1. Il-Malti Semitiku u s-sistema trilittera (ezempju mrabbat flok marbut). Kemm sibthom utli l-aktar fit-traduzzjonijiet tieghek?
Il-Malti Semitku hu ghani hafna, u llum bosta minnu m’ghadniex
nuzawh. Lili dan il-vokabularju vast gheni hafna, l-aktar fit-trad-
uzzjoni tad-Divina Commedia, naturalment minhabba l-istess element
arkajk tieghu. Izda dejjem qghadt attent li fir-rimi dejjem nuza bosta
vokali, biex b’hekk inzomm l-armonija Semitika-Maltija fit-test u dik
Romantika-Taljana fir-rima; b’hekk nemmen li hloqt bilanc ideali bejn
iz-zewg ilsna, Malti u Taljan, u nhoss ukoll li fix-xoghol tradott baqghet
issaltan l-atmosfera tal-grajja nfisha u taz-zmien li fih sehhet, biex
hekk bqajt fidil lejn l-awtur u xoghlu u fl-istess waqt tajt gieh u seddaqt
il-Letteraura Maltija. Is-sistema trilittera dejjem uzajtha fejn hassejt li
kien jaqbel, l-aktar fejn kelli accenti li kienu jaqghu hazin jew jinstemghu
stunati fuq kelma u b’hekk jaghmlu l-vers kollu inqas muzikali milli
dejjem fittixt li naghmlu.
2. Fit-traduzzjonijiet tieghek taghti piz lill-element Semitiku jew lil dak Rumanz l-aktar? Ghaliex?
Tajthom piz tista’ tghid kwazi ndaqs, ghax hassejt li f’xoghol hekk
ggantesk il-bilanc kien essenzjali. Dan jghodd l-aktar ghad-Divina
Commedia u ghad-drammi ta’ Shakespeare; izda fix-xoghlijiet ta’
Wilde u ta’ Voltaire kelli naghfas l-aktar fuq ir-romantiku. Ma tista’
bl-ebda mod tittraduci lil Wilde b’Malti Semitiku ghax tinholoq atmos-
fera letterarja inverosimili, kemm fix-xoghol letterarju nnifsu, u aktar
u aktar f’dik li hi epoka. Barra minn hekk, dejjem fejn jidhol Wilde,
certa sofistikagni titlob hafna l-Malti Romantiku, l-aktar fejn jidhlu l-
battuti celebri ta’ dan l-awtur. L-istess nista’ nghid ghall-Candide ta’
Voltaire.
3. Ghal Palma kif jintrabtu flimkien poezija, muzika u pittura?
Il-poezija, il-muzika u l-pittura huma t-tliet Arti li ddominawli hajti. l-
aktar li taffettwani artistikament hija l-muzika, u kwazi kull poezija li
ktibt kemm ili haj dejjem twieldet minn xi bicca muzika. Peress li
ndoqq il-pjanu u iffissat fuq Chopin, ma jistax jonqos li l-muzika hi
l-pern ta’ kulma nohloq artistikament. Dan jghodd ukoll ghall-pittura.
Meta tigini l-muza ghall-pittura, inkun irrid il-muzika f’widnejja
sahanasitra biex nohloq it-tonalita’ ta’ l-ilwien; u minn dawn l-ilwien
imbaghad naf nislet aktar poezija, li aktarx inkompli nirfinaha b’aktar
muzika. Ghax tabilhaqq, ghalija dawn it-tliet Arti huma tliet ahwa
kapriccuzi li kemm-il darba habbtuni u kwazi gennewni; izda wara
dejjem sibthom bhala katarsi ghall-istess tbatija li jkunu holquli.
4. Xi tfisser tkun awtodidatta?
Awtodittata – certi talenti jitwieldu ma’ dak li jkun; u dan japplika bil-
bosta fejn tidhol l-Arti. Nghid ghalija sa minn meta kont ghadni tifel
zghir kont inhoss gibda naturali lejn it-tpingija; kif nara pjanu kont
intir fuqu u nittanat nsib l-armonija halli ndoqq xi haga, l-istess il-
poezija, kont inhossha go mohhi, bir-ritmi u l-accenti b’kollox; l-
iskola kont nissahhar bit-traduzzjoni, u nhossha ga maqluba ghall-
Malti: kemm innizzilha. Dan kollu, flimkien mal-fissazzjoni li ghandi
bil-qari ippermettewli li nkun hieles u b’hekk inkompli nirfina dak li
tatni n-natura bla ma nersaq lejn l-ebda Universit¿, ghajr dik tal-
Hajja li, fil-fehma tieghi, ma thallilek ebda ittri wara ismek, izda
taghtik is-sodisfazzjon uniku tal-originalit¿.
5. Dik tal-kittieb hija fuq kollox hajja ta' qari u sagrificcju. Kemm hu minnu dan?
Nahseb li jekk hawn xi hadd li jista’ jitkellem fuq is-sagrificcju huwa
jien. Sa mill-bidu tal-karriera letterarja tieghi, u sewwasew ghax
qatt ma rfist fl-ebda Universit¿, l-intellettwali Maltin, li hargu minn
hemm iperrcu l-ittri wara isimhom, ma setghu qatt igerrghu l-fatt li jien
kelli nidhol ghat-traduzzjoni tad-Divina Commedia , u meta stamp-
ajtha, fl-1991 (spejjez tieghi, naturalment), dawn l-istess nies halfu li
jinjorawni ghal kollox. L-istess f’Shakespeare u f’kulma bdejt nittra-
duci. Ghajnuna minn Stat, Banek, Azjendi? Xejn. Ftaqart biex nippub-
blika xoghlijieti. Izda qatt ma qtajt qalbi; anzi l-ghira ta’ dawn l-
indivdwi issoktat taghmilli l-kuragg u, minkejja li baqghu dejjem
jinjorawni, il-premju tas-sagrificcji kollha tieghi hadtu sewwasew f’
Ravenna, l-Italja, meta s-sena l-ohra, bit-traduzzjoni tieghi tad-Divina
Commedia , isem Malta zdied ma’ dawk tal-pajjizi l-ohra li ghandhom
dan il-kapolavur tradott fl-lingwa taghhom.
6. Ghalik personali x'inhi l-mira tal-vera letteratura?
Il-vera letteratura ghandha tkun primarjament Arti; li tpaxxi kemm
lil ruh l-awtur u kemm lil dawk li jaqrawh. Ghandha sservi kemm
bhala taghlim u kemm bhala divertiment. Hi x’inhi l-letteratura: poezija,
drama, traduzzjoni, novella ecc. fiha ghandu jkun hemm messagg,
l-awtur jaghmel dmiru li jeduka, u l-qarrej ghandu jikseb ghallinqas
xi ftit tal-gid minn dak li jaqra. Jiena nemmen li kotba jew letteratura
li tinqara b’obbligu, bhalma mill-istudenti bhala parti mill-kurrikulu,
ftit li xejn thalli frott. Wara kollox, l-Arti mhux kulhadd ihobbha u
japprezzaha, u dizgrazzjatament, minhabba certa apatija sistem-
atika, f’Malta il-kultura hadet diksata sewwa ‘l isfel. L-Arti letterarja,
bhalma f’kull fergha ta’ Arti li wiehed jista’ jimmagina, inhakmet
mill-kilba materjalistika ta’ certi awturi u pubblikaturi li, aktar mil-
leteratura per se, ifittxu biss li jdawru lira. U min jirnexxilu jidhol
f’certi crieki jgawdi u jiffanga, u haddiehor jibqa’ jcejjaq. B’hekk din
l-Arti hekk nobbli issa saret tista’ tghid wahda kummercjali, mili ‘l
boghod mill-ispiritwalita’ li suppost) izzejjinha.
7. Il-kitba li m'ghandhiex piz morali, li ma timmirax biex ittejjeb b'xi mod lill-qarrej, hi letteratura? X'tahseb dwar din it-tip ta' letteratura li qieghda wkoll tigi ppremjata anki lokalment?
Bhal kull hag‘ohra fil-hajja hemm letteratura tajba u letteratura
hazina. Issa drajna li l-Arti kollha minn mindu bdiet tissejjah
moderna, saret taghraf aktar lill-artist (jew lill-psewdo artist) milli
x-xoghol tieghu. Jekk pittur, awtur, muzicist illum jiehu certa fama,
allura xoghlu jilhaq il-quccata artistika, jaghmel isem u l-flus; izda
dan ma jfissirx li x-xoghol hu necessarjament artistiku. Kif ghidt,
illum l-arti kollha cediet (ukoll) ghall-kummercjalizmu sfrenat; u jekk
awtur ikun ‘jirrendi’ ghall-pubblikatur, allura kulma jaghmel, ukoll
jekk ikun kollox barra letteratura (jew hi x’inhi l-Arti) ikun apprezzat
u, kif ghidt tajjeb int, anki jigi ippremjat.
(Frar 2009)
No comments:
Post a Comment