Saturday, July 28, 2012

Imniedi l-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2012

Għadu kemm tnieda l-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija għas-sena 2012, mill-Għaqda Poeti Maltin. Ir-REGOLAMENTI għal min hu interessat li jipparteċipa huma dawn:


1.                                 Kull poeżija tista’ tkun f’kull forma, ma tridx tkun itwal minn tletin (30) vers u trid tkun oriġinali u qatt imxandra jew ippubblikata qabel. Tista’ tkun bil-Malti, bl-Ingliż jew bit-Taljan.
2.                                 Kull poeżija trid tkun ittajpjata fi tliet (3) kopji bi spazju doppju.
3.                                 Il-Konkors hu miftuħ għal kull min għandu ‘l fuq minn 16-il sena, mhux għall-Membri tal-Għ.P.M. biss.  Iżda l-Membri tal-Kumitat tal-Għ.P.M. ma jistgħux jieħdu sehem.
4.                                 Kull konkorrent jista’ jibgħat sa tliet (3) poeżiji.
5.                        Kull poeżija għandha tidher taħt psewdonimu. Isem il-poeżija, l-isem u l-indirizz tal-konkorrent flimkien mal-psewdonimu addottat, għandhom ikunu f’envelop issiġillat, li għandu jkun mehmuż mal-poeżiji.
6.                                 Jingħataw tliet (3) premjijiet lill-ewwel tliet (3) poeżiji rebbieħa bil-Malti. Ir-rebbieħ ta’ l-ewwel premju jingħata wkoll il-Premju Mons. Buontempo. Jingħataw żewġ (2) premjijiet oħra għall-aħjar żewġ (2) poeżiji bl-Ingliż u żewġ (2) premjijiet għall-aħjar żewġ (2) poeżiji bit-Taljan.
7.                                 L-Għaqda Poeti Maltin iżżomm il-jedd li tippubblika bla ħlas (għallinqas darba) il-poeżiji li jidħlu għall-Konkors.
8.                                 Il-poeżiji li jitressqu għall-Konkors ma jingħatawx lura.
9.                                 Ħadd ma jkollu jedd għal aktar minn premju wieħed, iżda jista’ jissemma b’ġieħ għal aktar minn poeżija waħda.
10.                              Il-Ġurija titħabbar mar-riżultat u d-deċiżjoni tagħha tkun finali.
11.                      Kull konkorrent irid jibgħat €8 jekk m’hux membru tal-Għ.P.M. Jekk hu membru jibgħat €5 Ewro, basta jkun regolari fil-ħlas tas-Sħubija (2012). Dan għandu jsir immaterjalment minn jekk il-konkorrent jiħux sehem b’poeżija waħda, tnejn jew tlieta. Il-ħlas għandu jsir b’ċekk, jew money order, indirizzat lis-Sur S. Sammut, u inkluż mal-poeżiji u l-envelop issiġillat bid-dettalji ta’ min jieħu sehem.  Ħlas f’bolol ma jiġix aċċettat.
12.                              Il-poeżiji u l-ħlas iridu jaslu għand is-Segretarju tal-Għaqda Poeti Maltin, is-Sur Salv. Sammut, “The Quest”, Blk.R, Trejqet il-Ġilju, Mtarfa, MTF 1430,  sal-20 t’Awwissu 2012.
13.                              Lista tax-xogħlijiet li jkunu waslu għand is-Segretarju tidher fuq is-sit elettroniku tal-Għaqda kif jidher hawn fuq wara d-data tal-għeluq.
14.                              Id-data taċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni titħabbar aktar tard.
15.                              Min jonqos f’xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet jiġi mill-ewwel skwalifikat.

No comments: