Sodisfazzjon kbir u kuraġġ. Is-sodisfazzjon inħossu għax ngħid li dak li qiegħed nikteb qiegħed jolqot u dak li jolqot iġarrab lill-qarrej, kif iġarrab lili. Tifhem li jien ngħix f’ambjent ta’ apatija letterarja, speċjalment Għawdex, fejn il-poeżija poġġejnieha fil-ġenb, aktar minn Malta. Kontra bosta poeti Maltin, jien Għawdex ma għandix ma’ min niżvoga l-poeżija tiegħi, ma għandix imkien fejn nista’ naqra u naqsam ma’ ħaddieħor il-poeżiji tiegħi. F’dil-gżira tat-tliet għoljiet ma hawnx imħabba lejn il-poeżija u ngħid li fi żmien Ninu Cremona, Ġorġ Pisani, Mary Meylak kien hawn aktar qawmien letterarju f’Għawdex milli hawn il-lum. L-Għawdxin li jħobbu l-poeżija tgħoddhom fuq iż-żewġ idejn. Tassew għax tkun tħoss il-poeżija, tikteb, għax kieku ma tkomplix. Inkun nixtieq naqrahom lil xi ħadd, iżda ma nsibx min. Għalhekk ir-rebħa tat-tieni premju jagħtini dak is-sodisfazzjon li tant jien mixtieq minnu u tant infittex u fl-istess ħin jimlini bil-kuraġġ, bil-ħila biex inkompli nterraq it-triq xejn watja tal-poeżija.
• Din is-sena fl-istess taqsima ġew ippremjati żewġ ġabriet ta’ poeżija li jintrabtu sewwa mal-forom metriċi tradizzjonali. Xi tgħid dwar dan, anki fid-dawl li llum aktar minn qabel, qed jintużaw forom aktar ħielsa u inqas riġidi fil-Poeżija?
Jekk taqbad il-poeżija kollha li ħierġa dan l-aħħar, kif għedt int, issib wisq iżjed minn juża versi ħielsa milli tradizzjonali. Infatti hemm biss Oliver Friííieri, Patri Marjanu Vella, Ġorġ Borg, Fra Goele (Joe P Galea), Carmel G Cauchi u jien li għandna nintrabtu mal-forom tradizzjonali. Ma nistax ngħid x’jaħsbu dawn,.. imma jien inħobb inħaddem il-Metrika għax inħossha konvenjenti għalija. Kemm jekk inħaddem l-endekasillabu, is-settenerju, in-novenarju u kemm jekk inħaddem l-ottonarju u d-dekasillabu, inħosshom ħfief u friski daqskemm ħajja. Biss noqgħod attent li fil-fliexken qodma nitfa’ nbid ġdid. Is-sustanza hija dejjem moderna magħluqa fi fliexken li għalkemm jidhru tradizzjonali, għandhom tema moderna tal-lum. Fuq kollox nimmira għall-ekonomija ta’ kliem u konċiżjoni biex l-effett tagħhom ikun akbar.
• Inti u Joseph Sciberras (ir-rebbieħ tal-ewwel premju fl-istess kategorija) it-tnejn membri tal-Għaqda Poeti Maltin. Xi jfisser dan għalik, u x’jista’ jfisser għall-Għaqda Poeti Maltin?
Jien ilni membru tal-Għaqda Poeti Maltin minn madwar is-sena 1980 … jiġifieri ħames snin wara li twaqqfet. Kont wieħed mill-ewwel membri tagħha, ħadt sehem b’suċċess f’bosta konkorsi tal-poeżija tagħha u rbaħt għal xi tnax-il darba; minnhom ġejt erba’ darbiet l-ewwel imbagħad minn hemm ma dħaltx għal aktar konkorsi biex nagħti ċans lil ħaddieħor. L-Għaqda għenitni biex inseddaq id-don li tani Alla. Għenitni biex inħobb iżjed il-poeżija u għenitni biex fi ħdana, bħala delegat tagħha għal Għawdex, naħdem biex inqajjem kuxjenza letterarja fost oħrajn li qajla jinteressaw ruħhom fil-letteratura. Mill-Għaqda rajt ħafna ġid u għajnuna u din għadni nsibha sal-lum. Min-naħa tiegħi nittama li l-Għaqda tibqa’ f’saħħitha u ħajja biex ma tmutx xi mewta, allaħares qatt, bħall-Għaqda Letterarja. Hija tassew ħasra li din tal-aħħar sfaxxat.
• Minn xiex inhu magħmul il-ktieb rebbieħ tiegħek “Meta Siket il-Baħar”. Kif jista’ ktieb bħal dan jappella għall-qarrejja tal-preżent?
Il-poeżija tiegħi dejjem hija marbuta bejn wieħed u ieħor mal-metafora tal-baħar. Illum inħossni speċjalizzat dwar dan is-suġġett. Maż-żmien tibda taħdem ukoll l-esperjenza u l-Malti jgħid “Iż-żmien isajjar il-Bajtar”. F’dan il-ktieb hemm mixtla ta’ metafori li jagħtu ruħ lill-poeżija. Wara l-purtiera ta’ kull poeżija hemm taraġ ’il fuq jew ’l isfel u kull qarrej irid jiskopri fejn dawn iwasslu. Huwa dan il-misteru li jagħmel il-poeżija interessanti. Kemm jekk iwasslu fis-sular ta’ fuq u kemm jekk jieħdu lejn il-kantina, f’dan il-ktieb hemm appell għal kulħadd, għax kull wieħed u waħda minna tad-demm u l-laħam u jien niġġarrab kif jagħmel ħaddieħor. Il-problemi u l-weġgħat tiegħi anki jekk differenti minn ta’ ħaddieħor jissejħu problemi u weġgħat ukoll. Il-ferħ u n-niket xi drabi jitħalltu flimkien u l-qarrej jew il-kritiku jrid jagħżel is-sinjal li jifred bejniethom. Anki jekk imħaddmin bil-prosodija, il-versi tiegħi fihom, kif għedt, sustanza friska.
• Din mhix l-ewwel darba li ngħatajt rikonoxximent ta’ dan it-tip mill-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Xi tgħid dwar dan?
Fl-1997 il-ktieb “Baħar Solitarju” ssemma b’ġieħ (dakinhar din kienet issir). Fl-2002 il-ktieb “Mewġiet tal-Ħemda” ukoll ħa t-tieni premju fil-Premju Letterarju tal-Gvern. Dwar dan ma nistax ngħid għaliex sewwa sew, imma naħseb li hija l-profondità qawwija, is-sensittività li hemm f’ħafna poeżija li tagħnini. Ngħid ħaġa; jien il-poeżija niktibha għax inħossha tabilħaqq u mhux għal xi raġuni oħra.
• Żgur li Premju bħal dan jagħmillek kuraġġ biex tkompli tikeb u tinvesti fil-kreattività artistika tiegħek. X’parir tista’ tagħti lil dawk iż-żgħażagħ li qegħdin jitħajru jibdew jiktbu xi versi bil-Malti?
Meta kelli 18-il sena kont tajt għadd ta’ poeżiji lil Ġużè Cardona. Niftakar li qalli li ma għoġbitu l-ebda waħda. Infxilt u sabbatthom mal-art … imma aktar tard mort għandu u minnu tgħallimt qatigħ. Kien espert li poġġieni fuq it-triq it-tajba. Inħoss li ħaffirli l-pedamenti u tani pariri siewja li sal-lum għadhom f’moħħi. L-għażla tal-kelma, il-metafora, l-allegorija u l-bqija, flimkien ma’ ħafna qari huma neċessarji. Il-lum, kull min jitħajjar jikteb għandu jagħmel dan, l-ewwel nett għax iħoss, u mhux għal ħaġa oħra jew għax xi ħadd bħalu kiteb poeżija. Fuq kollox għandu jsib l-għajnuna biex jibni mill-qiegħ u jħaffer il-pedamenti tiegħu u ma jippruvax jasal waħdu, almenu jekk ma jaqrax ħafna, għax jiġġarraf. Il-parir ta’ xi ħadd midħla sewwa tal-poeżija jista’ jgħin ħafna lill-kittieba l-ġodda.
• Pjanijiet għall-ġejjieni?
Nittama li Alla jislifni ftit żmien ieħor. Bħalissa għandi f’moħħi tliet kotba. Wieħed huwa traduzzjoni mill-Malti għall-Ingliż ta’ bosta reminixxenzi li ġbart minn Għawdxin li ġarrbu l-gwerra. Dan naħseb li jkun ktieb interessanti … iżda baqagħli ħafna xogħol fuqu. Ktieb ieħor u li għadni tista’ tgħid fil-bidu tiegħu huma t-tifkiriet tiegħi ta’ tfuliti u kif niktakar lil Għawdex minn ċkuniti sa meta kelli 15-il sena, jiġifieri sal-1976. Għalkemm bosta jgħidu li Għawdex baqa’ dak li kien, ngħidlek li fil-verità tbiddel ħafna. F’dan il-ktieb se noħroġ il-ħajja Għawdxija, sempliċi, ferħana u aktar fqira ta’ tfuliti. Fl-aħħarnett nittama li madwar sentejn jew tliet snin oħra, jekk Alla jrid, noħroġ ktieb tal-poeżija ieħor. Diġà għandi ġabra, iżda jien inħobb nagħżel u norqom biex dak li nippubblika jkun l-isbaħ fjur. Għal dan kollu nitlob lil Alla jieqaf miegħi u jgħinni dejjem.

No comments:
Post a Comment