Din hija blog li tikkonċentra fuq il-letteratura kemm Maltija kif ukoll barranija. Huma inklużi wkoll aċċenni għal ħwejjeġ interessanti marbutin mal-kultura. Ara wkoll il-blog tiegħi www.pagnawarapagna.blogspot.com għal reċensjonijiet u studji dwar kotba differenti.
Monday, January 24, 2011
Gwerer u Mħabbiet - Intervista lil Lina Brockdorff
Nhar il-Ħamis li ġej, 27 ta' Jannar, LINA BROCKDORFF se tiġi intervistata minn Simone Galea, f'intervista oħra mis-sensiela IS-SIEGĦA TAL-KITTIEBA, fis-Sala tal-Mużika, fil-Kavallier ta' San Ġakbu, fis-7,30pm LINA BROCKDORFF twieldet l-Isla fl-1930 u ħadmet bħala għalliema f’diversi skejjel statali u tal-Knisja. Fl-1988 kisbet Baċellerat fl-Arti fl-Istudji Reliġjużi u Masters fit-Teoloġija u l-Umanistika. Mis-snin ħamsin ‘l hawn kitbet u pproduċiet numru ta’ programmi mxandra mir-Rediffusion, Radju Malta u RTK. Hija kitbet numru kbir ta’ novelli li xxandru fuq mezzi differenti u ġew ippubblikati f’antoloġiji differenti. Fost l-aktar xogħlijiet magħrufa tagħha hemm ir-rakkont awtobijografiku Sireni u Serenati. ambjentat fis-snin 1940-1943, appuntu waqt l-assedju mill-ajurplani Nazisti u Faxxisti. B'dan il-ktieb Brockdorff rebħet il-Premju Letterarju fl-2005. L-imħabba fir-relazzjonijiet interpersonali u f'forom ta' relazzjonijet oħrajn hija tema importanti fil-kitba ta' Brockdorff, kif jixhdu -ewġ ġabriet ta' novelli tagħha Il-Bieb Numru 11 (2007) uBellus u Bizzilla (2008). Fl-1974 Brockdorff ħarġet ir-rumanz ta' mħabba Kien Kwinta l-Qamar, li Klabb Kotba Maltin reġa' ppubblika fl-2008. Is-sena li għaddiet hija ħarġet La Jerġa' Jasal Diċembru, li fih Brockdorff tkompli tinvestiga kif l-imħabba ssawwar in-natura umana u viċi-versa.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment