Sunday, September 28, 2008

Intervistat Maurice Mifsud Bonnici

Lil Maurice Mifsud Bonnici nahseb li sirt nafu permezz tal-attivitajiet imtellgha mill-Ghaqda Poeti Malti li taghha ahna t-tnejn membri. Niftakar li kont ktibt studju fuq il-poeziji tieghu li jinsabu fl-antologija poetika tieghu Zoomery, studju li kien deher f'xi gazzetti lokali u mbaghad fil-ktieb tieghi Tieqa fuq kittieba Maltin (2003). Minn dak iz-zmien jiena u Maurice sirna hbieb li nirrisettaw sewwa lil xulxin, minkejja l-generation gap :-) Lil Maurice nammirah ghax huwa bniedem habrieki fejn tidhol kitba u kull jum gdid ghalih huwa jum moghti lilu rigal biex ikompli jikteb.





















1.L-Ghanja tal-Limerikki hareg fl-2007, imma jigbor fih limerikki li ktibt fis-snin 2006 u 2007. X'inhu l-limerikk fil-qosor? Ghaliex l-ghazla tal-limerikk min-naha tieghek? Fejn hija s-sahha tal-limerikk?

Il-Limerikk huwa poezija ta' hames versi bir-rimi ta' l-ewwel vers mat-tieni u mal-hames u tat-tielet vers mar-raba'. L-ewwel , it-tieni u l-hames vers huma vrus tad-disgha bi tliet accenti ritmici (trimetri) ta' tliet sillabi kull wiehed, u t-tielet u r-raba' vers huma vrus tas-sitta b'zewg accenti (dimetri) ta' tliet sillabi kull wiehed.
Ghazilt il-limerikk ghax huwa ta' qari hafif, divertenti --- Ghalhekk ma' l-isem tal-ktieb zidt :"intaffu d-dwejjaq", u ghalhekk il-ktieb ghamiltu ta' daqs komdu biex iggorru gol-but biex jekk tkun pererzempju fi kju twil tista' taqrah biex itaffilhek it-tensjoni!
Is-sahha tal-limerikk hija fl-accent ritmiku tat-tliet sillabi u fil-kontenut u r-rima tal-hames vers.

2. Hajkumanija (2008) huwa t-tieni gabra ta' hajku, wara Bushido (2002). Did-darba gbart il-hajku li ktibt bejn l-2002 u l-2007. X'inhu l-hajku fil-qosor? Minn fejn twieldet fik il-hajra li tiktbu? X'tista' tkun is-sahha wara poezija ta' tliet versi biss?

Il-hajku huwa poezija ta' origini Gappuniza, bla rima u tliet vrus tal-5-7-5, semplici b'mhux iktar minn suggett wiehed. Originalment kien jittratta b'certa qawwa suggetti marbuta ma' l-istaguni u n-natura. Biz-zmien gew accettati suggetti marbuta man-natura tal-bniedem u ghalkemm dejjem baqa' bi tliet versi ma baqax rigoruz bis-sillabi tal-5-7-5. Hu perezempju l-Western Haiku huwa rigoruz ghall-qosor tat-tliet versi u ghas-semplicita' tieghu.
Il-hajra li niktbu twieldet fija mill-ktieb ta' Anton Buttigieg: "Il-Muza bil-Kimono" li kien irregalali meta mort nipprezentalu l-ewwel ktieb ta' poeziji tieghi, "In a Nutshell" waqt li kien President tar-Repubblika.
Is-sahha wara l-hajku hija, kif ga ghidt, is-semplicita' tal-kuncett b'enfasi fuq xi aspett originali li jittratta dejjem fil-prezent.

3. Fis-sottotitlu tuza wkoll il-kelma "senrju". X'inhu dan?

Is-senrju huwa forma ta' hajku li jittratta fuq hwejjeg marbuta mal-bniedem biex jikkuntrasta mal-hajku klassiku originali li kien jittratta biss fuq in-natura u l-istaguni. Il-hajku li jien ktibt f'dal-ktieb ihadden fih kemm hajku klassiku u senrju u hallejtha ghall-qarrej biex jaghzel hu liema hu wiehed u liema hu l-iehor.

4. Liema huwa l-waqt adatt meta tikteb il-limerikk, il-hajku u s-senrju?

Il-limerikk tiktbu meta ma tkunx imdejjaq u l-hajku u s-senrju meta tkun hosbien.

5. Skond inti, ghaliex il-pubbliku ghandu jixtri zewg kotba bhal dawn? X'jista' jiehu minnhom?

Dawn iz-zewg kotba joffru qari hafif li ma jistrapazzax il-mohh. It-tnejn iqajmu l-interess waqt il-qari taghhom u ghalhekk jaghtu cans lill-mohh jimrah fl-ispazju bla xkiel... biex nghid hekk. Barra minn hekk, kemm fil-
hajku u kemm fil-limerikk, wiehed jista' jikseb taghlima li tolqtu fil-laham il-haj.

6. F'dawn l-ahhar zewg pubblikazzjonijiet tieghek ghazilt format zghir, li jista' letteralment jidhol fil-but. Ghaliex dan?

Jien ghazilt li nippubblika dal-ktieb tal-hajku f'forma zghira bhal dak tal-limerikki ghall-istess ragunijiet li tajt ghall-ktieb tal-limerikki.

7. Ghaliex il-poeta jhoss il-htiega li jippubblika l-versi tieghu anki jekk jaf li diehel f'bosta sagrificcji finanzjarji biex fl-ahhar ibiegh ftit kopji?

Meta bdejt nikteb il-poeziji sa minn meta kelli hmistax il-sena qatt ma kont nahseb li qed niktibhom biex nippubblikahom. Kont niktibhom
ghalija. Kien habib tieghi Ingliz, Ken Roscoe, li kebbes fija l-hajra li nippubblikahom. Dan kien Editur tal-famuz magazin "Look and Learn" u meta gie l-ufficcju biex ikellimni ghall-habta tat-tmiem tas-sebghinijiet, qabel dahal fejni s-segretarja tieghi, dak iz-zmien Maria Mallia, urietu l-poeziji tieghi li kienet tittajpjali. Dan tant ghogbuh li wara li ha ftit minnhom mieghu d-dar f'San Pawl il-Bahar u flihom gie lura u qalli li kien se jghaddi kopja taghhom lil habib tieghu f'Londra. Fi ftit kliem hafna minn dawn il-poeziji sabu ruhhom ippubblikati f'Londra fi ktieb li jien semmejt "In a Nutshell". Minn hemm bdiet il-hajra li nippubblikahom. Jien la ghandi l-wicc u wisq anqas iz-zmien biex noqghod infittex pubblikatur. Jien m'ghandix kapricci ohra u nghix hajja semplici u ghalhekk nista' nerfa' dan l-uniku kapricc tal-pubbikazzjonijiet. Il-bejgh ma jaghtinix gewwa, anzi dawn l-ahhar snin nistqarr nghid li qed jaghmilli kuragg.

8. Il-kitba u bniedem bhalek ta' 82 sena. X'tip ta' relazzjoni hemm bejnietkom?

Ir-relazzjoni ta' bniedem ta' l-eta' tieghi ta 82 senu mal-kitba tieghi hija wahda intima u ta' fiducja kbira f'xulxin!

Patrick Sammut (Sett. 2008)

No comments: