X’kienu l-istudji tiegħek? Liema huma l-aktar kotba u kittieba għal qalbek?
Jien mort skola primarja tal-Gvern, imbagħad Sekondarja. Kont ġibt xi 10 O Levels u mort Paulino Vassallo biex inkompli l-A levels. Wara l-ewwel sena qabżitli u tlaqt naħdem. Għalkemm ta’ 13-il sena kont ġa naħdem summer jobs ma’ sprayers, mechanics u simili. Jien m’iniex xi wieħed li qrajt ħafna kotba. Però m’għandix kotba favoriti u laqas kittieba. Fis-sens skont f´liema stadju ta’ ħajti nkun, ikun jagħmel sens dak il-ktieb jew dak l-awtur. Però ktieb li jibqa’ eternament jagħmel sens għalija huwa Tao Te Ching ta’ La Tzu u The Prophet ta’ Kahil Gibran. Nista’ nżid ukoll lill-astronumu Carl Sagan.
Minn fejn ġejja din il-ġibda lejn ir-reliġjonijiet Orjentali? Tiftakar meta bdiet?
Meta kelli tliet snin fl-1984, il-ġenituri tiegħi kkonvertew minn Kattoliċi għal Xhieda ta’ Jehovah. Minħabba dal-fatt kont niġi bullied ħafna u minn hemm nibet il-karratru investigattiv tiegħi lejn it-tagħlim. L-ewwel spark lejn l-orjent faqqa’ propju ta’ xi seba’ snin minn cartoons I CAVALLIERI DELLO ZODIACO għax peress li kienu jaffaxxinawni l-istilel kont narah propju minħabba hekk. Kien imbagħad fiż-żgħożija tiegħi meta beda jkolli xi diskussjonijiet ma’ kuġinuwi li kien akbar minni ħames snin li bdejt nisma’ bl-ewwel kunċetti. Imbagħad kien laqqagħni ma’ ħabib tiegħu li kien espanda bil-ferm iktar il-konoxxenza tiegħi fuq it-taghim u filosofiji orjentali. Imbagħad minn hemm ’l hemm ma waqaftx infittex u niddiskuti fuq kollox, fosthom ukoll ma’ sieħbi l-għażiż Robert Bondin Carter li l-ħbiberija tiegħi miegħu nista’ ngħid kienet rigal mill-univers għalija personali.
Il-kitba ta’ ktieb bħal dan tirrikjedi qari wiesa’ u anki vjaġġi mhux komuni lil hinn minn artna u anki mill-kultura Kristjano-Ewropea. Kemm hu veru dan?
Jien fuqi nista’ nitkellem u ma nafx ħaddieħor xi bżonnijiet ikollu. Ħajti għextha bħal kull bniedem ieħor u qatt ma qbiżt l-Ewropa fis-safar tiegħi. Kotba kif ġa għedtlek ma tantx qrajt xi ħafna. Jien nemmen li l-consciousness ta’ bniedem ma hijiex limitata għal post jew ħin imma taqbeż il-konfini umani u allura sta għal kull individwu kemm ikun lest b’passjoni u rieda ħielsa li jirċievi din il- konoxxenza ġewwa fih. Dan hu suġġett kumpless ferm biex infiehmu fi ftit sentenzi. Kont imbierek li ltqajt ma’ nies li kellhom l-istess interessi bħal tiegħi f’oqsma ta’ għerf u taghlim, allura diskussjonijiet frekwenti fuq dawn is-suġġetti kont nixrobhom peress li għandi memorja fotografika.
Għaliex dan il-ktieb oriġinarjament ktibtu bl-Ingliż biex wara qlibtu wkoll għall-Malti bil-għajnuna ta’ Alfred Palma? X’taħseb dwar it-traduzzjoni Maltija?
It-traduzzjoni ta’ Alfred apparti li għamel biċċa xogħol impekkabbli biex jittraduċi x-xjenza tal-ktieb, kulmeta nara ismu fil-faċċata tal-ktieb niftakar mhux fil-ktieb imma xi bniedem tajjeb u kbir hu Alfred Palma. Intenni, kieku ma kienx hu żgur ma sarx dis-sena. Għalhekk, minn hawn irrodd ħajr lil bniedem tant nobbli u kbir fl-ispirtu.
Għaliex għażilt li ssemmieh Riżonanza?
Riżonanza għax minn meta faqqa’ l-big bang sa issa, dak kollu li naraw u nesperjenzaw f’ħajjitna sakemm jibqa’ jeżisti dan l-univers ma huwa xejn għajr riżonanza ta’ dak il-famuż big bang jew il-mument li alla fetaħ għajnejh. L-univers jgħix u jaħdem propju għax jibqa’ bħal qisu eku ta’ riżonanza ta’ qablu u jibqa’ sejjer hekk għall-infinit. Meta nkunu wiċċ imb wiċċ dan nispjegah bil-ferm aħjar.
Kif qed jintlaqa’ ktieb bħal dan hawn Malta, u lil hinn minn xtutna?
B’sorpriża għalija, intlaqa’ verament tajjeb. Fil-fatt fl-2021 se terġa’ ssir reprint tal-edizzjoni bl-Ingliż. Kemm Malta kif ukoll barra minn xtutna, il-feedback kien pratikament l-istess.
Kif tintlaqa’ l-interpretazzjoni atomista tal-ħajja f’pajjiż fejn għal snin twal ħakem u għadu b’saħħtu sa ċertu punt it-twemmin Nisrani?
Mmmmm, iktar milli għax Nisrani, il-problema tkun iktar nuqqas ta’ tagħrif dwar x’inhu atomu. U kien għalhekk li ħadt ħsieb nispjega l-ħin kollu fuq l-atomu. Jekk bniedem ikollu naqra sfond xjentifiku ikun aħjar biex jaħfen mill-ewwel il-kuncett atomiku. Però, biex inkun onest, kulmin qrah fehmu bla problemi. Li hu żgur hu li kien ta’ serħan il-moħħ kbir
Kif inhu Ricky Caruana bħala persuna llum? Liema huma l-passatempi tiegħu?
Ħeħe jiena? Mmmmm, kif jien? Bħal kulħadd ħabib. Daqqa nkun għaddej minn perjodi trankwilli u feliċi. Daqqa jkollu mumenti ta’ anzjetà u dwejjaq. Daqqa nkun fin-nofs u daqqa nkun f’sintonja ma’ kollox. Il-ħajja umana hi dik li hi, jiġifieri l-ħin kollu titrrażmuta ruħha skont il-karma tiegħek. Huwa propju għalhekk li kemm jista’ jkun trid tgħix ħajja tajba u onesta miegħek innifsek ħalli tevita ċikli koroh ta’ kawża u effett.
Il-passatempi tiegħi huma l-aktar in-natura. Għandi sitt German shepards u alsations, flimkien ma’ fkieren tal-art u tal-ilma, tiġieġ, sriedek, qtates, fniek, ħut... insomma kulma nara bħat-tfal jogħġobni. Inħobb ħafna siġar u fil-fatt jien u l-ikbar ħabib tiegħi Robert Bondin għandna paġna jisimha https://www.facebook.com/iamhundredsofyears fejn sa issa naħseb ħawwilna qrib il-ħamest elef siġra hawn Malta. Ma’ seħbi Robert niltaqa’ kważi kuljum, apparti nagħmlu xi xogħol flimkien, imbagħad nitilqu mixja fil-kampanja, jew ngħumu, jew dawra bil-karozza, jew xi ikla tajba... u ngħidu kelma fuq kollox. Apparti hekk, norganizza events tal-massa u nagħmel parties bħal “The Gatsby, Flower Mania”, u ħafna nights oħra ma’ Stephen Saydon u Alex Grech. Inħobb nagħmel ukoll monumenti u nsebbah xi żoni bħalma għamilt kif toħroġ mill-mina ta’ Ħal Kirkop. Dan li qed tara fir-ritratti huma proġetti li għamilna jien u Robert għaxar snin ilu. Insomma ħa nieqaf hawn fuq ħajti għax inkella ma nispiċċaw qatt.
Naf li għadek kemm ippubblikajt it-tieni ktieb tiegħek, The Strings of Faith. Kif ivarja dan il-ktieb mill-ewwel wieħed? Hu ppjanat li taqilbu wkoll għall-Malti?Iva fil-fatt ġa kellimt lis-Sur Palma għat-traduzzjoni. Kif ivarja? Dan huwa iktar ktieb ta’ lezzjonijiet tal-ħajja u jgħin biex jiftaħlek għajnejk. Hu dwar kif bniedem jasal jikseb l-għerf u l-illuminazzjoni.
Xi jmiss wara dawn?
Wara dawn imissni l-itqal biċċa. Resonance u The Strings of Fate ħriġthom propju biex inwitti t-triq għat-tielet ktieb. Kien propju l-ktieb li se joħroġ wara dawn li kien oriġinarjament li nikteb. Imma qabel ma stajtx nibni l-pedament jekk hhux b’Resonance u