Din is-sena pparteċipaw mat-360 poeta minn 64 stati differenti, mill-ħames kontinenti. Fost dawn kien hemm ukoll 4 poeti Maltin, tlieta minnhom minn Malta u ieħor mill-Victoria, fl-Awstralja. Minn dawn l-erba' poeti, 2 ġew ippremjati b'Menzjoni, biex b'hekk huma intitolati għal Ċertifikat u l-poeżija tagħhom tiġi nkluża fl-Antoloġija li toħroġ kull sena u li fiha jiġu nklużi l-poeżiji rebbieħa kollha ta' din l-edizzjoni.
Iż-żewġ poeti rebbieħa huma Jane Micallef bil-poeżija Mediterranju 2011, u l-poeta minn Victoria, fl-Awstralja, Manwel Cassar, bil-poeżija Attwalita'. It-tnejn huma poeti membri tal-Għaqda Poeti Maltin. Minn hawn nifirħilhom. Fi kliem l-istess Prof. Amato, 2 rebbieħa minn 4 parteċipanti hija ekwivalenti għal rebħa. Lista sħiħa tar-rebbieħa kollha ta' din l-edizzjoni tinsab f'dan il-link: http://www.nosside.org/pdf/Premiati2011/TheAwardedoftheXXVIIthNossideWorldPoetryPrize.pdf
Il-Lejla tal-Premjazzjoni se ssir fil-25 ta' Novembru li ġej, f'Reġġio Kalabrija, fil-5 p.m., fil-Palazzo Campanella, sede tal-Kunsill Reġjonali tal-Kalabrija. Tkun lejla li fiha jattendu poeti, ambaxxaturi u delegati minn pajjiżi tad-dinja kollha. Tkun is-serata li ttemm il-vjaġġ tan-Nosside 2011 li beda fil-Ħavana (Kuba), u kompla fi bliet oħra bħal New York (USA), Valletta (Malta), Torino, Roma u Katanja (Italia), Brussell u Liegi (Belġju), Maputo (Możambik), San José di Rio Preto e San Paolo (Brażil), u Buenos Aires (Arġentina).
No comments:
Post a Comment