1. X'inhi r-relazzjoni ta' Paul Vella u l-Awstralja llum? U xi tfisser Malta ghal min jinsab fil-pozizzjoni tieghek?
Meta tlaqna minn Malta ghall-Awstralja fl-1965, wara xahar li zzewwigna, jien u l-mara tieghi Salvina, minn Hal Qormi, kellna l-hsieb li naghmlu sentejn u forsi nergghu lura, minhabba li ma tantx riedet tmur l-Awstralja. Il-mara halliet warajha lill-genituri taghha u tmien hutha. Wara 15-il sena fl-Awstralja nzilna ghall-btala u l-hajja f’Malta ghogbitni u ghidt lill-mara biex nitilghu, inbieghu kollox u ninzlu lura. Qalti: “Inzel wahdek!” Matul is-snin inzilna f’Malta xi erba’ darbiet ohra, imma dejjem fittixna l-Awstralja bhala d-“dar” taghna. Kull ma ghandna ghamilnieh hawn, ghandna t-tifla taghna u z-zewgt neputijiet u allura kien xieraq li bqajna hawn. Lil Malta nhobbuha bhala art twelidna. L-Awstralja nhobbuha bhala l-art li addottatna. Ftit issib Maltin hawn li ghadhom jokorbu biex jinzlu Malta ghal kollox. U dawk li jokorbu ma jihdux dan il-pass, hafna drabi minhabba l-familja li jhallu warajhom.
2. F'liema attivitajiet jew ghaqdiet jew inizzjattivi inti impenjat fil-prezent?
Kemm jien u kemm il-mara ninsabu mdahhlin f’hafna ghaqdiet Maltin. Jiena PRO fir-Reskeon Maltese Association, wahda mill-ikbar ghaqdet tal-Maltin f’Melbourne, il-mara hi membru fil-kumitat ukoll. L-istess ghaqda bdiet ghaqda ghall-anzjani fl-1996, Reskeon Seniors Group, b’aktar minn 300 membru. Jien hu s-Segretarju u l-mara Vici Ko-ordinatur. Ahna wkoll membri fil-Kumitat tal-Grupp Letteratura Maltija tal-Victoria, li tieghu jien il-PRO. Grupp li jheggeg membri biex jiktbu bil-Malti. Darba fis-sena, norganizzaw Lejla Muziko-Letterarja. Barra minn hekk, jien ukoll xandar ta’ programmi Maltin minn fuq ir-Radju Komunitarju f’Melbourne 3ZZZ, fejn jigu mxandra programmi b’aktar minn 60 lingwa differenti. Il-Maltin ghandhom erba’ programmi u qeghdin erba’ xandara li naghtu s-servizz taghna bhala voluntieri. Il-programmi taghna huma varjati, b’ahbarijiet, marci, kanzunetti Maltin, proza u poeziji, Vangelju, intervisti u affarijiet ohra. Il-programmi taghna jistghu jinstemghu fuq is-sit http://www.3zzz.com.au/ fejn il-programmi jdumu hemm gimgha shiha u tista’ tismaghhom fi x’hin trid.
3. Fil-belt fejn tghix il-Maltin (u anki komunitajiet ohrajn) kemm jiehdu interess fil-letteratura?
Nistghu nghidu li kemm il-Maltin u anki nies ta’ nazzjonalitajiet ohra jinteressaw ruhhom fil-letteratura. Ahna l-Maltin permezz tal-Grupp Letteratura Maltija nippruvaw inhajru hafna biex jaqraw u jiktbu bil-Malti. Hafna mill-programmi Maltin hawn ikollhom qari ta’ poeziji, novelli u anki rumanzi, u s-semmiegha ghadhom juru interess kbir f’dan. Niehu gost nghid li l-Kunsill Malti tal-Victoria, ghandu librerija b’kotba bil-Malti ghas-self u din l-ikbar librerija b’kotba Maltin li hawn barra Malta.
4. Xi tghid dwar il-kittieba Maltin fl-Awstralja llum? Min huma u x'qed jinkiteb?
Ghandna hafna kittieba Maltin u forsi nsemmi ftit minnhom li ppubblikaw kotba b’poeziji u novelli, bhal Lou Drofenik, Joe Saliba, Joe Axiaq, Manwel Cassar u Manwel Nicholas Borg, illum mejjet. Barra minn hekk hemm hafna li huma gurnalisti u jiktbu fil-gazzetta Maltija t’hawn bhal Frank Sargent u anki jien ukoll. Barra li nikteb fil-gazzetta t’hawn, jien nibghat hafna materjal Malta, kemm dawk li huma ahbarijiet u artikli li dehru f’hafna gazzetti f’Malta. Jien nibghat ukoll program audio ta’ 10 minuti darba fix-xahar lir-Radju Marija, programm li jinkludi l-ahhar ahbarijiet religjuzi mill-Awstralja.
5. Naf li l-Maltin ghandhom ukoll il-programmi tar-radju u anki l-gurnali taghhom. Xi tghid dwar dawn?
Kif ghidt qabel, jiena xandar ta’ programmi Maltin hawn. Minbarra l-istazzjoni li qieghed mieghu jien hemm tliet stazzjonijiet ohra. Hafna Maltin jisimghu dawn il-programmi kemm biex ikunu jafu x’inhu jigri Malta kif ukoll biex jiehdu gost b’qari u kanzunetti Maltin. Barra minn hekk, hafna mis-semmiegha huma anzjani u jghixu wahedhom u l-programmi jkunu ta’ kumpanija ghalihom. Fil-fatt il-programm tieghi semmejtu “Qatt m’Int Wahdek” ghax jien nemmen li matul dik is-siegha, is-semmiegha jhossuhom flimkien waqt li jkunu qed jisimghu il-programm.
6. Xi tghid dwar il-Folju tal-Maltese Literature Group: Kemm ilu johrog? Kemm jigi sampat bhala kwantita`? Min hu l-mohh warajh? Liema huma l-ghanijiet tieghu? X'issib fih?
Il-Grupp Letteratura Maltija tal-Victoria johrog Folju darba fix-xahar ghall-membri kollha. Il-Foju ilu johrog is-snin u ma nistax nghid kemm ilu ghax kien isir qabel dhalt membru jien. Imma forsi jekk tiftakar li wasalna ghall-harga numru 150, avolja issa qed isir darba kull xahar imma qabel kien darba kull xahrejn, allura forsi tinduna li ilu jsir snin twal. Bhalissa dan il-Folju qed niehu hsiebu jien. Qabli kienu jiehdu hsieb zewg membri ohra, Joe u Rose Lofaro. Issa ili naghmlu ftit snin sewwa. L-ghan ta’ dan il-folju hu li nzommu lill-membri taghna infurmati b’dak li jkun qed isir fil-grupp, kif ukoll jien nipprova ndahhal l-ahhar ahbarijiet dwar il-lingwa Maltija li nircievi minn Malta. Jiena membru tal-Forum “Kelmet” u minn niehu hafna infurmazzjoni dwar dak li jkun qed jigri fil-lingwa Maltija. Dejjem nircievi ghajnuna siewja minghand Sergio Grech, Joe Borg, Manwel Mifsud, Oliver Friggieri u Patrick Sammut, kemm f’dak li hu materjal kif ukoll ahbarijiet fuq il-lingwa u meta jkolli xi mistoqsija. Barra li nistampawh ghall-membri tal-grupp, jien niehu hsieb li nibghatu permezz ta’ emejl lil dawk li fl-opinjoni tieghi ikun ta’ interess ghalihom u jekk ikun hemm xi hadd li jixtieq jircivieh, jew informazzjoni fuq ir-radju 3ZZZ, kull m’ghandhom jaghmlu hu li jiktbuli fuq polvel@connexus.net.au
Zewg poeziji ta' Paul Vella:
HSIEB
Kull meta nizbor is-sigra fix-xitwa
Waqt lejha inhares, lil qalbi jien nghid:
“X’tahseb? Id-diehla nizborha?”
Jew jilhqu jizbruni
W jahbuni taht l-art?
Paul Vella 1-7-2006
KLIEM LI XTAQTNI NGHIDLEK
Haninti, hallini nzommok fi hdani
U nghidlek kliem helu li int dejjem xtaqt.
Kliem helu xtaqt tisma’, bhal: “Qalbi, inhobbok”.
Kliem helu li jiena qatt m’ghidtlek fil-waqt.
Kemm drabi int wrejnti li l-kelma xtaqt tisma’
Avolja li minnha kont certa maz-zmien.
Imhabbti qatt naqset, avolja qatt m’ghidtlek
Int taf illi mhabbti ghalik hi bla tmiem.
U issa l-hin wasal ha nghidlek li nhobbok
Biex xewqtek naqtaghlek, biex tisma’ il-kliem.
Habbejtek il-bierah u nhobbok ank’issa
U nhobbok ghal dejjem, haninti, bla tmiem.
Paul Vella 6-7-2006
Kull meta nizbor is-sigra fix-xitwa
Waqt lejha inhares, lil qalbi jien nghid:
“X’tahseb? Id-diehla nizborha?”
Jew jilhqu jizbruni
W jahbuni taht l-art?
Paul Vella 1-7-2006
KLIEM LI XTAQTNI NGHIDLEK
Haninti, hallini nzommok fi hdani
U nghidlek kliem helu li int dejjem xtaqt.
Kliem helu xtaqt tisma’, bhal: “Qalbi, inhobbok”.
Kliem helu li jiena qatt m’ghidtlek fil-waqt.
Kemm drabi int wrejnti li l-kelma xtaqt tisma’
Avolja li minnha kont certa maz-zmien.
Imhabbti qatt naqset, avolja qatt m’ghidtlek
Int taf illi mhabbti ghalik hi bla tmiem.
U issa l-hin wasal ha nghidlek li nhobbok
Biex xewqtek naqtaghlek, biex tisma’ il-kliem.
Habbejtek il-bierah u nhobbok ank’issa
U nhobbok ghal dejjem, haninti, bla tmiem.
Paul Vella 6-7-2006
No comments:
Post a Comment