta’ Settembru 1943, u oħti sena warajja.  It-tnejn tgħammidna fil-parroċċa ta’ San Pietru. 

Missieri kien minn Bormla, u ommi mill-Birgu.  Ma tantx domna Birżebbuġa, għax malli twelidt jien missieri daħal jaħdem id-Dockyard, u morna noqogħdu Bormla, fejn għexna sakemm jien kelli xi tlettax-il sena.  Bormla twieldu oħti Mary Grace u ħija Paul.

Minn Bormla morna l-Isla, u jien għext hemm sakemm iżżewwiġt lil Monica, imwielda Tanti, minn Ħal Tarxien, fl-24 ta’ Diċembru 1972.

Mill-erbat aħwa jien biss iżżewwiġt.  Fil-familja tagħna kellna ħafna xebbiet u ġuvintur li ma żżewġux.  Monica u jien kellna tifla waħda, Lorraine, illum miżżewġa lil Michael, mill-Qrendi, u għandhom tifel, Matthias, li għandu ħames snin.

Sa tliet snin ilu konna għadna familja sħiħa.  Binti għamlet lil missieri u ommi bużnanniet.  Iżda fil-31 ta’ Jannar 2004 mietet ommi, u fis-17 ta’ Awwissu 2007 miet missieri.  It-tnejn mietu ta’ 88 sena.

M.               Meta bdejjt tinnamra mal-poeżija, u liema kienet l-ewwel poeżija li ktibt?

T.            Nistqarr li l-poeżija kienet iddejjaqni, u rari kont naqraha, anqas fil-gazzetti fejn kienet tkun xi drabi ppubblikata.  Jista’ jkun li ħtija ta’ dan hu l-fatt li fl-iskejjel tagħna konna niġu mġiegħla nistudjaw il-poeżiji bl-amment.  Jekk l-istudent ma kienx ikun kapaċi jdaħħal il-poeżija f’moħħu kien jiġi mġiegħel jikkopja l-poeżija għal xi għoxrin darba.

            Bdejt nieħu gost nisma’ l-poeżija tinqara, imbagħad, u nistudjaha bis-serjetà, matul il-Kors tal-Baċellerat fl-Università.  Wieħed mill-għalliema tagħna kien il-Profs. Franco Lanza, li lil Dante kien jirreċtah.  Saħħritni ukoll il-poeżija ta’ Giacomo Leopardi, tant li uħud mill-poeżiji tiegħu kont naqrahom kuljum qabel norqod.

Il-Profs. Oliver Friggieri, imbagħad, għallimni nħobb dak li hu Malti permezz tal-poeżija tal-Poeta Nazzjonali Malti Dun Karm Psaila.  Permezz tal-poeżija ta’ Dun Karm tgħallimt infittex it-tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-ħajja fl-għeruq ta’ l-identità Maltija.

Bdejt nikteb il-poeżija tard ħafna fil-ħajja.  Niftakar li l-ewwel tliet poeżiji li ktitbt talbuhomli l-mexxejja tal-Għaqda Poeti Maltin biex inkun nista’ nsir Membru tal-Għaqda.  Dawn il-poeżiji ġew iġġudikati li kellhom ċertu livell, u għalhekk ġejt aċċettat fl-Għaqda.  Dan kien fl-1983, u mill-ewwel inħtart Segretarju tal-Għaqda Poeti Maltn, u għadni nżomm din il-kariga sa llum.

Dawk l-ewwel poeżiji li ktibt kienu tajbin biżżejjed biex ġew tradotti għall-Ingliż min-Nutar, Poeta, Prożatur u Politiku, Dr. Vincenzo Maria Pellegrini, u sabu ruħhom f’Antoloġija ta’ Poeżiji: A Poetic Galaxy, ippubblikata mill-Għaqda Poeti Maltin fl-1983.

M.               X’tip ta’ poeżija tikteb?

T.            Dawk l-ewwel tliet poeżiji li kitbt għamluli kuraġġ kbir, u sa llum akkumulajt għadd sabiħ ta’ poeżiji li ktibt jien matul is-snin.  Għalkemm għadni ma ppubblikajtx ktieb ta’ poeżiji, ħafna minn dawn il-poeżiji dehru f’diversi antoloġiji, rivisti u gazzetti, kemm Malta kif ukoll f’pajjiżi oħrajn.  B’uħud minnhom irbaħt għadd ta’ Premjijiet ukoll.

            Togħġobni ħafna l-lirika.  Fil-lirka nitfa’ dak kollu li hu personali.  Fil-versi nħossni nistrieħ, għax fihom inferra’ dak li nħoss u li m’inix kapaċi nesprimi meta nkun iffaċċjat bin-nies.

            Nikteb ukoll poeżiji b’tema reliġjuża, b’mod speċjali fuq il-Madonna.  F’dan ġejt irpirat mill-Poeta Patri Anastasju Cuschieri, Patri Karmelitan, li lill-Madonna ddedikalha versi mill-isbaħ.  Illum, lil Patri Anastasju żgur għaddejtu mill-għadd ta’ poeżiji tiegħu fuq il-Madonna; fuq il-livell letterarju ma’ nafx.  Inħalli lil ħaddieħor jiġġudika; għalkemm darba ġiet imqabbla poeżija tiegħi ma’ waħda minn tiegħu, u qaluli li s-sentimenti fil-poeżija tiegħi għandhom livell artistiku ogħla minn dak imħaddem fil-poeżija tiegħu.

Ktibt ukoll ħafna innijiet  li ġew immużikati.  L-Innu tal-Fgura, li jindaqq f’kull manifestazzjoni organizzata mill-Kunsill Lokali, hu wieħed minnhom.  Dan ġie mmużikat għall-Kor u għall-Banda minn Patri Mario Enriquez, O.Carm.

Poeżiji oħrajn tiegħi ktibthom għal ċerti anniversarji, jew huma marbutin ma’ ċerti avvenimennti li ġraw f’Malta u ukoll fix-xenarju internazzjonali.  B’dan il-mod, bil-poeżija tiegħi ikkommemorajt il-gwerra fis-Serbja, it-traġedja f’Beslan, u l-massakru ta’ l-istudenti fi Tienanmen.

M.               B’liema ilsna tikteb?

T.            Naturlament, il-preferenza tiegħi tmur għall-Malti, li studjajt ukoll fil-livell terzjarju fl-Università.  Imbagħad, nikteb ukoll bit-Taljan.  B’din il-lingwa jien kont naqla’ l-ħobżna ta’ kuljum, billi għallimtha f’kull livell ta’ l-iskejjel tagħna, u ukoll lill-adulti u lil żgħażagħ ta’ l-istudji ogħla.  Għandi ukoll xi poeżiji bl-Ingliż, li jogħġbuni ħafna.

M.               Int ħdimt ukoll ħafna fit-traduzzjoni; x’tikkummenta?

T.            Matul il-Kors fl-Università l-Profs. Oliver Friggieri għallimna l-importanza tat-traduzzjoni.  Meta l-metodu tat-tagħlim tal-lingwi fl-iskejjel tagħna kien differenti, jien kont ngħallem lill-istudenti kif jittraduċu mit-Taljan għall-Ingliż, jew kuntrarju.  Għalhekk inħossni mħarreġ sewwa biex inwassal xogħlijiet letterarji Ingliżi, Taljani u Franċiżi bil-Malti, biex min m’hux komdu jaqra b’dawn il-lingwi jkun jista’ jduq mis-sbuħija u l-għerf li jittrasmettu l-kapulavuri fil-lingwi li semmejt.

It-traduzzjoni hi arti minnha nnifisha. Min jittraduċi, filwaqt li ma jistax jevita milli jitfa’ ċerti personaliżmi fix-xogħol tiegħu, jeħtieġ joqgħod attent li ma jitbiegħedx wisq mis-sustanza tax-xogħol li jkun qed jittraduċi.  Dan hawn min hu kapaċi jagħmlu b’mod ammirevoli, biex it-traduzzjoni tasal sal-livell tal-kapulavur oriġinali.  Biex dan isir, min jittraduċi jeħtieġ li jkun familjari mhux biss max-xogħol oriġinali, iżda ukoll mal-kittieb innifsu, ma’ xogħlijietu u mal-kwalità ta’ ħajja u ambjenti li kien, jew għadu, jgħix fihom il-kittieb tax-xogħol li jkun qed jittraduċi.

M.               Temmen li l-poeżija għandha jkollha messaġġ?  X’taħseb fuq Art for Art’s sake?

T.            Il-Profs. Oliver Friggieri u oħrajn jemmnu li l-poeżija ideali hi dik li tixbah lin-noti ta’ sinfonija: ħsejjes imqegħdin ħdejn xulxin bis-sens u b’ċerta ħila, li meta wieħed jismagħhom jitfgħuh f’dinja oħra.  Dan ifisser li l-arti m’għandhiex għalfejn ikollha messaġġ, basta taħsad b’mod pjaċevoli lil min hu espost għaliha.

Din l-idea hi mħaddna ukoll mill-astrattisti, mill-pitturi tal-popart, mill-poeti ermetiċi.  Iżda jien insostni li anki pittura astratta tittrasmetti messaġġ.  L-arti kollha, inkluża l-poeżija, tittrasmetti messaġġ.  Id-differenza bejn il-poeżija ‘moderna’ u dik ‘tradizzjonali’, barra mill-istil u l-estetiżmu, hi li l-messaġġ li tittrasmetti l-poeżija tradizzjonali jkun fil-wiċċ, u allura jiftihem malajr, filwaqt li fil-poeżija u fl-arti kollha moderna wieħed irid jagħmel ċertu sforz u jqiegħed l-arti f’kuntest biex il-messaġġ jiċċara.
Hemm modi diversi kif joħroġ il-messaġġ.  Jista’ jinstab fl-istil; jista’ jinstab fit-tema; jista’ jinstab fil-ħsejjes tal-versi, mogħtija mir-rima jew mir-ritmu.  Il-qarrej, jew is-semmiegħ, jista’ jsib il-messaġġ tal-poeżija fis-sentimenti li jitfa’ fil-versi tiegħu l-poeta.

M.               X’importanza għandhom il-Konkorsi u l-Antoloġiji tal-poeżija?


T.                  Il-poeżija ma tinkitibx għall-Konkorsi; iżda l-Konkorsi huma manifestazzjoni glorjuża tal-poeżija.  Xejn xejn, jagħtu stampa tal-livell ta’ poeżija li tkun qegħda tinkiteb fil-kontemporanjetà.  Il-konkors jista’ ukoll jagħti indikazzjoni ċara ta’ kemm il-poeti kontemporanji huma impennjati fil-ħajja ta’ kuljum.  Jista’ ukoll iservi ta’ xprun biex tinħareġ fil-beraħ il-poeżija moħbija, li minnha nemmen li teżisti ħafna, fi djarji, fil-kxaxen ta’ skrivaniji.

L-antoloġiji, imbagħad, jissodisfaw ix-xewqa tal-poeta, jew tal-kittieb, biex jippubblika x-xogħlijiet letterarji tiegħu, u biex jikkomunika mal-poplu.  Ilum, aktar mil-lbieraħ, l-ispejjeż tal-pubblikazzjoni jaqtgħu qalb kulħadd.  Għalhekk, ħafna huma dawk li jippubblikaw il-poeżiji tagħhom f’antoloġiji b’xogħlijiet minn aktar minn poeta wieħed, biex almenu jinqasmu l-ispejjeż.  Hawn ukoll il-qarrej, jew l-istudjuż, jista’ jsib spektrum wiesa’ tal-poeżija li tinkiteb illum, u jkunu jistgħu jitqabblu l-livelli letterarji, l-istili, it-tematika, u elementi oħajn.

M.               X’inhu r-rwol tal-Għaqdiet letterarji f’Malta.

T.            Hawn Malta, għaċ-ċokon ta’ Gżiritna, għandna għadd mhux ħażin ta’ Għaqdiet letterarji.  Uħud minnhom għandhom tradizzjoni ta’ għexieren ta’ snin u storja prestiġġjuża ħafna.  Iżda llum mhux kollha huma attivi bl-isess mod, u kważi lkoll kemm huma jitħabtu mhux ftit biex jirreġistraw membri ġodda.

Li dilettant tal-letteratura ikun membru f’Għaqda hu dejjem tajjeb, għax hemm isib ma’ min jaqsam l-ideat tieħgu  u l-għajnuna meħtieġa biex jiżviluppa t-talent tiegħu f’xi qasam ta’ l-arti  li jħossu miġbud l-aktar lejh.  Hi sfortuna kbira li mhux l-Għaqdiet Letterarji kollha joffru dan il-forum.  Uħud jużaw l-Għaqdiet bħala tarġa li tgħinhom jitilgħu ‘l fuq  u meta jilħqu l-quċċatta jabbandunaw lill-Għaqda u jibdew jaqdfu għal rashom.  Billi s-suq Malti hu żgħir, ħafna drabi dan jissarraf fi ġlieda kontinwa biex wieħed ibiegħ l-arti tiegħu lill-akbar għadd ta’ nies possibbli.  U dan la jagħmel tajjeb lill-Għaqdiet u anqas lill-arti.

Ħafna drabi l-istess nies huma membri ta’ diversi Għaqdiet.  B’eżempju ngħidlek li, filwaqt li jien is-Segretarju tal-Għaqda Poeti Maltin, jienu koll membru tal-Għaqda tal-Malti (Università) u ta’ l-Akkademja tal-Malti.  U hawn ħafna bħali.  Dan jista’ jkun ta’ vantaġġ jekk fl-aħħar l-Għaqdiet Letterarji kollha jiddeċiedu li jaħdmu flimkien.  L-Għaqda Poeti Malitn ma nafx kemm-il tentattiv għamlet biex dan iseħħ.  Ġieli rnexxielna norganizzaw attivitajiet ma’ xi Għaqda oħra, Iżda uħud mill-Għaqdiet jippreferixxu jaħdmu għal rashom.

M.               Kif inhi r-relazzjoni bejn il-kittieba Maltin , u kif tista’ titjieb?

T.            L-ewwelnett trid issir distinzjoni bejn il-kittieba stabbiliti, li xogħolhom jinħataf malli jitqiegħed fis-suq, u l-kittieba li għadhom kif bdew jippubblikaw xogħlijiethom.  Is-suq Malti hu żgħir wisq, u l-poplu Malti m’hux poplu li jaqra, għalkemm f’dawn l-aħħar snin is-sitwazzjoni tjiebet xi ftit

Jien nagħmel mat-tieni kategorija ta’ kittieba.  Uħud mill-kotba li ppubblikajt tqassmu b’xejn għax kienu ffinanzjati minn Għaqdiet volontarji, u dak li daħal minnhom mar għall-benefiċenza.  B’hekk il-kopji ta’ dawn il-pubblikazzjonijiet marru kollha.

Pubblikazzjonijiet oħra għad baqa’ minnhom xi kopji, u r-raġuni prinċipali hi li s-suq ma jiflaħx iktar minn elfejn kopja.

Imbagħad, hemm il-problema tal-pubblikaturi.  Ħadd ma jlumhom milli jidħlu għal pubblikazzjonijiet li l-kitteba tagħhom huma magħrufa biżżejjed biex il-pubblikazzjoni trendi.  Iżda xi drabi dan jagħmel ix-xogħol tal-kittieba li għadhom jibdew diffiċli ħafna.

Jekk nieħdu s-sitwazzjoni reċenti, mill-ftit esperjenza li għandi nista’ ngħid li l-aktar li jimxu huma l-kotba għat-tfal, għax għal dawn il-qari hu bżonn.  L-aħħar ktieb għat-tfal li ppubblikatli l-Malta Union of Teachers, bl-isem: “Dawra Ma’ l-Ewropa bl-Istejjer”, inħatatf kollu f’erbat ijiem!

L-ikbar problema li jippreżenta s-suq hi għall-kotba tal-poeżija.  M’hemmx għalfejn wieħed jidħol fir-raġunijiet għal dan, għax jafhom kulħadd.  Hi ħasra li l-gost li tagħti l-poeżija mhux irrikonoxxut b’mod universali.  Wieħed mill-għanijiet tal-Għaqda Poeti Maltin hu propju li tifrex l-imħabba għall-poeżija fost il-poplu.  Qegħdin naħdmu ħafna għal dan il-għan, u kultant nagħmlu ukoll ftit kuraġġ, għax kulfejn immorru n-nies juruna li ħadu gost b’dak li noffrulhom.

M.         Xi tgħid fuq l-importanza tal-Qari?


T.                  Niftakarni naqra mindu bdejt l-iskola.  Dan l-aħħar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb nieda kampanja : Ħu Ktieb Miegħek Ħdejn il-Baħar.  Jien dan ili nagħmlu mindu kelli xi sitta/seba’ snin.  Niftakar li l-iskola, waqt il-break, li fi żmieni kien ikun twil mhux ħażin, kont immur il-librerija ta’ l-iskola u naqra ktieb sħIħ.

Barra minhekk, kont naqra b’sens kritiku, biex nifhem sewwa x’inkun qed naqra.  Meta fil-klassi l-għalliem kien jistaqsi min se jaqra, sħabi tal-klassi kienu jippuntaw subgħajhom lejja, għax bil-mod li kont naqra bih jien kien jifhem kulħadd.

Dak iż-żmien kont naqra l-kotba l-aktar popolari, bħal The Water Babies, ta’ Charles Kingsley, Ivanhoe ta’ Sir Walter Scott, Robinson Crusoe, ta’ Daniel Defoe, A Journey to the Centreof the Earth, il-kotba ta’ Enid Blyton, u oħrajn bħalhom.  Meta kbirt, imbagħad, bdejt nippreferi kotba awtobiografiċi jew biografiiċi.  L-għixien f’kuntesti differenti dejjem affaxxinani, u f’dawn il-kotba, aktar milli kif bena l-karriera tiegħu l-protagonista, jinteressani kif kien jgħix hu u n-nies ta’ żmienu.

M.         X’kienu l-attivitajiet tiegħek matul ħajtek?

T.                  L-attività prinċipali tiegħi kienet dik ta’ għalliem.  Bdjet lfpiskjjel primarji tal-Gvern, u komplejt fl-iskejjel sekondarji, fejn kont ngħasllem it0-Taljan.  MAurfl iż-żmien li kont ngħallem kont ukol għal xi żmien Guidance teacher u, għal żmien konsiderevoli, Teacher Librarian.  Għallimt ukol it-Taljan fl-Akademja taklpUlizija u fl-Iksola ta’ l-International Tourism Studies.  Barra minhekk, kont Page setter u Script Marker fl-eżamijiet pubbliċI u fis-Secretarial School.  Għallimt ukol it-Tlajn fis-Società Dante Alighieri, fjen kont ukoll ViċI President, u fl-Evening Calsses tal-Gvern.

Wara l-ħin ta’ l-iskola, imbagħad, jien kelli ħajaj oħra f’Gaħqdiet Volontarji, l-aktar tal-KInisja.  Fil-Parroċċa tal-Fgura gamilt 13-il sena Chairman tal-Kunsill pastorlai Parrokkjali.  Bħala tali nista’ ngpġid li kemm ili noqgħġod f’dan ir-raħl kelli seem f’dak kollu li sar fih, ukoll gġax ħdimt id f’id mal-Kunsill Lokali, mal-Każini tal-Pariti PolitiċI u mal-Każin tal-banda.  Dan kllu gġenni nkun viċin in-nies il-ħin kollu, u gpġasndi s-sodisfazzjon li ħdimt kem għall-ġid spiritwali kif ukoll għal dk tmeporali tan-nie stal-Fgura kollha.  Dan ġie rrikonoxxut din iss-ena, fit-28 ta’ Ottubru 2007, meta ngħatjat ‘Ġieħ Il-Fgura’.

Ili ħafna okkupat ukoll bil-passataemp tiegħI, li hu l-kitba.  Fl-1983 dħalt membru fl-Gaħqda Poeti Maltin, u mill-ewwel ħatruni Segretarju..  Dħalt għal dinil-kariga b’saħħti kollha u, flimkine mal-Kumitat, ħdimt ħafna bie xl-Gaħqda Poeti Maltin żviluppat fl-Gaħqda letterarja l-aktar attiva ta’ llum.  Din il-kariga ġabitli ukoll rsdposnabbiltajiet oħra, bħalma huma r-riċensjonijiet bl;a għad li gpġamilt, u s-saġġI kritiċI u t-traduzzjonijiet li ppubb,ikajt.  Għal qalbi ħafmna t-traduzzjoni ta’ Novelli ta’ Francis Ebejer għat-Tlajn, li ġe wippubblikati fl-Italja.  Għal xi żmien ukoll kont impjegat part time ma’ aġenzija tar-reklamar biex nagħmel xogħlijiet ta’ pubbliċità bit-Taljan.

Fl-1995 saret sejħa għal Assistenti kapjijiet ta’ l-iskejjel.  Jien applikajt u ngħażilt kemm għall iskejjek primarji (ikklassifikajt fis-16-il post), ki fukol għal dakw sekondarji (fil-31 post).  L-ewwel vaknza li nħolqot kienet fis-settur primarju, u nbagħtuni fl-Iskola Pirmarja ‘B’ ta’ Ħaż-Żabbar.

Iżda fl-istess ħin bagħat għalija l-President tal-Konfederazzjoni tal-Għaqdiet tal-Ħaddiema Maltin (C.M.T.U.), u qalli li mal-Konfederazzjoni kien hemm vakanza ta’ Segretarju Ġenerali.  Kemm domt fl-Iskejjel jien kont dejjem Delegat ta’ l-M.U.T., u għamilt 14-il sena fil-Kunsill ta’ l-Istess Union, u okkupajt diversi karigi.  Għalhekk, il-post interessani, u on secondment sirt Segretarju Ġenerali tas-C.M.T.U., u domt sakemm iritirjat bil-pensjoni.   Hemm kont immexxi 11-il Trade Union, b’kuntatti kontinwi ma’ kull Dipartiment tal-Gvern, ma’ Isituzzjonijiet Għolja bħall-Ambaxxati u Kummissarjati, u mal-Pajjiżi kollha li, bħas-C.M.T.U. huma affilajti mal-Konfederazzjoni tal-Għaqdiet tal-Ħaddiema Ewropej (E.T.U.C.) u mal-Konfederazzjoni Dinjija tax-Xogħol (W.C.L.).  Ħdimt ħafna ukoll, ma’ mijiet ta’ nies oħrajn, fit-tħejjijiet biex Malta ssir Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea.  Meta Malta saret Pajjiż Membru ta’ l-U.E., jien kont ukoll rappreżentant Malti għall-Għaqdiet tal-Ħaddiema f’diversi Istituzzjonijiet Ewropej.



M.         Fis-sena 2004 int irtirajt minn dan kollu.  Għidilna fiex int involut illum.

T.                Fl-2004 jien irtirajt bħala Assistent Kap ta’ Skola u Segretarju Ġenerali tas-C.M.T.U.  Meta ngħid ‘iritirajt’ nikkwalifika li ma rtirajtx għal kollox, minħabba li għadni nżomm xi attivitajiet li kont involut fihom meta kont fis-C.M.T.U. u oħrajn li kont nagħmel wara l-ħin tax-xogħol.

Illum jien Membru tal-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Malti għall-Medjazzjoni; Membru tal-Panel tat-Tribunal Industrijali; Membru tal-Bord tad-Dixxiplina ta’ diversi Kumpaniji, fosthom l-APS Bank, il-Melita Cable plc, il-Malta International Airport; jien ukoll Chairman tal-Bord tad-Dixxiplina tal-Malta Shipyards Ltd.

Fix-xena letterarja jien is-Segretarju tal-Għaqda Poeti Maltin; Membru ta’ l-Akkademja tal-Malti; Membru tal-Għaqda tal-Malti (Università); Accademico di Merito fl-Accademia Internazionale Iblea di Lettere, Scienze ed Arte, ta’ Sqallija.

Jien Membru tal-Bord Editorjali ta’ VERSI (ir-rivista tal-Għ.P.M.); Membru tal-Bord Editorjali u Editur Letterarju ta’ FLIMKIEN, maħruġa mill-Kulleġġ tal-Kappillani tad-Djoċesi Maltija; Editur Eżekuttiv ta’ THE TEACHER, ir-rivsta għall-Għalliema tal-Malta Union of Teachers; Membru tal-Bord Editorjali (mis-sena d-dieħla Editur) ta’ SAGĦTAR, ir-rivista għat-tfal ta’ l-iskejjel; Korrispondent regolari tal-gazzetta “Leħen Is-Sewwa”; kittieb u reċensjonista.

Fil-Parroċċa tal-Fgura il-mara tiegħi u jien immexxu l-Kummissjoni Parrokkjali Familja, nagħtu Korsijiet ta’ Tħejjija għaż-Żwieġ, u nwasslu l-Katekeżi tal-Magħmudija lill-ġenituri u ‘l-parrinijiet tat-trabi li jkunu se jitgħammdu.  Min-naħa tagħha l-mara tiegħi hi Membru ta’ wieħed mill-Praesidia tal-Fgura tal-Leġjun ta’ Marija, u President tal-Kurja ta’ l-istess Għaqda, li tinkludi fiha Praesidia ta’ Ħaż-Żabbar, Wied Il-Għajn, Bormla, il-Fgura,  u l-Marsa.

M.               Kemm hi importanti l-letteratura b’mod ġenerali, u l-poeżija b’mod partikolari, fid-dinja llum?

T.            L-importanza tal-letteratura ġejja mill-fatt li hi riflessjoni tal-ħajja.  Il-ħajja ta’ kull żmien, inkluż dak ta’ llum, hi rrakkuntata kollha kemm hi fil-letteratura.  Il-kittieb hu dak li għandu l-ħila jiġbor fi ktieb l-esperjenzi tal-ħajja li jgħaddi minnhom kulħadd, iżda li mhux kulħadd għandu l-ħila li jikteb dwarhom.  Veru li l-fatti rrakkuntati jkunu mħalltin mal-fantasija u l-personaliżmi tal-kittieb, iżda dan hu l-valur miżjud tal-letteratura, għax dan hu li jagħmel ir-rakkont interessanti għall-qarrej, u jagħtih il-livell letterarju li jkollu.

Għall-bniedem, ir-realtà, bit-tensjoni u t-tbatija tagħha, hi dejjem kerha.  Ġieli jinstemgħu espessjonijiet bħal: “Aħjar ma twelidt xejn”.  Biex ikun jista’ jgħix u jegħleb id-depressjoni tal-ħajja, il-bniedem għandu bżonn ‘joħlom’.  U hawn hu fejn l-importanza tan-novelli, tar-rumanzi, tal-poeżija u tal-letteratura kollha kemm hi tikber, għax il-kittieb u l-poeta, bil-proża jew bil-poeżija, huma kapaċi joħolqu dinjiet li fihom kemm il-kittieb kif ukoll il-qarrej isibu l-wens li jkunu jeħtieġu f’ħafna ċirkostanzi tal-ħajja.

Il-letteratura tajba, kemm proża kif ukoll poeżija, titlaq mill-partikolari u twassal għall-universali.  Il-kittieb jgħaddi minn ċerta tensjoni u ċerta tbatija biex jixħet fuq il-karta dak li jħoss hu f’qalbu, u din it-tensjoni u din it-tbatija jkunu jinħassu ukoll mill-qarrej jew mis-semmiegħ.  Iżda l-qarrej u s-semmiegħ ikollhom sehem ukoll mis-sodisfazzjon li jħossu l-kittieb u l-poeta mix-xogħol artistiku tagħhom, għax dan is-sodisfazzjon hu irradjat ukoll lejn il-qarrej u s-semmiegħ.

M.               Taħseb li t-teknoloġija ta’ l-informatika u l-poeżija jistgħu jmorru id f’id?

T.            Illum qegħdin ngħixu f’soċjetà mibnija fuq it-tħaddim tat-teknoloġija tal-informatika, u l-kittieba ta’ llum ġa ma jgħaddux mingħajr l-użu ta’ din it-teknoloġija.  Lill-kittieb din it-teknoloġija tgħinu ħafna, għax tagħtih aċċess akbar għax-xejriet moderni tal-letteratura dinjija, tħaffiflu x-xogħol, u tkabbarlu ukoll is-suq.  It-teknoloġija ta’ l-informatika tgħin ukoll lill-qarrejja, għax tagħmel il-letteraura aktar aċċessibbli u, f’ċerti każi, bi prezz orħos.

M.               Int u l-Għaqda Poeti Maltin; xi tgħid fuq is-sabiħ ta’ din ir-relazzjoni?

T.                  L-Għaqda Poeti Maltin twaqqfet fl-1975, u jien dħalt Membru fiha fl-1983. Dan ifisser li kulma tlift kienu 7 snin, li fihom l-Għaqda kienet għadha qegħda tasserixxi ruħha fix-xena letterarja Maltija.

Kemm ili fl-Għaqda tajtha ħafna; ebda Għaqda ma timxi mingħajr Segretarju tajjeb.  Jien ippruvajt inkun Segretarju tajjeb billi f'ħajti, mindu sirt Membru, lill-Għaqda u lill-attivitajiet tagħha tajthom dejjem l-ogħla priorità.

L-Għaqda pattietli bil-kbir għal kull sagrifiċċju li għamilt.  L-ewwelnett ngħodd bħala teżor kbir il-ħbiberija li għamilt ma’ nies, Maltin u barranin, li għandom interess fil-poeżija bħalma għandi jien.

L-Għaqda għenietni nħobb iktar il-poeżija, u dan għeni niżviluppa l-prodott artistiku tiegħi u, b’hekk, kiber ukoll is-sodisfazzjon li nieħu meta nikteb il-poeżija, u naqraha fil-pubbliku jew naraha ppubblikata.


Il-ħeġġa tiegħi għax-xogħol fl-Għaqda Poeti Maltin ma naqset qatt.  Kont inħoss sodisfazzjon kbir meta l-President Fundatur tal-Għaqda, Mons. Dr. Amante Buontempo, kien jgħidli: “Il-ġejjieni tal-Għaqda hu f’idejk!”

GRAZZI CHARLES U STRIEĦ FIS-SLIEM.

Tuesday, June 07, 2016

A poem by Teresinka Pereira

EARTH DAY
      

The earth
is an enormous home,
strong and renewable
where our dreams
and our utopia survive.
The Earth is as recycled
as we are, beings
who live on the surface,
underground,
or in its cosmic space.
Viva the Earth
for the infinite treasure
it gives us!
We must have a special love
for everybody's Earth
and for the everyday Earth!

 Teresinka Pereira

Friday, March 11, 2016

IL-PONT online literary magazine

The March 2016 issue of virtual literary magazine IL-PONT is out:

https://issuu.com/patrickj.sammut/docs/il-pont_marzu_2016

Although this is a magazine in Maltese, one can also read poetry by other poets such as Teresinka Pereira (USA), Zacharoula Gaitanaki (Greece) and Hsu ChiCheng (China).

Poetry Woman's Day

INTERNATIONAL DAY OF WOMEN'S HUMAN RIGHTS
March 8, 2016

God is a man
and all men are
sons of God.

Women are
still dominated
in hundreds of
under-developed countries.

And being submissive
they still obey
man's law against
women's freedom.

However, it is in their
hands to reverse
this mandate.

The Goddess is a woman
and each mother is
the Goddess of creation.
All sons have to learn
and understand that!

TERESINKA PEREIRA


COSMIC WOMAN

They tell us
you were first born
in warm ocean womb
caressed by sun fingers -
daughter perhaps
of the stormy affair
of two unruly atoms in love
maddened by the solitude
of eternal rounds
in the steppes of times

And your children,
lively descendants
of their stellar nucleus mother
dropped from the sky
in depths of ocean belly,
born of green and brown seaweed
and the laughs and cries
of a blue bacteria

Cosmic woman,
when you chose earth
as home for your vast roots
at the beginning
of the great human family,
it was for life --
not for death!

Cosmic woman,
you, who were born of the nucleus,
from deadly nuclear mushroom -
save your chosen planet
save your children!

ADA AHARONI


EVE’S DEFENCE

You didn't have to accept
That shiny juicy apple
Did you Adam dear?

Please remove those
Musty fig leaves
From your memory and ears
And remember Adam dear,
You were created
From mere earth,
Whereas I was sculpted
From a much finer substance
Finer than ivory
Finer than gold.

In the rush of your
Heart's blood
In the throbbing of your temples
Remember Adam dear -
I was created
From pure human bone

Your strong rib-bone
Became me - Eve
Mother of Life.

Always remember
Dearest Adam
Free, indepedent Eve
Is - You.

ADA AHARONI


...ESSERE DONNA

Dio
ha chiuso l'interruttore
né luna
né stelle
cielo buio e profondo
di un nero originario
alla tremolante luce
di uno zippo
le tue calde lacrime
svelano
di essere
DONNA
chi
non te le asciuga
non conosce amore
e
non è uomo


PAOLA MARA DE MAESTRI

Monday, January 18, 2016

Teresinka Pereira on Martin Luther King

EVERYODY'S DREAM

In memoriam of Dr. Martin Luther King

     

May the irascible supremacists

recognize the mud

in which they drown themselves

with their incompetence.



May the pseudo-democrats

notice that heaven flames up

with their hypocrite fights.



May the cowards look around

the tombs and see

the prints of their fingers

that without pulling the trigger

have killed so many human beings

in useless wars caused by their

ambition and unlimited greed.



The wish for peace could have

taken shelter in all of their conflicts,

if we could ever ask the irascible,

the hypocrites, the cowards:

What is your dream?

Teresinka Pereira