RUMANZ TA' MAURICE MIFSUD BONNICI
Rumanz ta’ omm qalbiena tissielet mal-mewt ta’ bintha marida – l-uniku wild tagħha u ta’ żewġha maġistrat.
Iżda tasal biex issalvaha, avolja l-Mafja – l-għadu ewlieni tal-maġistrat – daħħlet denbha mwiegħer f'dil-ġrajja? X'kienu l-għanijiet tal-Mafja? Wettqithom?
Ir-rettitudni tal-maġistrat għen jew fixkel lil martu fil-ġlieda tagħha kontra l-mewt dejjem riesqa ta’ bintha? X'kienu s-sagrifiċċji tal-omm, tal-missier u saħansitra ta’ binthom?
Min spiċċa d-debħa tal-fejqan? Kien hemm fejqan wara kollox?
U ħafna u ħafna aktar intriċċi u problemi li waħda wara oħra issolvi biss jekk taqra dar-rumanz.
No comments:
Post a Comment