L-Għaqda Poeti Maltin tkompli bil-programm ta' attivitajiet tagħha.
Għada, il-Ħamis 18 ta' Ottubru, se ttella' Lejla ta' Poeżija li fiha membru tagħha, is-Sur Rigu Bovingdon, se jingħata l-ġieħ ta' Membru Onorarju. Is-serata se ssir fis-Sala tas-Soċjeta`tal-Arti Manifattura u Kummerċ, fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. Tibda fis-7 p.m.
Nhar il-Ġimgħa 26 ta' Ottubru, dejjem fis-7 p.m., l-Għaqda Poeti Maltin, flimkien mal-Għaqda Filantropika Talent Mosti, se ttella' Lejla ta' Poeżija oħra, din id-darba biex tfakkar il-100 sena mit-twelid tal-poeta Għawdxi, Anton Buttigieg. Il-post se jkun fir-Razzett tal-Markiż fil-Mosta, wara r-Rotunda.
Fiż-żewġ okkażjonijiet dawk li jattendu se jkollhom ukoll ħin biex jaqraw il-poeżiji tagħhom. Waqt is-serata f'ġieħ Anton Buttigieg jistgħu jinqraw kemm poeżiji tal-poeta kif ukoll poeżiji dwar dan il-"Poeta tan-Natura" miktubin minn dawk li jattendu.
Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b'xejn.
No comments:
Post a Comment