Friday, February 08, 2013

Imut Membru Onorarju tal-Għaqda Poeti Maltin

Nhar it-Tlieta, 5 ta’ Frar, 2013, miet is-Sur Marċel Mizzi, Membru Onorarju tal-Għaqda Poeti Maltin. L-Għaqda ħadet ħsieb li tibgħat kuruna f’ġieħu u nkitbet ittra ta’ kondoljanzi lill-familjari tiegħu.


Marċell Mizzi twieled fil-15 ta’ Marzu 1922, fir-Rabat, Għawdex, f’familja numeruża. Beda jistudja l-Università ta’ Malta fl-1939 imma kellu jitlaq il-kors tal-Liġi fl-1943 minħabba mard. Kien membru tal-Parlament bejn l-1955 u l-1958 u bejn l-1963 u l-1964. Bejn l-1955 u l-1958 kien ukoll student għal P.L. u ħa l-warrant fl-1958.

Agħtih Mulej il-mistrieħ ta' dejjem.

No comments: