Monday, July 20, 2009

Intervistata l-Prof.ssa Rena Balzan

1. X’tahseb dwar l-importanza li l-kittieb/poeta jsemma lehnu rigward il-qirda tal-ambjent naturali?

Jien nahseb li l-poeta awtentiku jkun qrib hafna tan-natura u fit-tajjeb jew fil-hazin ikun ispirat minnha. Ma jistax poeta jara l-qirda tal-ambjent naturali u ma jhoss xejn; qisu ma gara xejn. M’ghandix dubju li l-kittieb/poeta awtentiku jsemma’ lehnu, u ghandna hafna kitbiet u poeziji dwar in-natura u l-isfregi taghha. Il-problema hi li kitba ta’ din ix-xorta mhux dejjem tinghata l-importanza li jixirqilha.

2. X’tifhem b’involviment politiku min-naha tal-kittieb/poeta? Ghandu l-kittieb/poeta jghaddi l-hsieb politiku tieghu lil min imexxi lil pajjizna permezz ta’ vrusu/il-kitba tieghu?

Nixtieq naghmilha cara li fl-opinjoni tieghi l-politika mhix hobz ghal snien kulhadd. Anzi hawn kittieba u poeti li tilfu kull fiducja fil-genwinita' tal-politika u m’ghandhom l-ebda interess li jinvolvu ruhhom fiha. Jekk imbaghad inqisu l-politika fis-sens wiesa' tal-kelma, meta kittieb/poeta jesprimi b’qawwa l-hsieb tieghu u jippubblikah permezz ta’ vrusu/il-kitba tieghu, ikun qed jaghti kontribut politiku mhux biss ghall-prezent izda wkoll ghall-gejjieni. Il-hsieb tieghu ma jghaddihx biss lil min imexxi lil pajjiz, izda jghaddih lil kulhadd u b’hekk jista' jinfluwenza hafna individwi b’opinjonijiet u ideali differenti. Il-kelma miktuba hija qawwa kbira fiha nnifisha ghax ghandha l-potenzjal li tinfirex fejn qatt ma mar min kitibha u tibqa' anki meta jigi nieqes min kitibha.

3. Rigward l-involviment “politiku” (anki fis-sens wiesa’) tal-kittieb, tahseb li dan isir ahjar u hu iktar effettiv permezz tal-proza jew tal-poezija?

Kemm il-proza kif ukoll il-poezija jistghu jkunu effettivi hafna. Billi f’xi pajjizi bhal Malta tidher iktar popolari l-proza milli l-poezija, allura forsi l-hsieb jista’ jitwassal ahjar permezz tal-proza. F’pajjizi bhal Malta, fejn il-qari ma tantx jiehu prijorita', jidhirli li l-ikbar impatt fil-prezent immedjat jista’ jsir bil-kitba gurnalistika.

4. Semmi aspett kurrenti li jolqtok u jgaghlek tikteb llum?

Meta nitkellmu fuq l-ambjent, irridu nqisu wkoll l-ambjent psikologiku li noholqu fir-relazzjonijiet ta’ bejnietna u maghna nfusna. Aspett kurrenti li jolqotni hafna huwa l-isfruttament taz-zghazagh mis-socjeta', hafna drabi ghall-qligh tal-flus minn fuq dahar min hu inqas matur u allura izjed vulnerabbli. Ma’ dan l-aspett, ghax forsi wkoll parti minnu, tolqotni l-manipulazzjoni tal-valuri li jiggebbdu 'l hemm u 'l hawn bhal bicca chewing gum.

5. Il-kittieb/poeta jixtieq ir-rispett min-naha tal-poplu. Imma qabelxejn dar-rispett ghandu jigi mill-istess kittieba/poeti kollegi tieghu. Kif tirreagixxi ghal dan?

M’ghandix dubju li l-kittieba/poeti ghandhom jirrispettaw lil xulxin qabel jesigu xi rispett min-naha tal-poplu. Min hu kittieb/poeta awtentiku m’ghandux ghalfejn jibza’ minn kittieba/poeti ohra ghaliex huwa originali u fid-dinja tal-originalita', fejn il-varjeta' tiddomina, hemm post ghal kulhadd. Imbaghad iz-zmien huwa l-aqwa mhallef li jiddeçiedi minn hu tassew awtentiku, ghax imnebbah, u min mhux.

6. X’tahseb dwar l-importanza tal-Istorja f’rabta mal-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa, imma anki f’rabta mad-dhul kontinwu f’pajjizna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq?

L-istorja ta’ pajjizna l-hin kollu tinbidel, jew ahjar tkompli tinbena mal-medda tas-snin. L-importanti li nibzghu ghall-identita' taghna ghax jekk ma nibzghux ghaliha ahna, hadd m’hu se jibzghalna ghaliha. Jehtigilna nghixu r-realta' ta’ gzira kbira fl-istorja, izda limitata fid-daqs li ma tistax terfa' pizijiet hafna ikbar milli tiflah. Jekk inkunu rrispettati ta’ li ahna, u nahseb li dan irridu nahdmu kontinwament ghalih, inkunu nistghu naghtu l-kontribut validu taghna ghal ghixien ahjar u mhux biss f’dan il-kontinent.

7. Inti tikteb kemm rumanzi kif ukoll poezija. Ghandek xi progetti letterarji godda ghall-gejjieni?

Il-poeziji qatt ma nippjanahom. Jigu ghal gharrieda bhal berqa u sakemm niktibha, poezija ma thallinix bi kwieti. Jekk imbaghad, minhabba xi esigenzi ohra, ninjoraha tassew, nitlifha u x’aktarx li qatt ma jerga' jigini n-nebh taghha. Rigward ir-rumanzi, inkun nehtieg hafna hin fuq medda twila ta’ xhur. Biex nikteb rumanz gieli hadt bejn sena u erba' snin. Billi bhalissa mhabbta hafna fil-qasam xjentifiku, fil-prezent m’ghandix progetti mmedjati ta’ kitba ta’ proza, izda ghandi kemm-il idea tberren f’mohhi ghal meta xi darba nsib ic-cans.

Is-siluwett tieghek

Siluwett ta’ sigra kbira
iswed, majestuz, sieket…
fl-isfond
ix-xemx tizreg
f’ghodwa sajfija.

Siluwett ta’ hsibijieti
tqal u mghagglin…
fl-isfond
in-nisga ta’ hajti
mrikkba fuq iz-zmien miftum
mill-istaguni.

U f’dawn is-siluwetti
msensel ma’ kull liwja taghhom
is-siluwett tieghek, mahbub
f’mohhi.


Rena Balzan

Intervistat Tony C. Cutajar

1. Naf li inti tħobb tikteb ħafna għall-ġenerazzjoni żagħżugħa. Xi tgħid dwar dan u x’feedback ikollok min-naħa tagħhom?

Kemm domt għalliem u anke meta kont librar kien ikun hemm ħafna tgergir mill-istudenti tas-Sekondarja li ftit kien hemm kotba bil-Malti għalihom. U kellhom raġun. Għalhekk meta 12-il sena ilu spiċċajt minn għalliem u ħriġt bil-pensjoni ddeċidejt li nibda nikteb speċifikament għaż-żgħażagħ. Mill-kuntatti li jkolli meta nkun mistieden biex nitkellem fl-iskejjel nara li l-kotba tiegħi qed jinqraw minn numru mhux kbir ta’ studenti. Għad hemm nuqqas ta’ interess u mpenn fil-qari tal-kotba bil-Malti mill-istudenti kbar. Min jieħu ħsieb il-kurrikulu tal-iskola għandu jisħaqq bil-kbir biex iħajjarhom jaqraw kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti.


2. Semmi xi xogħlijiet tiegħek li huma l-aktar għal qalbek. Għaliex?


L-iktar ktieb li ħareġ minn qalbi u li kien hemm bżonnu kien Il-Misteru tar-Rotunda (2003) li jittratta dwar l-esperjenzi tal-aħħar gwerra. Dan huwa l-ewwel ktieb dwar dan is-suġġett li qatt inkiteb għat-tfal u ż-żgħażagħ. Iltqajt ma’ kbar li qaluli kemm ħadu gost jaqrawh għax ftit li xejn kienu jafu dwar minn xiex għaddejna fl-aħħar gwerra. Kollu Tort tan-Nannu (2001) jista’ jissejjaħ awtobijografiku għax fih espriment il-beżgħat tiegħi. Il-Misteru tar-Razzett ta’ Xindi (2002) għal qalbi wkoll għax fih l-istorja tal-qlubija tal-Maltin fi żmien il-Franċiżi. L-aħħar ktieb tiegħi, Aħwa bla ma Jafu (2009), naħseb li fih l-aħjar storja li qatt ktibt s’issa.


3. Taqbel li l-kitba kreattiva għandha wkoll tkun impenjattiva, fis-sens li tistiednek tirrifletti dwar bosta ħwejjeġ importanti, mhux biss divertenti? Kif tirrikonċilja dan mal-kitba għaż-żgħażagħ?


Il-kitba tiegħi hija dejjem impenjattiva għax kważi dejjem mibnija fuq l-istorja, speċjalment ta’ Malta. U biex tikteb fuq l-istorja trid tagħmel ir-riċerka meħtieġa. B’hekk jien inkun qed ngħallem liż-żgħażagħ b’mod indirett dwar perjodi tal-istorja ta’ Malta għax nemmen fis-sħiħ dak li jgħid l-istoriku Grieg Thucydides li l-istorja hija filosofija mgħallma fuq l-eżempji.


4. X’taħseb dwar l-importanza tal-Istorja f’rabta mal-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa, imma anki f’rabta mad-dħul f’pajjiżna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq? Qatt ktibt dwar dan fix-xogħlijiet tiegħek?


Biex nerġa’ nikkwota, u din id-darba b’mod iktar adatt u opportun, darba l-poeta Ingliż Stephen Spender qal li l-istorja hija vapur li jġorr memorji ħajjin lejn il-ġejjieni. Aħwa bla ma Jafu huwa mibni fuq is-suġġett tal-miżerja tal-iskjavi Afrikani fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann. L-istorja reġgħet qed tirrepeti ruħha llum bi ftit differenzi. Lest għall-pubblikazzjoni għandi manuskritt jismu Il-Lewn tal-Ġilda li jitkellem eżatt dwar dan il-fenominu u dwar ir-razziżmu modern. Nispera li nsib min jippubblikahuli.


5. Kemm huma importanti l-kuntatti ma’ kittieba barranin għal min jikteb? Kif u kemm għenuk l-esperjenzi li kellek barra minn Malta fil-kitbiet u fix-xogħol kreattiv tiegħek?


L-ikbar kuntatti li għandi ma’ kittieba barranin huma permezz tal-qari tal-kotba tagħhom. L-esperjenzi li kelli f’ħajti matul il-ħafna snin li qattajt barra swewli biex ħloqt ambjenti differenti fil-kotba tiegħi. Ħafna mill-avventuri f’dawn il-kotba ġraw fil-verità. Naturalment ma jistax jonqos li l-immaġinazzjoni jkollha fejn timraħ biex tkompli żżejjen l-istorja.


6. Il-kuntatt tiegħek mal-iskejjel. Xi tgħid dwar dan? X’jista’ jinbidel għall-aħjar f’dan il-qasam?


Jiena spiss inkun mistieden biex nitkellem dwar il-kotba tiegħi u dwar l-imħabba tal-Malti mal-istudenti fi skejjel differenti. Dawn huma okkażjonijiet ta’ fejda li jtejbu u jkabbru l-esperjenzi tal-istudenti. Mill-mistoqsijiet li jsaqsu tara kemm hemm min hu ħerqan li jitgħallem u anke li jibda jikteb. Nisħaq li dawn il-kuntatti mal-awturi m’għandhomx ikunu biss ta’ darba fis-sena. Jiena għadni niftakar tajjeb il-laqgħat li fl-iskola kien ikollna ma’ nies bħal Erin Serracino Inglott, Dun Frans Camilleri u Ġużè Aquilina.


7. Aħwa bla ma jafu huwa l-50 ktieb tiegħek. X’sodisfazzjon jagħtik dan kollu u xi proġetti għandek għall-futur qrib?


L-ikbar sodisfazzjon tiegħi hu li niltaqa’ ma’ tfal u anke ma’ kbar li jgħiduli li ħadu pjaċir jaqraw xi kotba minn tiegħi. Sodisfazzjon ieħor hu li nsib pubblikaturi lesti li joħorġu l-kotba tiegħi, anke jekk kultant jaqlugħlek qalbek sakemm il-ktieb jitfaċċa fuq l-ixkafef. Fil-preżent għandi tliet kotba għand pubblikaturi differenti u fil-kompjuter hemm jistennew erba’ kotba oħra. U bħalissa qed naħdem fuq storja oħra mibnija fuq perjodu traġiku fl-istorja ta’ Malta.


8. L-esperjenza tiegħek fil-qasam tar-radju u tat-televiżjoni. Xi tgħid dwar dan? F’liema qasam kellek l-akbar soddisfazzjon: tagħlim, kitba, televiżjoni jew radju? Għaliex?


Kien żmien sabiħ u interessanti li 35 sena ilu wassalni biex nibda nikteb. Għall-ewwel xogħli kien li nipprepara skripts għall-programmi tal-iskejjel fuq it-TV u r-radju, imbagħad bdejt nikteb u nippreżenta r-radjudrammi tiegħi stess u anke kelli għadd ta’ programmi tiegħi. F’kull qasam sibt sodisfazzjon kbir għax għalija l-erbgħa li huma huma marbutin flimkien. L-għalliem jibqa’ dejjem għalliem, għalkemm fil-kitba nipprova nkun iktar sottili ħalli ma ndejjaqx lill-qarrej.


9. Il-kittieb jixtieq ir-rispett min-naħa tal-poplu. Imma qabelxejn dar-rispett għandu jiġi mill-istess kittieba kollegi tiegħu. Kif tirreaġixxi għal dan?


Inħoss li aħna l-kittieba għandna rispett kbir lejn xulxin għax nafu minn xiex irridu ngħaddu biex jirnexxielna naslu li niktbu u noħorġu ktieb. Jiena nixtieq nara iktar rispett u stima minn ċerti pubblikaturi li mhux dejjem jifhmuna jew jgħinuna biżżejjed f’dan l-mestier. Irridu għajnuna wkoll mill-awtoritajiet kompetenti li jxerrdu l-kitba tagħna kull fejn hemm il-Maltin, b’mod speċjali f’artijiet imbiegħda bħall-Awstralja fejn hemm għatx kbir għal dak kollu li huwa Malti.

Friday, July 17, 2009

Joe Saliba mill-Awstrajla u l-blog gdida tieghu


Hija inizzjattiva sabiha hafna dik tal-kittieb u poeta Joe Saliba mill-Awstralja li ghadu kemm fetah blog gdida marbuta mal-letteratura.
Min huwa interessat jista' jaraha f'dan l-indirizze:
Minn hawn nifrah lil Joe Saliba u nselli ghall-kittieba Maltin li hemm fl-Awstralja filwaqt li nawguralhom xitwa tajba u ispirazzjoni.

Intervistat Dr. Alfred Sant

1. X’tahseb dwar l-importanza li l-kittieb isemma lehnu rigward il-qirda tal-ambjent naturali, l-ingustizzja socjali u nuqqasijiet ohra bhal dawn?

Kittieb jaghti xhieda tal-hajja kif tinghex madwaru, f’pajjizu u barra. Jekk hu kittieb ta’ letteratura kreattiva, mhux qed jikteb biex isemma lehnu dwar din jew dik il-haga imma biex permezz tal-holqien tieghu jaghti din ix-xhieda. Fuq kollox imma, bhala rumanzier jew kittieb ta’ stejjer qosra, irid jiddeverti billi jipprezenta rakkont li jinteressa lill-qarrej. Jekk meta qed jaghmel dan kollu, kittieb isemma wkoll lehnu dwar il-materji importanti li semmejt int, ghaliex le? Inghidu ahna, f’“L-Ghalqa tal-Iskarjota”, l-ahhar rumanz li hrigt, l-intricc idur ukoll dwar il-wirt storiku kbir ta’ monumenti qodma li ghandna f’pajjizna u li bil-kemm naghtu kashom jew nafu bihom.

2. X’tifhem b’involviment politiku min-naha tal-kittieb? Ghandu l-kittieb jghaddi l-hsieb politiku tieghu lil min imexxi lil pajjizna permezz tal-kitba tieghu?

Kittieb hu cittadin bhal kull persuna ohra u ghandu t-twemmin politiku tieghu (jew taghha) li jista’ jissarraf f’involviment politiku u jista’ le. Bhala cittadin, zgur li kittieb ghandu jwassal lehnu lill-mexxejja tal-pajjiz, skont kif ihoss li dan ikun l-ahjar. Min-naha l-ohra, bhala kittieb ta’ letteratura kreattiva, irid joqghod attent li ma jhallix il-kitba letterarja tinhass mill-qarrej bhala semplici ghodda ta’ hidma politika jew bhala xi priedka politika. Certament, jista’ jigri li ghax kittieb qieghed jaghti xhieda tar-realtà li ddawru, il-kitba tieghu tiffoka fuq id-dimensjoni politika tal-hajja li nghixu. Sakemm jirrispetta r-regola tad-deheb li b’li jikteb irid jipprovdi divertiment lill-qarrej, jista’ jigri li l-kittieb juza l-kitba tieghu biex iwassal messagg lid-dirigenti tal-pajjiz minghajr ma jitbieghed mill-funzjoni tieghu bhala kittieb. M’hemm xejn ta’ barra minn hawn f’hekk.

3. Rigward l-involviment “politiku” (anki fis-sens wiesa’) tal-kittieb, tahseb li dan isir ahjar u hu iktar effettiv permezz tal-proza, tad-drama jew tal-poezija?

Ma narax li hemm xi rabta bejn il-forom ta’ kitba u kontenut li jaghti xhieda ta’ impenn politiku, jew kontenut li jitkellem dwar natura, kondizzjonijiet socjali, fantaxjenza, insomma kollox. Proza, teatru jew poezija jistghu kollha jakkomodaw bla problema kull xorta ta’ lemha kreattiva, fl-aspetti differenti ta’ xhieda u ta’ impenn li jigu maghha. Jiddependi mbaghad mill-kittieb kemm se jirnexxielu bil-kontenut tieghu, johloq xoghol li jkun artistikament validu. Per ezempju, f’ “L-Ghalqa tal-Iskarjota” it-tema ttrattata hi wahda ta’ wahx, ta’ biza’ jew orrur. Hu rumanz imma l-istess tema setghet issarrfet ghal min ghandu dil-hila bhala kittieb, f’poezija jew dramm.

4. X’tip ta’ feedback ikollok ghad-drammi tieghek u anki ghal rumanzi bhal Silg fuq Kemmuna, La Bidu, La Tmiem u L-Ghalqa tal-Iskarjota min-naha tal-qarrej medju?

Dejjem nibqa’ sorpriz b’kemm dak li int qed issejjahlu qarrej medju jiehu gost meta jigu f’idejh xoghlijiet li jimpenjawh. Dan l-ahhar aktar sahhaht din l-impressjoni bil-laqgha li r-rumanz “L-Ghalqa tal-Iskarjota” kellu mill-pubbliku, meta qarrejja li ma nafx minn Adam, gew spontanjament ikellmuni fuq l-intricc tar-rumanz u t-tifsira tieghu llum. Fhimt minn hekk li r-rakkont ghogobhom u kienu ddevertew bih, u li pprovaw isibu fih tifsiriet aktar wiesgha minn dawk li fil-fatt forsi ghandu, bhala rumanz “tal-wahx”. Min-naha l-ohra, fil-kaz ta’ “Silg fuq Kemmuna” u “La Bidu, La Tmiem”, zewg rumanzi twal hafna bl-istendards ta’ Malta, kelli reazzjoni minn xi qarrejja li bellhitni. Wara li spiccaw il-qari ta’ dawn iz-zewg rumanzi “bla tmiem”, gew jghiduli kif malli spiccaw jaqraw, bhal xtaqu li r-rakkont ikompli...

5. Kieku kellek taghzel triq wahda biss minn dawn it-tnejn ( dik politika u dik tal-kitba kreattiva) liema tiehu?

Fil-hajja l-ghazliet ma jsirux b’dal-mod. Naf li jien u ohrajn qatt ma kellna ghalfejn u mhux se jkollna ghalfejn fiz-zmien li gej, naghmlu ghazla bhal dik li qed issemmi int. U allura kieku kelli naghzel triq wahda biss, xorta naghzel it-tnejn.

6. Il-kittieb jixtieq ir-rispett min-naha tal-poplu. Imma qabel xejn dar-rispett ghandu jigi mill-istess kittieba kollegi tieghu. Kif tirreagixxi ghal dan?

Naraha bhala haga minn ewl id-dinja li rabtiet professjonali bejn kollegi jridu jkunu msejsa fuq ir-rispett reciproku, is-solidarjetà professjonali u l-kordjalità fl-imgiba.

7. X’tahseb dwar l-importanza tal-Istorja f’rabta mal-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa, imma anki f’rabta mad-dhul f’pajjizna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq?

Mill-istorja (history) nitghallmu fost hwejjeg ohra dwar kif il-komunitajiet li ghexu fil-gzejjer ta’ Malta u Ghawdex irnexxielhom jew le matul is-sekli isawru hajja li kienet sabiha u tajba, u kif bnew matul is-sekli identità li kienet taghhom. Illum ghandna l-isfida ta’ kif waqt li ninsabu parti mill-Unjoni Ewropea, se nharsu u nseddqu l-identità taghna, u dan lil hinn milli nitfarrgu ghax uhud minna jaqilghu l-ghajxien taghhom billi jittraducu t-testi legali u amministrattivi tal-Unjoni ghall-Malti. Imbaghad ghandna l-isfida li ma nispiccawx la xenofobici u lanqas imrekkna f’darna stess mill-wasla fostna ta’ gemghat li m’ghandhomx l-istil ta’ hajja taghna. L-imghoddi ghandu hafna xi jghidilna dwar kif sfidi bhal dawn jistghu jintlaqghu. F’ “L-Ghalqa tal-Iskarjota” insibu li grajjiet li qed jigru llum huma inflwenzati minn dak li gara mija u tletin sena ilu, meta zaghzugh li hadem il-parti ta’ Guda l-Iskarjota f’pageant tal-Gimgha l-Kbira l-ghada mar jitghallaq fil-ghalqa. L-istess grajjiet tar-rumanz huma influwenzati minn x’gara fil-ghalqa mat-tliet elef sena ilu, meta mercenarju avventurier mill-Egittu, certu Potu-Ra, gie moghti l-forka fl-ghalqa wara li ttradixxa lill-Punici li mpjegawh biex jinvadi c-centru tal-Mediterran. Dawn il-grajjiet hallew il-marka taghhom li ghadha hajja sal-lum...

8. L-ahhar frott mill-pinna tieghek, ir-rumanz L-ghalqa tal-Iskarjota (2009). Liema huma t-temi ewlenin f’xoghol bhal dan? Ghal min kien intiz rumanz bhal dan? Temmen li ghal bosta se jkun xoghol li ma jinftihemx?

“L-Ghalqa tal-Iskarjota” ifittex li joffri divertiment b’rakkont tal-wahx li fl-istess hin hu kummiedja. Jitkellem dwar il-hajja ta’ zminijietna u dwar kif il-medja jinfluwenzaw hajjitna, u dwar elf haga ohra... Barra r-rahal minsi u abbandunat ta’ Hal-Znuber hemm ghalqa li ggorr is-sahta ta’ sekli twal. Grupp ta’ gurnalisti televizivi jidhlu biex jinvestigaw x’jigri fiha ghall-programm popolari hafna taghhom. U l-wahx tal-ghalqa li gej mill-qedem, minn zmien il-Punici, jaqbad maghhom, b’konsegwenzi tal-biza’. Matul ir-rumanz, insegwu ghal atti tal-akbar kuragg u kefrija, nassistu ghal zviluppi ta’ qtigh il-qalb u ta’ ferh... insomma dak kollu li jfittex qarrej f’rumanz, specjalment jekk lest jitwahhax waqt li jibqa’ jiddeverti u jitbissem.

Wednesday, July 15, 2009

Intervistat Alfred Massa

1. X’tahseb dwar l-importanza li l-kittieb/poeta jsemma lehnu rigward il-qirda tal-ambjent naturali?

Il-kelma qirda minnha nnifisha hija negattiva. Mela ma tistax taqbel maghha; u l-kittieb/poeta izjed u izjed ghax hu meqjus bhala lehen is-socjeta`.
Anzi, in-Nisrani ghandu japprezza aktar gmiel in-natura kif jistqarr Anton Buttigieg fil-poezija tieghu Il-Holma t’Alla.
Jiena nemmen li kull kittieb ghandu dmir sagrosant biex jiddefendi bil-pinna tieghu l-ambjent naturali. Fil-fatt niehu gost ninnota li bosta kittieba ghamlu u ghadhom jaghmlu dan.
B’danakollu, kultant bla ma trid donnok tigi bejn haltejn meta tistaqsi lilek innifsek: X’ghandu jigi l-ewwel, il-bniedem jew l-ambjent? Fis-sens li ghandna nhallu nies bla dar biex ma neliminawx post rurali?
Jiena nahseb li wiehed ghandu jzomm bilanc, specjalment f’pajjiz zghir bhal taghna.


2. X’tifhem b’involviment politiku min-naha tal-kittieb/poeta? Ghandu kittieb/poeta jghaddi l-hsieb politiku tieghu lil min imexxi lil pajjizna permezz ta’ vrusu/il-kitba tieghu?


Iva. Ftit ilu fil-Messagg tieghi bhala President tal-Ghaqda Poeti Maltin ghal Jum il-Poezija ikkwotajt dak li darba qal Alfred Sant, kittieb u politiku maghruf sewwa fostna. Naqbel ma’ Sant li hu dmir tal-kittieb li jsemma’ lehnu biex iwassal messagg/i lill-mexxejja tal-pajjiz.
Kittieba barranin tawna ezempju ta’ dan. Insemmi lis-Sovjetiku, Alexandre Solzhenitsyn u lic-Cilen, Pablo Neruda. Dawn kienu lesti jaccettaw l-ezilju biex jiddefendu l-liberta` ta’ pajjizhom. Bhalhom ghamlu ohrajn.
Li ma naqbelx hu, li kittieb ikun partigjan fil-kritika tieghu.


3. Rigward l-involviment “politiku” (anki f’sens wiesa’) tal-kittieb, tahseb li dan isir ahjar u hu iktar effettiv permezz tal-proza jew tal-poezija?


Ma narax differenza. Kemm il-proza kif ukoll il-poezija jistghu jwasslu l-istess messagg b’modi differenti. Fil-fehma tieghi, it-tnejn ghandhom is-siwi partikolari taghhom.


4. Semmi aspett kurrenti li jolqtok u jgaghlek tikteb illum?


Jiena nemmen li l-kittieb ghandu juza l-pinna tieghu biex iwassal messagg/i lill-qarrejja. Importanti pero` li kull messagg ikun wiehed pozittiv, inkella ma jkun jiswa xejn u bhal Solzhenitsyn nghidlek, li jekk il-kitba ma tkunx hekk, allura tkun tajba biss ghal-landa taz-zibel.
Meta jiena nigi biex nikteb sew jekk poezija, novella, artiklu jew sahasitra rumanz, dejjem inzomm dan quddiem ghajnejja. Mhux li nkun didattiku zzejjed, tifhimnix hazin, imma nipprova nqanqal lill-qarrej biex jahseb dwar dak li jkun qed jaqra, imbaghad jasal ghall-konkluzjonijiet tieghu.
Per ezempju, bhalissa l-aktar suggett li nhossu attwali huwa l-familja u maghha nzid il-qawwa tal-valuri li bhala poplu ahna l-Maltin dejjem ghozzejna u li dizgrazzjatament uhud minna qeghdin jarmuhom u jghaffguhom taht saqajhom bla ma jahsbu dwar il-konsegwenzi li dan ghad ihalli fuq il-generazzjonijiet futuri.


5. Il-kittieb/poeta jixtieq ir-rispett min-naha tal-poplu. Imma qabelxejn dar-rispett ghandu jigi mill-istess kittieba/poeti kollegi tieghu. Kif tirreagixxi ghal dan?


Naqbel mieghek perfettament. Izda f’pajjiz zghir bhal Malta wiehed jistenna li se jsib lil min jirraguna li mors tua, vita mea. Jekk dan hux sewwa hija hag’ohra.
Iva, kultant tiltaqa’ ma’ whud li jzommu ruhhom lura milli jghinu lill-kollegi taghhom. Mhux biss, imma certi kritici tarahom ifittxu x-xaghra fl-ghagina biex jikxfu n-nuqqasijiet flok ma jipprovaw ikunu kostruttivi fil-kritika taghhom. Mhux ta’ b’xejn xi hadd darba kiteb li l-kritici huma kittieba falluti.
Anzi l-kittieb Taljan, Luigi Marbello f’intervista li kienet saritlu fuq l-istazzjon televiziv 2000 stqarr li "Il-kittieb m’ghandu qatt jaghmilha ta’ kritiku. Mhix haga gusta li kittieb jiggudika kittieb iehor." (29.08.2005).
Il-gustizzja m’hawnx isbah minnha. Kultant wiehed ihares lejn il-kittieb qabel jaqra xoghlijietu. L-istess jaghmlu certi kritici. Lil dawk li ghandhom grazzja maghhom arahom jincensawhom u lil min ghal xi raguni ma jinzlilhomx jarmulu xoghlijietu. Dan mhux sewwa.
Imbaghad hemm il-kwestjoni tal-klikek li tant ktibt dwarha li miniex ser nirrepeti ruhi. Kulmin isegwini jaf tajjeb kif nahsibha dwarhom.
Fl-ahharnett ejja nkunu realistici u nammettu dak li darba stqarr il-gurnalist Roberto Giodano fil-programm televiziv fuq “Peste e Corna”: "Id-dinja dejjem harset bhala nies kbar lill-artisti tac-cinema u lil hadd aktar." (24.03.2005).


6. X’tahseb dwar l-importanza tal-istorja f’rabta mal-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa, imma anki f’rabta mad-dhul kontinwu f’pajjizna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq?


L-istorja ta’ Malta ma tistax tifridha minn dik Ewropea; ghax Malta hi parti mill-Ewropa. Ghalhekk tajjeb li kittieb jaghti importanza xierqa lill-istorja f’dan il-kuntest.
Nghid ghalija fir-rumanzi tieghi spiss inhobb naghti pinzellati storici. Dan barra milli ghandi zewg rumanzi li jaqghu purament f’din il-kategorija ta’ letteratura: L-Istar tal-Imghoddi u Rahal Maqbud f’Tempesta. Tal-ewwel jittratta dwar l-invazjoni Russa fic-Cekoslovakkja u l-iehor dwar il-qaghda f’rahal partikolari Malti fis-seklu 18.
Ir-rumanz storiku barra milli jirrikjiedi ricerka serja biex iwassal il-verita` ta’ dak li jkun gara, ir-rumanzier fil-kummenti tieghu irid ikun gust mal-istorja nfisha filwaqt li jzomm bilanc bejnha u bejn il-grajja fittizja.
Il-kwestoni tal-immigranti irregolari nistqarr li nhares lejha u nxebbahha ma’ qarnita b’hafna saqajn. Mhux facli tikkummenta bla pregudizzju dwar din il-problema; anki jekk hawn min qed jissuspetta li ghada pitghada dawn ghad jistghu jiehdu helu helu l-Ewropa taht idejhom. Imma jekk allahares qatt dan isehh ikun htija taghna l-Ewropej.


7. Inti tikteb kemm rumanzi kif ukoll poezija. Ghandek xi progetti letterarji godda ghall-gejjieni?


Il-kittieb ma jieqaf jikteb qatt. Il-mewt biss izzommu. Ghalhekk progetti jkollu dejjem; imma kemm minn dawn isiru realta` hemm diversi fatturi li jistghu jghinu u li jistghu jfixklu. Jiena ninsab f’din il-qaghda.

Tuesday, July 14, 2009

Intervistat Lino Spiteri



1. X’tahseb dwar l-importanza li l-kittieb isemma lehnu rigward il-qirda tal-ambjent naturali, l-ingustizzja socjali u nuqqasijiet ohra bhal dawn?

Nahseb li hu importanti li jaghmel dan. Kemm bhala cittadin. Kif ukoll tematikament bhala kittieb, izda b’attenzjoni halli ma jkunx balalment didattiku.

2. X’tifhem b’involviment politiku min-naha tal-kittieb? Ghandu l-kittieb jghaddi l-hsieb politiku tieghu lil min imexxi lil pajjizna permezz tal-kitba tieghu?

Iva, b’tematika meqjusa. Jien ippruvajt naghmel dan bin-novella “Nemes” fil-ktieb Hala taz-Zghozija.

3. Rigward l-involviment “politiku” (anki fis-sens wiesa’) tal-kittieb, tahseb li dan isir ahjar u hu iktar effettiv permezz tal-proza, tad-drama jew tal-poezija?

Mhix kwistjoni ta’ ahjar. L-aqwa li jsir b’mod effettiv.

4. Liema huwa l-ikbar feedback li jkollok min-naha tal-pubbliku medju, dak ghall-kitbiet tieghek fil-gurnali jew dak marbut mal-kitba kreattiva tieghek? Ghaliex tahseb isehh dan?

Mill-gurnali, billli nikteb diversi artikli fil-gimgha. Izda dwar il-kitba letterarja jkolli wkoll.

5. Liema triq taghtek l-ikbar sodisfazzjon, dik bhala politiku jew dik bhala kittieb?

Bla dubju, bhala kittieb.

6. Il-kittieb jixtieq ir-rispett min-naha tal-poplu. Imma qabelxejn dar-rispett ghandu jigi mill-istess kittieba kollegi tieghu. Kif tirreagixxi ghal dan?

Nemmen li r-rispett irid jigi qabel xejn minnu nnifsu. Jekk il-kittieb jemmen f’dak li jikteb, diga’ tluq qawwi.

7. X’tahseb dwar l-importanza tal-Istorja f’rabta mal-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa, imma anki f’rabta mad-dhul f’pajjizna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq?

Storikament id-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea hi grajja ewlenija Grajja ta’ darba b’konsegwenzi dejjiema. Izda ma nghidx li toffri materjal immedjat ghall-kitba. It-tragedja ta’ l-immigranti irregolari hi esperjenza storika fiha nnifisha u fiha grajjiet umani li jista’ jkollha sehem f’kitba mahsuba sewwa.

8. Semmi wiehed mill-aspetti ewlenin li qed tikteb dwaru dan l-ahhar.

Bhala kittieb letterarju, ilni ma nikteb. Qisni nxift. Fil-gurnali nikteb dwar grajjiet attwali li jkunu jsehhu, izda gieli nikteb ukoll dwar hsibijiet politici u universali, bhad-Demokrazija, il-Helsien u l-Ugwaljanza.

9. Progetti ghall-futur fejn tidhol kitba kreattiva?

Xejn bhalissa. Nixtieq hafna li l-Muza terga’ zzurni halli nikteb imqar gabra wahda ohra ta’ novelli. Izda, abbandunatni, u z-zmien gmielu ghaddej...


Fil-Ħlewwa ta’ Mejju

Mulej,
is-susa li bdiet tnawwar fija
mill-waqt li fih twelidt
xi darba tagħmel tagħha
u twettaq l’amart int.
It-tmiem ma jbeżżagħnix,
Mulej; nitolbok iżda,
agħtini din:
ħallih isibni f’Mejju…

Ħallini niġi ħdejk
bil-fwieħa tal-ward f’qalbi,
f’għajnejja d-deheb tal-qamħ,
fuq wiċċi ż-żiffa mielsa,
u f’ruħi s-sliem ta’ l-għana
ta’ Karmnu lil Marija.
F’Mejju, Mulej,
nagħrfek aktar malajr.


In the Sweet Month of May

Lord,
the rot that started within me
from the moment of my birth
will have its way eventually
and bring to pass what you ordained.
The end does not frighten me,
Lord, but I ask of you
let it find me in May…

Let me come to you
with the fragrance of flowers in my heart,
the gold of the corn in my eyes,
on my face the soft breeze,
and in my heart the serenity
of the poet’s hymn to the Virgin.
In May, Lord,
it will be easier for me to find you.


Lino Spiteri

Monday, July 13, 2009

Intervistat Charles B. Spiteri

1. Xi tghid dwar ir-rabta tieghek mal-kitba fil-gurnali? Dwar xiex ktibt matul il-karriera tieghek?




Ir-rabta tieghi mal-gurnali tmur lura ghall-1964, meta mill-iskola bdejt nahdem mal-Allied Malta Newspapers Ltd, b’intervista personali ma’ Miss Mabel Strickland. Bdejt nahdem bhala proofreader u aktar tard bhala Features Sub-Editor. Dak iz-zmien, il-qari tal-provi konna naghmluh tnejn min-nies, wiehed izomm l-original u l-iehor il-prova. B’hekk konna nnaqqsu ferm l-izbalji fil-kontenut.
Fid-dipartiment tal-Features, l-artikli kienu jigu minn barra permezz ta’ Reuters u ahna ncekknu minnhom biex naghlqu pagna, jew nofs jew kolonna – skont il-htiega.
Minn hemm nghaqadt ma’ In-Nazzjon Taghna bhala qarrej tal-provi f’xift minn wara nofsinhar sa tard filghaxija u bqajt hekk sa ma mort Il-Hajja, fejn bdejt nahdem bhala reporter tal-Qorti. Permezz tal-kuntatti li kont naghmel ta’ kuljum fi Triq Repubblika (u l-aktar mas-Sur Joe Xuereb tat-Tip Top, qrib il-bini tal-Qorti) ma domtx ma sirt Advertising Manager ta’ Il-Hajja.
Tlaqt minn hemm fl-1974 u rgajt inghaqadt ma’ In-Nazzjon Taghna bhala Sub Night Editor. Wara tista’ tghid li bdejt indur id-dipartimenti kollha. Meta kont fid-dipartiment tal-Features, ktibt l-ewwel 20 sensiela tat-Tifkiriet tal-Imghoddi, li tant gibdu l-attenzjoni tal-qarrejja, li Dr Joseph Cassar, direttur, qataghha li jigborhom fi ktieb mahrug mill-Istamperija. Dan il-ktieb tant intlaqa’ tajjeb, l-aktar mill-istudenti li jkunu qed jaghmlu xi progett folkloristiku, li s’issa hargu hames edizzjonijiet tieghu, l-ahhar wiehed b’zieda ta’ ghaxar artikli.
Minn dak iz-zmien kelli diversi kitbiet fil-gurnali u gazzetti, l-aktar meta kont Deputat Editur ta’ il-Mument, fejn flimkien ma’ Mario Azzopardi kont inkarigat minn Spektrum u aktar tard minn Fokus. Kienu artikli varji fuq aspetti differenti.
Fl-istess zminijiet kont intella’ regolarment kull gimgha r-rokna tat-Tfal, ir-rubrika Kalejdoskopju, fejn deputati tal-Gvern u ohrajn mill-Oppozizzjoni kienu jwiegbu ghall-istess mistoqsijiet, u kelli s-sensiela popolari Tifkiriet tal-Gwerra, minn individwi li jiftakruha tibda, issehh u tintemm, li suppost, skont id-direzzjoni tal-PIN kellhom jingabru fi ktieb. Din il-holma ma rrealizzatx.
Meta tnehhejt mill-kariga ta’ Deputat Editur u rgajt sibt ruhi ma’ In-Nazzjon Taghna, bdejt sensiliet fuq is-Sahha u l-Kura tal-persuna, artikli fuq l-annimali bhala pets, artikli finanzjarji u fuq il-gardinagg. Meta dawn twaqqfu, bdejt is-sensiela popolari Kittieba ta’ Zmienna – mhux mil-lat akkademiku izda mil-laqta personali. Gbart xejn inqas minn 41 kittieb u kittieba kontemporanji.
Fl-istess waqt bdejt sensiela ohra bit-tema Iccelebrajna, fejn il-protagonisti jkunu koppji li ilhom snin maghqudin f’hajja ta’ mhabba. Hlomt b’din is-sensiela biex ’il quddiem it-tfal u t-tfal tat-tfal ikollhom xhieda li l-imhabba taz-zwieg qatt ma kienet rabta coff bhalma hi f’dawn iz-zminijiet, izda rabta ghoqda fuq ghoqda, minn sena ghall-ohra.

2. Charles B. Spiteri jikteb poeziji jew xi tip ta' kitba kreattiva ohra?

Inhobb fuq kollox il-poezija. Ghalkemm qajla ppubblikajt minnhom, nista’ nghid li l-ewwel poezija tieghi (li ghadha migbura mal-poeziji kollha li ktibt), iggib id-data tal-1964, meta mietet nannti, li trabbejt maghha. Minn dik is-sena ktibt ’il fuq minn mitt poezija.
Din il-kwalità ta’ kitba letterarja ma tafx hinijiet. L-imbierka muza la taf hidma u lanqas mistrieh. Thabbatlek bwieb qalbek (min ghandu aktar minn wiehed) u trid tkun pront tifthilha u tilqaghha. U darba taghmel dan tghaxxik bil-benna taghha.
Ghalkemm ktibt poeziji ta’ mhabba, aktar inhossni poeta tan-niket. Forsi ghax in-niket iqanqal, jirrabja u jasal jitlob is-sodisfazzjoni u l-haqq. Madankollu, fil-prezenza ta’ haddiehor, nahseb li s-sens poetiku jinsatar u jhallini nidher bniedem cajtier.

3. X'importanza ghandhom il-Pagni Letterarji llum skont Charles B. Spiteri?

Minn dejjem kont favur dawn il-pagni fil-gurnali u gazzetti Maltin. Jekk xejn iservu ta’ vetrina ghal dawk kollha li sal-lum ghadhom jiktbu. Bhala gurnalist nista’ nikkonferma li l-Maltin tal-lum ma jhobbux jiktbu. Darba, sa sibt tabib li tarrafli li jixtieq li kien kapaci jikteb kif nikteb jien, izda ma jafx. Nammetti dan kollu ghax illum qisu hadd ma fadallu hin ghalih innifsu, ahseb u ara kemm se joqghod bi kwietu jikteb. Din hi hasra kbira. Naraha wkoll meta xi hadd jiktibli biex jinkuraggini. L-ittra kollha tkun “Ghaziz Charles, Prosit tal-kitba tal-lum.” Hekk, kitba xotta daqs il-frawli!

4. X'tahseb li nistghu ntejbu fil-qasam tal-gurnalizmu lokali?

Nibki nahseb f’dan, tant kemm hemm x’wiehed jirranga! U jiddispjacini wkoll nahseb fil-baraxx ta’ kliem Ingliz li se jibda jinkiteb bil-Malti fil-gurnali u gazzetti Maltin! Povri studenti zghar li ghad iridu jigu f’halltejn kif tinkiteb kelma sewwa bl-Ingliz, fl-ezami tal-Ingliz, aktar ’il-quddiem! Per ezempju, ‘poster’ jew ‘powster’, ‘tissue’ jew ‘tixxju’! Dawn digà rajthom miktubin hekk fl-Isptar Mater Dei.
Nemmen li se jkollna taghsida aqwa minn dik li kont inhejji fit-terrazzin ta’ nannti ghat-tigieg u s-sriedak!
Hu minnu li llum, hafna mill-gurnalisti qed johorgu bi grad Universitarju. Izda hasra li mill-Università, il-maggoranza tal-gurnalisti mhumiex johorgu b’Malti tajjeb. Qeghdin jahsbu bl-Ingliz jittraducu f’mohhhom bil-Malti u jiktbu. Naf b’nies ohrajn bil-maqlub. Per ezempju darba, persuna universitarja qaltli “dawn things that run” – ghal dawn affarijiet li jigru.

5. Progetti tieghek fil-qasam tal-pubblikazzjoni fil-gejjieni vicin?

Bhalissa nhoss li hawn caqliqa ta’ ziffa helwa ghall-pubblikazzjonijiet. Ghandi diversi djar tal-pubblikazzjoni li offrew jippubblikawli xi xoghlijiet, fosthom Agius & Agius u BDL Publishing. Sa sentejn u nofs ohra nkun, kif jghidu bil-Malti ‘bil-pjazza’ u nispera li l-Mulej jippermettili aktar hin ghall-bosta affarijiet li nemmen li fadalli x’naghmel.
Nixtieq nemmen ukoll li Alla jibghatna fid-dinja bi pjan li rridu nattwaw, u li qabel ma nlestuh ma johodniex mieghu. Izda jekk dan hu minnu, jien fadalli bosta u bosta snin fuq din l-art. Kemm ili li bdejt ‘nimmatura’, certi hsibijiet ghall-kitba qishom bdew jiggeddu fija. U l-fatt li trabbejt ma’ nannti, ghandi seher specjali ghal kulma ghadda z-zmien minn fuqu.
Tabilhaqq nixtieq naghtik aktar taghrif fuq dan – izda nibza’ li nisfa kkupjat (bhal drabi ohra)!
Bla tlaqliq nghid li qrajt numru ta’ rumanzi storici sbieh u d-deskrizzjoni awtentika li sibt fir-rumanz fi tliet kotba Il-Misteri tal-Wardija, geghlitni nithajjar nittajpjah mill-gdid, ghax dnub li xoghol bhal dak jintesa ghax hadd ma ghadu jsib jakkwista dan ir-rumanz. Ghall-bidu l-PIN kienet se tidhol ghalih hi, izda t-tul tieghu qata’ l-qalb. Madankollu nemmen li l-ispirtu ta’ Arturo Caruana ghad jistrieh u jiehu l-glorja tieghu meta jinstab min ikun lest jippubblikah. Jien ma rrid ebda pregju ghalija. Sempliciment nimbotta u nghin kittieb, illum mejjet, jikseb il-gieh misthoqq, avolja wara dawn is-snin kollha.

6. Xi tghid dwar il-kontribut tieghek fil-qasam tar-radju?

Fit-30 ta’ Settembru, 1994, Richard Muscat, dak iz-zmien kap ta’ Radio 101, talabni naghti sehmi fl-istazzjon bil-qari tar-rumanzi. Minn dak iz-zmien, apparti l-appuntament tal-qari, kelli programmi li wkoll qanqlu interess. Fosthom insemmi t-tliet puntati ta’ Mad-daqq tas-sirena (intervisti fuq zmien il-gwerra), Mis-Swar ’il Gewwa, Wirt Gensna, Damma Civika u Timbri Maltin.

Omagg lill-Papa Wojtyla

Bl-Hosanna laqghetek id-dinja bi hgarha
Li fik missier iehor, stenniet li se tara.
Hrigt dritt, fuq tieghek, tistenna t-tislima,
lest bi tbissima, ha taghti taghlima.

Driegh Alla kien fl-ghazla biex int tkun mahtur
u gieh taghti ’l Pietru – tieghu successur.
Hdimt b’ghaqal ferm ghaqli, tassew kont mutur,
ghax minn jum il-hatra, fhimt sew il-futur!

Kont utli ghall-ghaqda, kont utli ghall-paci,
b’dik dehrtek ferhana, b’dik surtek vivaci.
Kont bniedem ghal waqtu, kont bniedem kapaci
li hdimt ghal haddiehor, u bqajt ferm tenaci.

U kbirt!

Warajk gbidt lill-poplu, lill-umanità,
biex fik tara bniedem – lill-kbir Santità.
Li b’mewga fuq ohra, wassalt f’realtà
il-kbir kalvarju… l-aghar krudeltà.

Haddant kull mistenni, mibghut mill-Mulej
ridt turi lill-bniedem li d-dinja m’hi xej.
Ma hrabtx mill-ostaklu, jew tlaqtu ghaddej,
ghax dik m’hix il-linja li xtaq il-Feddej.

Batejt!

U fik rajt Kristu iehor
imsallab bi pjagi moderni,
fejn xtaq ilissen “Bini l-ghatx…
u l-vuci ma tatux!”

Dak ismek ha tnaqqax, fil-qlub ta’ kulhadd
w minn fostna jintesa, ma jkun qatt u qatt.
Kont int li fuq artna gejt zortna darbtej’
Fil-passi ta’ Pawlu, kif xtaq il-Mulej.

Charles B. Spiteri (17 ta’ April 2005)

Sunday, July 12, 2009

Intervistat Mario Azzopardi


1. X’tahseb dwar l-importanza li l-kittieb/poeta jsemma lehnu rigward il-qirda tal-ambjent naturali?

Hu dmir tal-awturi li jitkellmu, mhux biss dwar il-qirda tal-ambjent, imma dwar dak kollu li jikkomprometti l-gustizzja u dak kollu li jikkorrompi u joqtol l-ispirtu. L-ambjent ghandu jkun mifhum f’dimensjoni wiesgha, ibda mill-isfregju fiziku tal-pajjiz u spicca fil-korruzzjoni ta’ valuri estetici jew kriterji ta’ gharfien kritiku. F’dan is-sens, nghidu ahna, il-korruzzjoni fil-media ghandha tkun miggielda bla heda. Qeghdin nghixu l-epoka tas-sensazzjonalizmu rhis u c-cinizmu tal-ispettaklu reality, fejn persuni vulnerabbli qed ikunu esposti ghall-beneficcju uniku tas-suq selvagg.

2. X’tifhem b’involviment politiku min-naha tal-kittieb/poeta? Ghandu l-kittieb/poeta jghaddi l-hsieb politiku tieghu lil min imexxi lil pajjizna permezz ta’ vrusu?

Il-kittieba m’ghandhomx jabbandunaw l-arena tad-diskors pubbliku. L-aqwa esponenti tal-letteratura internazzjonali jaghtu ezempju klassiku ta’ dan l-impenn. Ghandi f’mohhi lil Garcia Marquez, Dario Fo, Josè Saramago jew Harold Pinter, ilkoll rebbieha tan-Nobel. L-awturi jridu jkunu l-fanali u l-interlokuturi tal-poplu. Jekk ma jitkellmux, isiru irrelevanti u jisfaw ikkundannati biex ikunu “studjati” biss fl-iskejjel ghal ezamijiet formali u superficjali. Il-letteratura ghandha tkun bil-wisq aktar inciziva minn hekk u nqis li l-kittieb ghandu jaccetta r-responsabbiltà tal-lotta politika. Ghandu jgieghel lill-politiku jhossu skomdu u irritat fejn mehtieg.

3. Semmi aspett kurrenti li jolqtok u jgaghlek tikteb llum?

Lili jolqtuni hafna aspetti tal-hajja kwotidjana. U tolqotni l-ahbar barranija. Il-kitba hi attività tal-mument, imma r-ramifikazzjonijiet taghha jibqghu. L-isfida hi kif tikkompressa daqstant emozzjonijiet u ansjetajiet, u kif taghtihom legittimità wiesgha tant li jibqa’ jkollhom resonanza.
L-esperjenzi kollha ghandhom il-potenzjal li jkunu ttrasformati f’poezija jew f’generu iehor. In-natura essenzjali tal-kitba kreattiva ghandha x’taqsam mat-trasformazzjoni tas-sors/sustanza primarja u mbaghad, mal-konnettività mal-qarrejja. Jekk tfalli din il-fazi tal-ahhar, tkun falliet il-kitba. Tkun tilfet kull forza.

4. Il-kittieb/poeta jixtieq ir-rispett min-naha tal-poplu. Imma qabelxejn dar-rispett ghandu jigi mill-istess kittieba/poeti kollegi tieghu. Kif tirreagixxi ghal dan?

F'Malta dejjem kien hawn certi nicec letterarji u f'certi waqtiet storici l-awturi kienu nfirdu anki fuq il-medium lingwistiku. Ghandi f'mohhi, nghidu ahna, il-mod ta' kif kienu mifrudin il-letterati ta' zmien Dun Karm, bil-pro-Taljani fuq naha u dawk favur il-Malti fuq in-naha l-ohra. Kienet inholqot l-istess firda fis-snin Sittin, b'uhud bhal Guzè Aquilina jehduha kontra l-moviment tal-poezija l-gdida. L-aktar ezempju recenti ta' din il-firda letterarja, sehh sewwasew lejlet li Malta dahlet fl-Unjoni Ewropea bhala membru shih. Grupp sostanzjali ta' awturi Maltin hargu "halfa" kontra d-dhul ta' Malta fl-Unjoni, ghaliex sostnew li Malta kienet se titlef l-identità kulturali taghha. Ironikament, bid-dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, tqieghed fuq il-mappa Ewropea, ufficjalment, l-ilsien Malti, bi gzuz ta' zghazagz Maltin u anki awturi stabbiliti bhal Marshall u Calleja, isibu mpiegi tajbin bhala tradutturi ma' istituzzjonijiet Ewropej.

In-nuqqas ta' rispett lejn l-awturi hu wkoll sintomu tan-nuqqas ta' rispett li jezisti f'certi oqsma lejn il-lingwa indigena. Minhabba ragunijiet socjali, anki fl-università ghadek tiskandalizza ruhek tisma' tahlita assurda ta' Ingliz medjokri u Malti mkisser. Quddiem din is-sitwazzjoni, l-awturi lokali huma jew passivi inkella indiffrenti. Hu bhala ezempju l-kaz ta' meta gie f'Malta dan l-ahhar Roberto Benigni, biex jirrecita lil Dante. Benigni kien staqsa lill-udjenza jekk Dante qattx kien inqaleb bil-Malti u xi erbgha min-nies fis-sala laqilqu li tezisti traduzzjoni. Kemm mill-awturi hargu jipprotestaw li hadd ma kien gharraf lill-kommedjografu famuz Taljan li kemm Serracino Inglott kif ukoll Palma kienu ilhom li qalbu d-Divina Commedia ghall-Malti. Din il-qaghda bierda tal-awturi tikkundannahom ghall-irrelevanza socjo-politika, b'mod li l-letteratura Maltija tilfet ir-relevanza socjali u poltika taghha u donnha qed tezisti biss biex tkun studjata ghall-ezamijiet.

Irrid nghid ukoll li bhalissa qed ikun ippubblikat certu blaff ghal skopijiet populisti u/jew sensazzjonalisti. Minhabba l-pubblicità li qed tinghata lil dawn ix-xoghlijiet f'certi crieki, il-letteratura lokali qed tkun assocjata wkoll fil-percezzjoni pubblika mal-vulgarità, il-banalità u l-bassezza. Anki hawn, qed jiddominaw biss il-kriterji tas-suq, bil-komplicità ta' strutturi li qed "jippremjaw" il-medjokrità anki ufficjalment, u b'hekk jikbru l-irjus.

5. X’tahseb dwar l-importanza tal-Istorja f’rabta mal-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa, imma anki f’rabta mad-dhul kontinwu f’pajjizna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq?

Jien nemmen fid-diversità, fatt li hu mseddaq ukoll mill-vizjoni Ewropea. Jien ma naghmilx differenza dwar il-lewn tal-gilda, ghax marbut mal-lewn tal-gilda hemm il-varjetà rikka ta’ kulturi ohra, forsi aktar pristini u aktar genwini. Din ir-rikkezza ghandha x’taqsam mal-universalità u kull artist nifhem li ghandu jkollu tieqa miftuha berah biex jivvalorizza l-kollezzjoni vasta tal-kontenut etniku u t-tonalitajiet intriganti taghha. Jekk le, dak ikun artist pjuttost mijopiku li qed jillimita lilu nnifsu.


Ara s-sit: www.marioazzopardi.com

Saturday, July 11, 2009

IMNEDIJA GABRA TA’ POEZIJI GDIDA FIL-KULLEGG DE LA SALLE


Nhar il-Gimgha, 3 ta’ Lulju, fl-intrata ewlenija tal-Kullegg De La Salle fil-Kottonera, gie mniedi l-ktieb MIRAGGI LASALLJANI – GABRA TA’ POEZIJI FID-DAWL TA’ SAN GWANN BATTISTA DE LA SALLE, editjat minn Patrick Sammut u ppubblikat mid-De La Salle Brothers Publications (2009). Dan il-ktieb jigbor fih zewg studji dwar zewg reliġjużi, għalliema u kittieba, Bro. Henry Grech f.s.c., u Bro. Michael Buttigieg f.s.c., poeżiji ispirati mill-figura tal-fundatur, San Ġwann Battista De La Salle, u poeżiji fi tliet ilsna (Malti, Ingliż u Taljan) mill-pinna ta’ erba’ għalliema fil-Kulleġġ, Mario Attard, Joseph Axiaq, Stephen Cachia u Patrick Sammut. Il-qoxra ta’ MIRAĠĠI LASALLJANI u d-disinni ta’ ġewwa huma xogħol ta’ għalliem ieħor fil-Kulleġġ, Hilary Spiteri.



Il-Lejla tmexxiet minn Patrick Sammut u għaliha attendew il-Brothers tal-Komunità Lasalljana, għalliema, studenti, ġenituri u anki membri tal-Għaqda Poeti Maltin li tagħha l-mibki Bro. Michael Buttigieg kien membru. Inqraw bijografiji qosra dwar iż-żewġ brothers kittieba u dwar l-erba’ poeti parteċipanti fl-antoloġija, u anki poeżiji tagħhom, bl-għajnuna ta’ tliet studenti tas-Sitt Klassi, Ruth Bonnici, Clara Chetcuti u Reuben Degabriele. Ex-student tal-Kulleġġ, Julian Carter, ipprovda waqtiet mużikali mill-isbaħ fuq il-pjanu.



Matul il-Lejla, Dr. Charles Briffa għamel studju dettaljat u kritiku dwar MIRAĠĠI LASALLJANI u tkellem dwar il-kontribut ta’ Bro. Henry u Bro. Michael fil-qasam edukattiv u letterarju. Il-Brother Direttur tal-komunità Lasalljana, Bro. Martin Borg f.s.c., waqt id-diskors tal-ahhar, tkellem dwar kif jiftakar lil Bros. Henry u Buttigieg, dwar il-Fundatur u dwar l-importanza li l-komunità Lasalljana dejjem tat lill-pubblikazzjonijiet ta’ ċertu livell permezz tad-De La Salle Brothers Publications. Bro. Martin kien dak li emmen sa mill-bidunett fi progett bhal dan u ghen finanzjarjament biex isir realtà. Ġiet ġentilment regalata kopja ta’ MIRAĠĠI LASALLJANI lil dawk kollha preżenti, u l-artist, Hilary Spiteri, tkellem dwar id-disinni li jżejnu lil din il-pubblikazzjoni ġdida. Il-Lejla spiċċat b’riċeviment ġentilment offrut mill-istess komunità Lasalljana.

Monday, July 06, 2009

Intervistat Raymond Grech


1. Minn fejn u meta bdiet in-namra tiegħek mal-poeżija?

RG - Qabel xejn grazzi ta’ l-istedina tiegħek. Emminni ma niftakrax mument partikulari li fih ħassejt il-ġibda lejn il-poeżija. Aktar naħseb li hija xi ħaga ġewwa fija li minn kmieni ħafna ħassejt li għandi nesprimi ruħi b’dan il-mod. Mindu kont żgħir dejjem kont persuna li tosserva; dak li bdejt nara u dak li bdejt inħoss bdew isawruni xi ftit jew wisq sensittiv. Fost l-aktar affarjiet li jdejquni fil-ħajja huma l-inġustizzja u l-ingratiduni. Fil-fehma tiegħi l-inġustizzja ġġib l-oppressjoni kemm fil-qasam soċjali, politiku, kif ukoll reliġjuz, b’hekk jinbet l-ixprun biex nikteb.


2. Temmen li biex wieħed jikteb poeżija valida għandu qabelxejn jaqra ħafna u ħafna poeżiji miktubin mill-klassiċi u minn poeti magħrufa fuq bażi dinjija?

RG - Poeżija tajba fil-fehma u l-esperjenza tiegħi hija dejjem suġġettiva. It-tiġrib persunali ta’ kull bniedem huwa uniku għalkemm jixxiebah. Li wieħed jaqra u jixtarr dejjem ġid jista’ jagħmel għax jara d-dinja ta’ ħaddiehor fir-realtà tagħha u b’hekk jintegra ruħu kemm fis-sewwa u fid-dnewwa ta’ persuna oħra; però jekk wieħed jaqra ħafna u ħafna jista’ jigi influwenzat aktar minn kemm għandu bżonn u jispiċċa jitlef l-identità unika tiegħu. Naħseb ukoll li wisq qari jieħu post is-solitudni u dawk il-mumenti ta’ riflessjoni fejn il-poeżija tkun tista’ toħroġ, tissawwar u timraħ sakemm tinqabad maħżuża fuq il-karta.


3. Liema huma t-temi li tikteb dwarhom?

RG - Nikteb skont il-ħsieb, m’għandi l-ebda tema li nippreferi. Miftuħ għal dak kollu li jgħaddi minn ġo moħħi. Konxju ħafna tal-ħolqien u min issostnih, għalhekk għandi numru ta’ poeżiji li jagħtu ħajr u qima lill-Mulej.


4. Fejn dehru l-poeżiji tiegħek s’issa?

RG - Il-poeżiji tiegħi l-aktar li dehru s’issa fuq ir-radju, rivisti, folji, bloggijiet u ġurnali, kif ukoll f’kotba kemm Malta u barra minn Malta.


5. Fejn u meta tispira ruħek l-aktar?

RG - Din mhix faċli li niġbed konklużjoni fuqha. Il-lehma poetika m’għandhiex xi lok partikulari fejn tgħammar; il-muża taf tgħarxek fi kwalunkwe sitwazzjoni. Ġejt imnebbaħ kemm f’ambejnt solitarju kif ukoll qalb il-folol.


6. Temmen li l-poeżija għandha tkun biss eżerċizzju fl-arti, jew għandha jkollha wkoll messaġġ?

RG - Ngħid għalija poeżija bla messaġġ mhix poeżija tajba. Jista’ jkun li mhux kul]add jaqbel miegħi, però jien inħoss li irrid inkun parti mis-soluzzjoni. Għaldaqstant inwassal messaġġ li għandu jagħti kontribut sabiex l-affarjiet jaqilbu għall-aħjar. Jista’ jagħti l-każ li l-messaġġ ma jintgħarafx mill-ewwel għax ikun moħbi jew jistkenn fil-metafora. Meta persuna taqra l-poeżiji tiegħi bil-galbu, bla għaġla, issib li hemm tagħlima jew messaġġ ta’ min jixtarr.


7. Tippreferi tikteb il-poeżija skont kriterji tradizzjonali fejn taħkem ir-regolarità, jew il-poeżija skont kriterji moderni fejn jaħkem il-vers ħieles? Għaliex?

RG - M’għandi l-ebda preferenza, daqqa nikteb tradizzjonalment u daqqa nikteb bil-vers ħieles. Dan nagħmlu skont il-ħtiega, u skont l-udjenza li magħha rrid naqsam ħsibijieti u fl-istess ħin nidentifika lili nnifsi mal-problemi ta’ ħaddiehor. B’hekk nagħti l-kuraġġ sabiex kemm il-qarrejja u s-semmiegħa tiegħi jinħelsu minn ħsibijiet u emozzjonijiet li jagħmlu ħsara.


8. Kemm huma importanti l-Għaqdiet tal-Malti u l-mezzi tal-komunikazzjoni għall-poeta?

RG - Kemm l-Għaqdiet kif ukoll il-medja jagħtu għajnuna imprezzabbli lill-kittieb. L-Għaqda Poeti Maltin li tagħha jien membru attiv tagħmel ħafna ġid lill-poeta, kemm dak li għadu jibda kif ukoll dak li hu stabbilit. L-GħPM torganizza lejliet ta’ poeżija u mużika, fil-beraħ tat-toroq u fil-pjazez, għall-membri tagħha kif ukoll għall-ħbieb tal-poeżija; kulhadd jista’ jattendi għal dawn is-serati u jista’ jaqra x-xogħlijiet tiegħu. Barra minn hekk il-poeżiji li jkunu ta’ kwalità tajba jiġu ppublikati; dan jagħti inċentiv lill-poeta sabiex itejjeb il-prodott tiegħu.


9. Kemm hu importanti li l-poeta jkollu kuntatti ma’ poeti u kittieba barranin? X’importanza għandu l-internet f’dan ir-rigward?

RG - Il-poeta hemm bżonn ikollu kuntatti ma’ poeti oħrajn sabiex jaqsam xogħlu ma’ min jaħsibha bħalu. Il-ħadid isinn il-ħadid, għalhekk meta jkun hemm kuntatt bejn il-poeti, il-komunità poetika tissaħħaħ u ssib l-inkoraġġiment meħtieg. Min-naħa l-oħra l-internet għandu sehem kbir fl-iżvilupp tal-poeżija. Id-dinja qiegħda ssir villaġġ wieħed minħabba l-internet; dan fih it-tajjeb u l-ħażin tiegħu, però l-kittieb għandu jkun konxju ta’ dan il-potenzjal u juża din il-kumdità għall-avvanz ta’ kitbietu.


10. Inti tieħu ħsieb is-sit elettroniku tal-GĦPM u żżommu aġġornat. X’sodisfazzjoni jagħtik rwol bħal dan?

RG - L-ewwel ħaġa hi li b’xi mod jew ieħor nagħti sehem sabiex l-għaqda li nkun imsieħeb fija timxi ’l quddiem. Jekk kull membru jagħti sehmu jkun qiegħed jgħin lill-uffiċjali u l-bqija tal-kumitat iwettqu ħidma ta’ fejda b’risq il-poeżija għall-ġid tal-letteratura, tal-ilsien Malti u l-poplu tiegħu. Is-sodizzfazzjon jissaħħaħ hekk kif tasal il-gratitudni u ta’ dan l-Għaqda Poeti Maltin hija fuq quddiem nett.


11. Għandek f’moħħok li xi darba tippubblika f’ġabra l-poeżiji tiegħek?

RG - Dan proġett li qed iberren f’moħħi, xi ħaġa li nixtieq nagħmel. Nipprova ngħix ġurnata b’ġurnata u fl-istess ħin nippjana għall- ġejjieni. F’dan il-qafas hemm il-poeżiji lesti biex nippublikahom.


Stennejtni Mulej


Stennejtni ma’ ġenbek bi nhari xemxin
bqajt nilgħab bla ħsiebek bir-ramel għad-dell.
Bqajt nibni kastelli b'trunċieri mdawrin
bqajt narma s-suldati bix-xwabel għad-dwell.

Stennejtni ma' djulek fl-iljieli qamrin
bqajt nofroq il-baħar fuq ġifen bla qlugħ.
Bqajt nirkeb il-mewġa fuq żwiemel kburin
bqajt nofrogħ u nogħla fuq ħolmti merfugħ.

Sa waslet il-ħalla bil-minġel l-imwiet
kaxkritli l-kastelli w għarqitli l-imwieġ
faqgħetli t-trunċieri ċajpritli l-ħolmiet.

Xolt waħdi ħallietni kejnitni sirt zgħir
hemm leħnek smajt riesaq fuq żifef il-fwieġ
sejjaħtli, kellimtni... raddejtlek il-ħajr.


Raymond Grech
2 ta' April 2006
Tas-Sliema

Sunday, July 05, 2009

Intervistat Anton Grasso waqt li qed naqra QRUSA (2009)


1. Anton Grasso bħala kittieb ta’ rakkonti u anki bħala l-kuxjenza/għarfien tad-differenzi bejn il-klassijiet soċjali. Xi tgħid dwar dan?

Ħafna min-nies li jisimgħu b’ismi jassoċjawni biss mal-aktar ġeneru ta’ kitba li nħobb: l-istorja tal-biża’, ir-rakkont li jimliek b’tensjoni eċċitanti, idaħħlek f’qoxortok, iġiegħlek tħares b’kurżita ` warajk jekk tisma’ żaqżiqa ta’ bieb. Dan hu qasam li interessani minn ċkuniti u ħdimt għalih minn qalbi mhux biss minħabba n-nuqqas tiegħu f’pajjiżna, anzi dik ma kinitx l-ewwel imbuttatura tiegħi lejh. Kienu l-biżgħat tiegħi u fl-istess waqt il-kurżita` tal-bniedem li jien. L-anatomija tal-biża’ u l-kurżita` li ma tistax tifridhom. Bħalma ma tifridx ukoll ħafna drabi l-kuxjenza u l-għarfien bejn il-klassijiet soċjali f’xogħlijiet oħra tiegħi. Kull bniedem għandu kuxjenza li ħafna drabi jadatta skont kif iħoss il-ħtieġa u ġieli jipprova jifgaha. Id-differenza bejn il-klassijiet soċjali hi wkoll punt importanti f’xogħlijieti. Il-bniedem għani, il-bniedem fqir, il-bniedem li jifhem u dak li jaħseb li jifhem u dak li ma jifhimx, dak li jemmen li kull ħaġa li jagħmel hi tajba u dak li jħoss li f’ħajtu qatt ma għamel xejn tajjeb. Ftit jew ħafna, kollha għandhom posthom fir-rakkonti tiegħi.

2. Spiss il-protagonisti huma nisa li jew romlu jew sfaw bla żwieġhom. Drabi oħra huma l-imwarrbin u d-dgħajfa. Għaliex dan?

Fil-fehma tiegħi l-mara hi persuna kumplessa ħafna; tista’ tagħti, anki ħafna, iżda dejjem tistenna iżjed. Forsi għalhekk fl-istejjer tiegħi, lill-mara nixgħelilha xemgħa li trid jew ma tridx, fl-aħħar ikollok titfihielha. Iżda n-niċċa ta’ ommi f’qalbi hi mnaqqxa għal ħajti kollha u naraha tibki, imnikkta, teżisti minħabba fija u fiż-żewġ ħuti l-oħra, tibni ħajja b’viżjoni qrib it-tbatija. L-imwarrbin u n-nies li m’għandhomx leħen u ħila jitkellmu u jaġixxu weħidhom jew li jħossuhom inferjuri għal ħaddieħor, dejjem kienu qribi u dejjem ħassejt li għandi ngħin lil min m’għandux ħila jgħin lilu nnifsu, nitkellem flok min ma jafx jitkellem għalih innifsu, nagħder lil min iħossu mwarrab, imweġġa’, mitluq, ’il barra miċ-ċirku tas-soċjeta` fejn jgħix. Is-simpatija tiegħi tmur dejjem lejn il-bniedem tellief, l-imbikki, il-batut, il-fqir u l-imgħakkes. X’nista’ nagħti jien lil min irnexxa? Dak m’għandux bżonni. L-istejjer tiegħi ħafna drabi jikkonċentraw fuq min falla, tilef, bata. Huma dawk in-nies li jiġbduli l-akbar simpatija u nħoss il-ħtieġa li niffaċċjahom wiċċ imb’wiċċ. U biex ir-rakkont tiegħi jkun aktar kiefer, lill-miskin nisqih ftit waqtiet ta’ hena jew ħolm ta’ hena, imbagħad ngħaddsu f’destin aktar kiefer. Kontradizzjoni? Forsi.

3. Ir-rakkonti tiegħek għandhom kemm realta` kiefra kif ukoll mis-surreali. Xi tgħid dwar din it-taħlita rebbieħa?

Bla dubju li hemm realta` kiefra. Din il-mistoqsija tkompli ma’ dik ta’ qabilha. Kiefer id-destin għal xi wħud, u jien nagħmlu aktar kiefer. Fil-fehma tiegħi m’hemmx ħajja mingħajr tbatija, ċaħda, diżillużjoni, nuqqas ta’ għarfien tal-persuna u dawk ta’ madwarha. Is-surrealiżmu fid-dinja tas-sukkonxju tiegħi, fid-dinja tal-ħolm li ma noħlomx; fid-dinja tal-ħajja li ma ngħixx jew għallanqas ma ngħixx kif nixtieq hemm il-preambolu tal-għarfien, il-mistiċiżmu profond tal-jien, il-verita`/gidba ta’ xi wħud, il-mantell li jaħrab bil-fantasija. Xi drabi l-ħajja hi surreali daqskemm reali. U xi drabi tistaqsi xinhi r-realta` mingħajr is-surreali.

4. Kif tirreaġixxi għal kumment bħal dan? Mhux veru li Anton Grasso jikteb biss dwar il-biża’ u l-waħx fis-sens klassiku tat-tifsira tagħhom.

Altru li le. Jien bniedem dgħajjef bħal ħafna mill-karattri fl-istejjer tiegħi: batejt, bkejt aktar milli fraħt, tlift aktar milli akkwistajt. Irrid nammetti li jien bniedem perfezzjonist: dan mal-qarrejja tiegħi għax miegħi nnifsi dan il-fatt ili li ammettejtu. U meta tkun perfezzjonist qatt ma tkun kuntent b’dak li takkwista, dejjem tixtieq aktar u ttejjeb dak li jkollok. Fil-fehma tiegħi s-suċċess isibu dak il-bniedem li jkun kuntent b’dak li jkollu. Għandi xogħlijiet li nikklassifikahom bħala waħxija par excellance, klassiċi fil-biża’ tagħhom, ifakkruk fil-ħolm ikrah li kellek meta kont tifel jew fil-ħolm li tixtiequ isbaħ issa li sirt adult. Imma l-waħx tiegħi jinfirex f’diversi taqsimiet, f’għadd ta’ rqajja’, illużjoni u thewdin. Mill-mummji, il-fatati, l-iħirsa tal-imgħoddi, għaddejt għall-qattiel modern, li taf tiġi wiċċ imb’wiċċ miegħu int u jien. Bla ma nafu. Għalhekk hemm il-biża’ minn dak li mhux magħruf bħala biża’.

5. Aspett importanti fil-kitbiet tiegħek hu li l-bniedem hu l-bniedem bit-tajjeb u l-ħażin tiegħu. Kemm huwa minnu dan?

Liema bniedem m’għandux it-tajjeb u l-ħażin u kif tista’ tikteb fuq il-bniedem mingħajr ma ddaħħal dawn iż­-żewġ elementi, toroq li jgħaddi minnhom kulħadd, anki min ma jammettix. Xi drabi trid tkun taf tiflihom; hemm min jemmen fil-ħażin bħala xi ħaġa tajba u l-kuntrarju. F’ħafna stejjer tiegħi l-bniedem jidher kif tabilħaqq hu, kif narah jgħix f’moħħi, kif jaġixxi miegħu nnifsu u mas-soċjeta`. Fl-istorja tal-biża’, dawn iż-żewġ elementi jistgħu jidhru mġebbda jew lejn naħa nkella oħra, iżda qegħdin hemm dejjem. Fi stejjer oħrajn tiegħi, bħal dawk li dehru fit-tliet volumi: Stejjer minn Raħal Midfun, Stejjer għall-Kenn tal-Fuklar u Stejjer minn Qiegħ l-Irdum, il-bniedem tista’ tħossu u tmissu aħjar, tisimgħu jieħu n-nifs, jilmenta, jagħdab, u l-aspett tat-tajjeb u l-ħażin joħroġ aħjar.

6. Kemm tħoss li Grasso kittieb immatura letterarjament minn żmien l-ewwel pubblikazzjoni ta’ dawn ir-rakkonti saż-żmien meta erġajt rajthom u rfinajthom?

Nemmen li mmaturajt ħafna. Jien stess insostni li meta llum m’għadx għandi l-ħerqa u l-entużjażmu tal-ewwel pubblikazzjonijiet tiegħi fil-gazzetti lokali, aktar tard fil-kotba, illum nemmen li tul it-triq tal-pubblikazzjonijiet li bdejt fil-1974 bl-ewwel ktieb tiegħi Iljieli bla Qamar, tgħallimt norqom u ngħanni dak li stajt għamilt qabel. Min hu daqsi jew min qara l-kotba tal-bidu tiegħi u min qara xogħol li ħriġt f’dawn l-aħħar snin, jintebaħ bid-differenza.

7. Fiex kien jittratta dan il-proċess ta’ rfinar?

Proċess li kif għidt int ta’ tirqim u editjar. Ma kienx proċess ħafif li naqra ħafna mill-istejjer tiegħi li ħriġt f’diversi volumi li ppubblikajt u nagħtihom il-bixra moderna u matura li mexxietni tul 35 sena ta’ pubblikazzjonijiet. Iżda nemmen li kien eżerċizzju meħtieġ u importanti. Dawk li m’għandhomx il-volumi kollha ta’ stejjer tiegħi jew għax dak iż-żmien li bdejt jien kienu għadhom żgħar inkella għax ma kinux interessati, illum fl-aħħar sitt volumi ta’ stejjer li għażilt u rrevedejt jien stess, naħseb li jistgħu jiksbu l-aħjar stejjer li ktibt.



8. X’taħseb li jagħmel il-kitba ta’ Anton Grasso waħda mfittxija minn bosta qarrejja?

L-eċċitament, it-tensjoni, l-element tal-biża’. Jibża’ kull bniedem anki dak li ma jammettix. M’għandix dubju li l-kotba tiegħi huma mfittxija ħafna għax iqanqlu l-interess ta’ bosta qarrejja, kemm dawk li jħobbu stejjer tal-biża’, kemm dawk li jħobbu stejjer b’karattri aktar attwali, li jistgħu jiltaqgħu u jidentifikaw ruħhom magħhom, min f’waqtiet rari, oħrajn f’waqtiet aktar sikwit. Iżda naħseb li fattur ewlieni fis-suċċess tiegħi hu t-tħaddim tal-kelma Maltija, mexxejja, eleganti, ħafifa u sempliċi.

9. Ġieli kellek l-opportunita` tiltaqa’ ma’ kittieba barranin li huma involuti fil-kitba tal-istess ġeneru letterarju tiegħek? Min kienu u fejn seħħ dan?

Le. Iżda bil-korrispondenza kelli kuntatt interessanti u ġenwin ma’ awturi li huma fost l-aħjar, b’xogħol magħruf universalment u maqlub f’għadd ta’ lingwi. Insemmi lil Ira Levin, li tiegħu qlibt żewġ rumanzi: Rosemary’s Baby (It-Tarbija ta’ Rosemary) ippubblikat fl-1977 u fl-1993 u A Kiss Before Dying (Bewsa qabel il-Mewt) ippubblikat fl-1993 u fl-2004. Dawn iż-żewġ rumanzi nħadmu films. Ira Levin kellu ċerta ammirazzjoni lejja. L-istess, l-awtur Amerikan William Katz, li tiegħu qlibt ukoll żewġ rumanzi. Ix-xogħlijiet tiegħu nqalbu f’aktar minn għoxrin lingwa. Xogħol ieħor li qlibt riċentament hu The Mephisto Waltz (Il-Valz ta’ Mefistofle) ta’ Fred Mustard Stewart. Xi seba’ xhur wara li bgħatt il-kopji lill-aġent tiegħu rċevejt ittra mingħand il-mara tal-awtur fejn qaltli li r-raġel tagħha kien kuntent ħafna li ddeċidejt li naqleb ir-rumanz tiegħu għall-Malti u kellhom il-ħsieb li jiġu Malta, jiltaqgħu miegħi u jaraw pajjiżna iżda b’xorti ħażina miet fl-2007.

10. X’se jikteb Grasso mil-lum ’il quddiem, jiġifieri minn wara Qrusa?

L-ewwel xogħol li għandi għall-istampa hu Rmied, ġabra ta’ stejjer li għażilt mill-ewwel sas-sitta u għoxrin volum li bdilthom radikament. Ma jfissirx li m’għandix xogħlijiet li għadhom ma ħarġux. Għandi ħafna stejjer u żewġ rumanzi oħra. Jekk nerġa’ nikseb il-ħerqa li kelli darba jistgħu jiġu ppubblikati aktar kotba ġodda tiegħi. X’se jiġri ’l quddiem ma nistax ngħid.

11. Tħoss nuqqas kbir fil-qasam lokali tal-okkażjonijiet fejn il-kittieba u l-poeti jiltaqgħu u jiddiskutu flimkien u anki mal-pubbliku interessat f’xogħlijiethom u r-rabta bejn il-letteratura u s-soċjeta`? Xi tgħid dwar dan?

Aktar milli kbir. Il-kittieba u l-poeti għandhom isibu okkażjonijiet fejn jiltaqgħu u jiddiskutu xogħlijiethom. L-akbar ħasra f’dan il-pajjiż mhix li l-awturi ma jiltaqgħux ma’ awturi oħra, iżda li l-awturi ma jiltaqgħux mal-pubbliku, jitkellmu miegħu, jisma’ siltiet minn xogħlijiethom, jiddiskuti, jidħol fid-dinja tagħhom anki jekk ma jaqbilx magħhom. F’nazzjon żgħir hi rabta meħtieġa bejn awtur u l-qarrejja tiegħu; fażi li jmissha tibda, jekk mhux mill-Gvern, mil-Librerija Pubblika, laqgħat li jġibu lill-pubbliku wiċċ imb’wiċċ mal-awtur, jidħlu fid-dinja ta’ xulxin, jaqsmu l-ideat bejniethom, min hu l-awtur, x’lest jagħti, x’jistenna mill-qarrejja tiegħu.

Gunju/Lulju 2009

Saturday, July 04, 2009

Intervista ma' Charles Flores - poeta, kittieb u gurnalist


1. X’tahseb dwar l-importanza li l-kittieb/poeta jsemma lehnu rigward il-qirda tal-ambjent naturali?

Ma tistax tkun akbar. Jekk il-kittieb/poeta jibqa’ sieket quddiem it-theddida ghall-ambjent naturali jkun hati daqs min ikun qed iwettaqha. Naturalment, hemm metodi u stili differenti li permezz taghhom iwassal il-protesta tieghu.

2. X’tifhem b’involviment politiku min-naha tal-kittieb/poeta? Ghandu l-kittieb/poeta jghaddi l-hsieb politiku tieghu lil min imexxi lil pajjizna permezz ta’ vrusu?

Il-kittieb/poeta min guf ommu jrid ikun politiku, izda mhux necessarjament partiggjan. Kull haga, kull nifs li niehdu fl-ezistenza taghna hu politiku. Il-kittieb/poeta ghandu l-qalb u ghandu r-ruh li permezz taghhom iwassal il-fehmiet tieghu lil kull min lest jaqrahom. Il-mexxejja ta’ pajjiz li ma jaghtux widen jew sahansitra jwarrbu l-hsibijiet tal-kittieba u poeti taghhom ikunu qeghdin jitbieghdu mill-fehma tal-poplu kif espressa artistikament mill-istess kittieba u poeti. Xi jkun jonqos, imbaghad, li jinharqu l-kotba taghhom pubblikament f’xi pjazza, kif rajna fi zmien in-Nazi u l-faxxizmu fl-Ewropa, partikolarment fil-Germanja u Spanja?

3. Semmi aspett kurrenti li jolqtok u jgaghlek tikteb llum?

L-ambjent naturali u kulturali li jinsab taht theddida mill-izviluppaturi u l-qaddisin protetturi taghhom fil-kamp politiku. L-ingustizzja socjali u l-intolleranza f’socjetà li nemmen ghandha dejjem tkun hielsa u sekulari.

4. Il-kittieb/poeta jixtieq ir-rispett min-naha tal-poplu. Imma qabelxejn dar-rispett ghandu jigi mill-istess kittieba/poeti kollegi tieghu. Kif tirreagixxi ghal dan?

Mhux dejjem. Bhal kull sezzjoni ohra tas-socjetà, il-kittieba u l-poeti ghandhom id-differenzi ta’ bejniethom, jiffurmaw klikek biex ikunu jistghu jhokku dahar xulxin u ta’ sikwit titnissel l-ghira fosthom. M’ghandniex xi nghidu, din generalizzazzjoni kbira, izda hemm hafna verità fiha. B’danakollu r-rispett tal-poplu jintrebah bil-kontenut u l-persistenza artistika ta’ dak li jkun. Il-pubbli`ità tonfoh lil hafna. Il-posterità hija tal-ftit.

5. X’tahseb dwar l-importanza tal-Istorja f’rabta mal-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa, imma anki f’rabta mad-dhul kontinwu f’pajjizna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq?

Malta minn dejjem kienet fl-Ewropa. Tant hu hekk li ilna s-sekli niftahru li salvajna lill-Ewropa mill-Mislem! Ghaldaqstant l-importanza tal-istorja fil-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa tibqa’ valida u mehtiega, u dan minghajr ma nnaqqsu mill-jedd li jkun hawn fostna, kif hemm fil-pajjizi l-ohra kollha, ix-xettici u d-dubjuzi.

L-immigranti irregolari huma parti mill-gerha kbira li halla warajh il-kolonjalizmu tal-Ewropej fil-kontinent Afrikan. Ghalhekk ma nistghux naghlqu ghajnejna u, aktar u aktar, qalbna ghal dak li jghaddu minnu dawk li jkunu qed ifittxu kenn ghalihom u ghall-familji taghhom. Ghal darb’ohra ghandek l-istorja tiddetta c-cirkustanzi tal-lum.

QĊAĊET


Tela’ l-għolja tal-ħġieġ
u xappap wiċċu bl-odju
fost l-ilfiq tal-kummidjanti
u x-xegħir tan-nisa tqal
misluta
mixħuta
mikduda
fl-għabra tlellex ta’ billejl…
Qisha sunetti
u borra fuq is-saqaf tal-karozzi
u fil-fondoq taċ-ċumnija twila
u sewda
wieqfa
soda,
phallus tal-irħam.

U niżel bilġri fiż-żurżieqa
mxarrba
u beka malli sema’ kollox.
Sab ħabel twil
u ddendel minnu
bħal miblugħ
li la jaf b’ruħ
u, issa, lanqas b’ġisem.

Charles Flores

Intervistat Adrian Grima

(Ir-ritratt ittiehed minn James Cunningham)

Ara: http://www.adriangrima.com/

1. X’taħseb dwar l-importanza li l-kittieb/poeta jsemma’ leħnu rigward il-qirda tal-ambjent naturali?



Il-ġenerazzjoni tal-awturi tas-snin sittin tkellmu bis-saħħa dwar il-qerda tal-ambjent naturali tagħna u dan kien riżultat tal-kuxjenza ambjentali li bdiet titrawwem f’Malta fis-snin sebgħin meta beda jiżdied sew il-bini fil-Gżejjer Maltin. Il-kittieba romantiċi ħassew affinità kbira man-natura, li rawha sabiħa u għalhekk, minnha nfisha, moralment tajba u superjuri għad-dinja mnawra tal-bnedmin. Bħall-kittieba ta’ qabilhom li ispirawhom, il-kittieba tal-bidu tas-seklu 21 pprotestaw bl-aħrax kontra l-ispekulazzjoni fl-industrija tal-bini u l-ħerba li saret mill-kampanja. Il-lingwaġġ f’poeżiji tiegħi bħal “Il-Golf Kellu Jkun” u “L-Għatx tal-Liġi” aktarx li hu differenti minn dak tal-kittieba tas-snin sittin, imma naħseb li l-kuxjenza hija simili.

Naħseb li x-xogħlijiet ambjentalisti tal-kittieba jinfluwenzaw ħafna lill-qarrejja tagħhom: ġenerazzjonijiet ta’ studenti jassoċjaw il-qerda tan-natura ma’ xogħlijet bħal “Tradiment” ta’ Victor Fenech. Issa jekk l-esperjenza ta’ dawn ix-xogħlijiet b’saħħithom twassalx għal azzjoni konkreta min-naħa tal-qarrejja hija kwistjoni oħra. Sinċerament ma nafx.

Waħda mill-isbaħ esperjenzi artistiċi li kelli f’dawn l-aħħar snin kienet il-kitba tal-poeżiji li dehru f’Riħ min-Nofsinhar. It-tibdil fil-klima skont Immanuel Mifsud u Adrian Grima, mhux biss għax missejna tema ambjentali u ta’ ġustizzja soċjali li hija globali daqskemm hi lokali, imma wkoll minħabba l-proċess li wassal għall-kitba ta’ dan il-ktieb.

2. X’tifhem b’involviment politiku min-naħa tal-kittieb/poeta? Għandu l-kittieb/poeta jgħaddi l-ħsieb politiku tiegħu lil min imexxi lil pajjiżna permezz ta’ vrusu?



Jien kittieb mhux politiku, u nikteb dwar dak li jqanqal lili. Bħala kittieba l-isfida ewlenija tiegħi hi dejjem li noħloq lingwa ġdida, li noffri esperjenza letterarja, li nqanqal lill-qarrejja tiegħi permezz tal-mod kif ngħawweġ il-lingwa, kif noħloqha mill-ġdid biex nagħtiha ħajja ġdida. Jien jinteressani ħafna dak li jiġri madwari, kemm bħala ċittadin Malti, Mediterranju u Ewropew, kif ukoll bħala “ċittadin tad-dinja.” U għalhekk, inevitabbilment, nikteb ukoll dwar temi soċjali u politiċi. Wara kollox, kull kitba hija deċiżjoni jew att politiku, anki dik li tagħżel li ma tgħid xejn dwar dak li qed jiġri fil-bogħod jew fil-qrib.

Jien nagħżel li nimpenja ruħi f’kwistjonijiet ta’ ġustizzja soċjali, imma din hija għażla tiegħi primarjament bħala bniedem mhux bħala kittieb.

3. Semmi aspett kurrenti li jolqtok u jġagħlek tikteb llum?



Il-poeżiji fit-tieni nofs tat-tieni ktieb tiegħi, Rakkmu (Klabb Kotba Maltin, 2006) jittrattaw sitwazzjonijiet lokali u internazzjonali; l-ewwel nofs huwa iktar “personali,” poeżiji ta’ mħabba, poeżiji dwar it-tfal... Ma nistax ngħid li hemm poeżiji li huma iktar għal qalbi minn oħrajn minħabba t-tematika tagħhom: jinteressani iżjed il-mod kif użajt il-lingwa, il-ħoss, ir-ritmu, is-sintassi, ix-xbihat, l-istruttura ġenerali tal-poeżija. Imma jkolli ngħid ukoll li nippreferi naqra ktieb tal-poeżija li għandu bilanċ bejn il-personali u s-soċjali, bejn il-lokali u l-internazzjonali; u jogħġbuni iktar u iktar il-poeżiji li jaraw il-personali fil-ġrajjiet il-kbar u ż-żgħar tal-istorja mqallba tal-bnedmin. Fil-fatt il-poeżiji soċjali u politiċi tiegħi sikwit jirrakkontaw stejjer individwali, għax it-traġedji l-kbar imissu lin-nies iż-żgħar. Għaldaqstant, għalija l-martirju tal-poplu Palestinjan huwa l-martirju ta’ Noora, u Khaled, u Najeh... U t-traġedja tal-immigranti hija t-traġedja ta’ Zing, ta’ Murad, ta’ Siem, ta’ Tesfamichael.

Il-ktieb tal-poeżiji li jmiss tal-poeżiji tiegħi fih poeżiji li ktibt meta stednuni għal residenza ta’ kitba f’Derry, fl-Irlanda ta’ Fuq, il-belt magħrufa għall-massakru ta’ Bloody Sunday. Jien insejħilhom il-poeżiji “Irlandiżi” tiegħi – anki għax se jiġu ppubblikati l-Irlanda – imma fil-fatt f’dawn il-poeżiji hemm il-firxa u l-fili komuni ta’ Rakkmu u It-Trumbettier (1999).

4. Il-kittieb/poeta jixtieq ir-rispett min-naħa tal-poplu. Imma qabelxejn dar-rispett għandu jiġi mill-istess kittieba/poeti kollegi tiegħu. Kif tirreaġixxi għal dan?



Naħseb li l-iktar awturi li batew minn nuqqas ta’ rispett, forsi anki tal-“kollegi” tagħhom f’pajjiżna, kienu l-awturi nisa. Iżda s-sitwazzjoni qed tinbidel, kemm minħabba r-rispett dejjem ikbar li qed igawdu wħud mill-awtriċi stabbiliti, kif ukoll minħabba l-ħila straordinarja ta’ wħud mill-kittieba nisa l-ġodda li jinsabu fuq quddiem nett fit-tiġdid tal-letteratura Maltija.

5. X’taħseb dwar l-importanza tal-Istorja f’rabta mal-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa, imma anki f’rabta mad-dħul kontinwu f’pajjiżna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq?



L-ewwelnett, m’għandniex “dħul kontinwu f’pajjiżna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq.” Il-maġġoranza tal-ftit eluf ta’ immigranti li għandna f’pajjiżna llum mill-Afrika (jingħad madwar 5,000 ruħ) – persentaġġ verament ċkejken tal-popolazzjoni Maltija ta’ aktar minn 405,000 – huma mill-Eritrea, is-Sudan u s-Somalja, fejn hemm sitwazzjonijiet diffiċli ħafna li jipperikolaw il-ħajja ta’ miljuni ta’ nies. Kif spjega fil-priedka tiegħu fil-Festa tad-Duluri ta’ din is-sena l-Isqof Mario Grech, il-maġġoranza l-kbira tar-refuġjati Afrikani fil-fatt jgħixu fil-pajjiżi ġirien tagħhom fl-Afrika stess. Fil-priedka tiegħu, Mons. Grech qal li “l-komunitajiet Insara, il-parroċċi u l-istituzzjonijiet tal-Knisja jridu jkunu minn ta’ quddiem biex nistmaw lir-rifuġjati u l-immigranti bir-rispett li jixraqlu kull bniedem.” Qal ukoll li “L-identità tagħna bħala Maltin tissaħħaħ skont kemm aħna kapaċi nieħdu ħsieb ta’ min hu l-iktar dgħajjef fostna.” Din hija sfida kbira għalina lkoll, kemm dawk fostna li huma nsara kif ukoll dawk li mhumiex.

La qed nitkellmu fuq l-immigrazzjoni, ta’ min nirriflettu fuq l-emigrazzjoni tal-Maltin lejn l-Afrika ta’ Fuq u bnadi oħrajn fil-Mediterran fis-seklu 19, u wara lejn l-hekk imsejħa “dinja ġdida” (li ma kienet ġdida xejn) fis-seklu 20. Ħafna Maltin ftit li xejn jafu dwar dak li għaddew minnu l-emigranti Maltin, anki għaliex fl-iskejjel u fuq il-mezzi tax-xandir, anki dawk pubbliċi, dawn l-istejjer, speċjalment dawk ta’ taqtigħ il-qalb, qajla nisimgħuhom.

Ir-rakkont popolari tal-istorja tagħna bħala poplu huwa bbażat fuq l-ideoloġija u t-testi romantiċi li nkitbu qabel ħadna l-Indipendenza fl-1964. Kif nafu anki mix-xogħol ta’ studjużi Maltin bħal Frans Ciappara u Carmel Cassar, f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin fid-dinja akkademika kien hemm evalwazzjoni mill-ġdid tal-kunċett ta’ storja u identità. Sirna ħafna iktar konxji llum tal-mod kif tinbena identità, tas-sehem determinanti li għandhom dawk li jfassluha. F’dan is-sens hemm ħtieġa kbira ta’ rakkont popolari ħafna iktar wiesa’ u dinamiku u ħafna inqas romantiku u idealizzat tal-istorja tagħna li permezz tiegħu nistgħu nsiru nafu lilna nfusna u lill-antenati tagħna aħjar.

Is-Sibt, 27 ta Ġunju 2009

Thursday, July 02, 2009

INTERVISTAT CHARLES CASHA


1. X’taħseb dwar l-importanza li l-kittieb/poeta jsemma’ leħnu rigward il-qirda tal-ambjent naturali?


Bla dubju ta’ xejn kull kittieb jew poeta għandu jkun impenjat li juru fehmtu dwar il-qerda tal-ambjent. Wara kollox dan huwa dmir ta’ kull ċittadin! Il-poeta bħala bniedem sensittiv forsi aktar minn oħrajn, jifhem u jħoss il-ħsara li ġġib il-qerda tal-ambjent naturali.

2. X’tifhem b’involviment politiku min-naħa tal-kittieb/poeta? Għandu l-kittieb/poeta jgħaddi l-ħsieb politiku tiegħu lil min imexxi lil pajjiżna permezz ta’ vrusu?


Jiena nemmen li kull kittieb jew poeta għandu jkun ħieles li jikteb dak li jrid u li jħoss u għalhekk ma nistax ngħid li għandu bilfors jinvolvi ruħu fil-politika. Imma min-naħa l-oħra nħoss dan il-bżonn li l-kttieb jkun impenjati fil-politika tal-pajjiż. U hawnhekk nixtieq nagħmel distinzjoni. Personalment, il-partiġjaniżmu jdejjaqni f’kull aspett, sew politiku, reliġjuż, soċjali eċċ. Għalhekk il-kittieb jew poeta għandu jidħol f’oqsma speċifiċi fejn għandha x’taqsam il-politika li biha jkun qed jitmexxa l-pajjiż. Nagħti eżempju. Tajjeb li l-kittieba jew poeti juri l-fehma tagħhom dwar l-ambjent, deċiżjonijiet li se jattettwaw il-ġejjieni tal-pajjiż, il-kultura jew is-saħħa tal-poplu. Imma mbagħad ma nistenniex li l-poeta għandu jidħol fi ħwejjeġ ta’ importanza żgħira.

3. Semmi aspett kurrenti li jolqtok u jġagħlek tikteb llum?


Ma tantx nista’ ngħid wisq dwar dan. Ma tantx ktibt poeżija u ma ngħidx li jien xi poeta impenjat. Madanakollu hemm kurrenti li jolqtuni bħal ma huma l-bini bla rażan u ikrah li tant qed jagħmel ħsara lill-pajjiż u flus fil-but lil min hu involut. Hemm ukoll l-immigrazzjoni illegali li tħassibni mhux biss għal Malta imma għall-Ewropa wkoll.

Refuge

Tall buildings surround me
and their shadows engulf me.
Breathless, I try to escape
to find refuge in the open sea.


4. Il-kittieb/poeta jixtieq ir-rispett min-naħa tal-poplu. Imma qabelxejn dar-rispett għandu jiġi mill-istess kittieba/poeti kollegi tiegħu. Kif tirreaġixxi għal dan?


Kull kittieb jixtieq li jgawdi r-rispett u l-ammirazzjoni tal-poplu. Wara kollox x’inhu kittieb jew poeta jekk m’hemmx min lest li jaqra x’kiteb jew jisma’ l-vrus tiegħu ? Imma l-aktar ħaġa li tweġġagħni hi meta tara kittieba jew poeti oħrajn, juri disprezz lejn sħabhom u kollegi tagħhom, kultant ukoll minn wara daharhom. Iddejjaqni ħafna l-kritika destruttiva, l-aktar minn dawk li stabilixxew lilhom infushom bħala xi awtorità,ukoll jekk għandhom sfond kulturali u letterarju biex jagħmlu dan. Il-kritika meħtieġa imma din għandha tkun kostruttiva. Għandna kritiċi serji u kostruttivi u allaħares ma kinux huma. L-Ingliżi jgħidu: One murders to dissect. Tweġġagħni ħafna l-inġustizzja taħt liema forma tkun. U tajjeb ukoll li nsemmi kemm jagħmlu ħsara l-klikek li jagħlqu ċirku tal-ħadid madwarhom u jqisu lilhom infushom bħala superjuri fuq l-oħrajn. Min jagħmel hekk mhux veru li għandu għal qalbu l-letteratura imma aktar moħħu fil-glorja personali. Minn dan kollu xejn ġid ma’ jista’ joħroġ.

5. X’taħseb dwar l-importanza tal-Istorja f’rabta mal-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa, imma anki f’rabta mad-dħul kontinwu f’pajjiżna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq?


Bħala individwu jiena nemmen ħafna f’Ewropa Magħquda għalkemm hemm ħwejjeġ li nemmen li iridu jinbidlu. Naħseb li l-kittieba u poeti Maltin għandhom orizzonti ġodda x’jiskopru fl-Ewropa, speċjalment fejn il-letteratura tagħna tista’ tiġi mwassla f’pajjiżi oħrajn bħala traduzzjoni. L-immigrazzjoni illegali hija problema komplessa ħafna u naħseb li l-akbar theddida li hemm hija għall-kultura Ewropea. In-numru kbir ta’ immigranti qiegħed dejjem joktor u għad jiġi żmien meta dawn in-nies, b’kultura għal kollox differenti, li ma jintegrawx ruħhom fil-kultura Ewropea, jibdew jitolbu tibdil li jwassal għall-inkwiet u diżordni. M’iniex razzista, nemmen li xi wħud minn dawn in-nies għandhom bżonn l-għajnuna, nifhem xi problema kbira għandu minn qed jaffaċċja din il-problema, imma nħoss ukoll li għandna noqogħdu ferm attenti għaliex kultant dak li jibda bħala għajnuna jsir dritt.

Poeżija qasira li ktibt meta kont ħdejn nixxiegħa, f’belt antika jisimha ST.IVES, qrib Cambridge, fejn immur ta’ spiss nżur lit-tifla tiegħi li tgħix qrib din il-belt sabiħa. L-ambjent sabiħ u naturali li għad hemm f’St Ives, jagħtik gost ukoll f’temp ikrah. In-nies tal-belt huma kburin bl-istorja ta’ belthom u jibżgħu ħafna għall-ambjent storiku u naturali.

L-Isbaħ Għanja

Waqaft ħdejn in-nixxiegħa
u f’lejla qamrija
l-ilma ġieri,
għannieli
l-isbaħ poeżija.

Charles Casha charles.casha@gmail.com

Sunday, June 21, 2009

A study on the poetry of Nickos M. Batsikanis (Greece)

The poetry of Nickos M. Batsikanis (Greece)

Nickos M. Batsikanis is a poet from Greece who writes in Modern Greek. His poetry is highly lyrical and blends perfectly with the use of a non complex and very concise language, beautiful imagery and depth of thought and reflections, while in the majority of cases the poet describes simple and daily happenings.

Concision, and nature as a source for imagery

In Untitled, that which at the beginning seems to be a poem of love (“Tonight we’re here again/ you and me”), develops in an effective anticlimax, “my dear silence”. This leads to Lost Loves, where again Batsikanis reveals his innermost feelings through images that are taken directly from the world of nature (the microcosm: “raindrops”, “snowflakes”, “foliages of the trees”; and the macrocosm: “lightning”, “horizon”, “stars”, “galaxy” and “sun”).

As already noted, concision is the key word for some of Batsikanis’ poems. In Sea shell the question mark and the two exclamation marks in just three lines express strong feelings which perhaps have to do with lost love, memory and disillusion. Again, the importance of nature in order to express the innermost human feelings. Concision is also present in Sensational Love, where the difference between love and just sex is expressed very effectively in just two lines:

Sensational love needs a soul,
The Body isn’t enough.

Realism/idealism, pain and the poet

The poet is the person who not only feels but is also forced to write or express his pain in verse. Thus, in Words like Poison Batsikanis writes about the negative strength of words which “are like arrows/ - they don’t return back…/ especially the poisonous ones…” In Ticket, Batsikanis writes that in this world “the ticket is expensive, to travel in dream” and that “The price is heavy for a few drops of happiness…” The final “Where (why)?” express the fact that the poet is also one who is searching for something that is ideal, and thus impossible to find. However, here Batsikanis proves to us that the poet is not only a dreamer or idealist, but paradoxically also one who is a realist and down to earth.

Realism is felt also in Uncontrolled Course which is about the fact that all humanity’s final destination is death (the classical “Hades”). In an almost nonchalant and natural (resigned?) tone Batsikanis asks humanity to take things slowly while we’re here on earth, fully conscious that death is inevitable. There is a subtle sense of irony between the lines. Even Entreaty is about death, but here it does not mean the end, but the beginning of something else for the poet-believer. Here Batsikanis addresses directly the Lord (Jesus Christ), and is fully aware that some day or other “the great hour comes/ of our mystic supper.”

As a realist and also as the voice of consciousness of mankind Batsikanis writes about honesty in the poem with the same title: we read that honesty is,

An upslope, hard trodden
very deserted path and road…

The poet thus is the observer of humanity’s good or bad actions. He chooses honesty and the hard way, even though he knows that he is one in a million. In Threat, Batsikanis writes about mankind’s serious threat: man knowing no limits. Faced with such a threat the Greek poet knows that remaining silent is a crime. Thus, in A Society Responsibility he writes:

We’ll all be there, first me, then you and then the others.
In the court room of consciousness, for complicity.
They, accused as moral perpetrators, some as doers
and we as accessories and silent accomplices to guilt.

Batsikanis is the one who points his fingers at mankind for its misdoings, but he is also the one who includes himself as part of this treachery.

Greece – Land of the Light is a patriotic poem which expresses Batsikanis’ love for Greece in a time when “The light of Delphi has become expensive in our days. Ideals are lost.” This is another poem-invitation not to abandon ideals, once upheld by Sparta’s king, Leonidas (in 480 B.C.), during the war against the Persian army, and by General John Makrygiannis (in the 19th century) during the war against the Turks.

In A Suffocating Ring Batsikanis is seen as the upholder of ideals such as freedom and righteousness. This is a poem of strength reminding people like Batsikanis himself that freedom is a state worth fighting for. This poem links with Peace, where Batsikanis writes, “There aren’t winners or losers/ in war”. It’s a short poem which acts as an invitation to quit war, but also as a warning: peace is not an eternal guarantee. One has to work for its achievement, if not we can be among tomorrow’s “little orphans of the traffic lights…”

Who is the poet?

On the other hand, in Flight, Batsikanis reminds us that the poet is the one who finds “the traces of escape/ in the boundaries of chaos”, and much more. Words like “Flight”, “wings”, “wind”, “angels”, “sky”, “moon”, “comets” and “soul” all have to do with the poet’s ability to detach him/herself from all that which is materialistic. Another poem about the poet’s vocation is Choice III, where Batsikanis writes that the poet’s life is one of ideals and values, but this also means lack of freedom, pain and being a slave of reflection, thoughts and guilt. Here, being free means walking “on a road/ empty from dreams…” Surely, this is a poem which reminds us of other poems written by Batsikanis, such as Honesty and Ticket.

Who is the “me” if not the poet himself in Feel Me? He can be found in “the light… the sparkling light” and in “the sound of the wind/ whispering a song/ that will be mine chant”. Absence may be one of Batsikanis’ best poems. Words like “Oblivion”, “empty”, “absence”, “nothing”, “negative film” and “robbed dreams” form the skeleton of this poem. Can all this be read according to the existentialistic way of seeing and understanding life around us? Again we see the “I” and “you” relationship, where the “you” may easily be identified with the poet’s alter-ego.

Conclusion

Reading the poems of Nickos M. Batsikanis is a pleasure, but also an internal voyage in the poet’s mind and soul (thus in mankind’s mind and soul) and a peaceful invitation to reflect on universal aspects such as love, solitude, peace and war, life and death, human relationships and much more. It would be an excellent idea for Batsikanis to have more of his poems in Modern Greek translated into English for the general poetry lovers to read and understand.

Patrick Sammut (Malta, June 2009)
Watch this video about the New Akropolis Museum:

Wednesday, June 17, 2009

Nickos Batsikanis - a poet from Greece


A few days ago I read some poetry in translation written by Greek poet Nickos M. Batsikanis. I even managed to jot down some notes which I will develop in a short study later on.

From here I want to say hello to all my Greek friends and poets, and also to all the poets I know from different countries. Wish you health, peace and INSPIRATION for the summer season!

Biography:

He was born in Pelasgia Phthiotitha’s. He made a carrier, as officer, in the Greek War - Air force. He lives in Athens and in the village where he was born.
He deals with research concerning the Modern Greek Language, with an approval from the Academy of Athens. He was announced honourable President of the Literary Association “Xasteron”, and he’s responsible for Public Relationships concerning the literary magazine “KELAINO”. He has been enclosed in the “People of the Year”, 2004, for his contribution to Civilization and Humanity, among: George Papandreou (minister), Dora Bakogianni (minister, mayor of Athens), and Minos Kyriakou (president of Greek Olympic Organization).
He has published 7 seven books (5 books of Poetry, 1 story, 1 essay).
He has been honoured with an A΄ Pan-Hellenic Poetry Prize and an A΄ Prize from the International Competition of Poetry. Also, a historical treatise of his gained the A΄ Prize equally with the Professor of History at the University of Cyprus. He was the basic speaker during the literary dedication made by the “International Clubs of Maria Callas”, a true speaker to the great Diva of the Opera. He was a basic speaker at the Word Olympiad “In Greece 2004” throughout the country, and a narrative speaker at the dedication ceremony for the 80 years of the Greek singer Grigoris Bithikotsis, the most popular Greek singer. He also was a special co-ordinator at the International Symposium of Religious Poetry in Greece, and a member to it. He has presented many writers’ and poets’ books, among them: 1) “From my diary”: author Anna’s Grigori Bithikotsi. 2) The c.d. “Behold the Groom is coming”… belonging to the Professor of Byzantine Music, Mr. Sotiris Doganis. He has participated in many festivities for great names of the Arts like: Odysseus Elytis (Nobel), Giannis Ritsos, Federico Garcia Lorca, Georgios Seferis (Nobel), Dionysius Solomos (Greek national poet) and other creators, while it’s been reported that his voice comes primitive and original from the past and especially the Byzantine Period. He writes articles in magazines and newspapers concerning Essays and Treatises. His work has been concluded in Anthologies and “pages” of Internet, while much of his work has been translated into different languages and has been published in many magazines.

Books:

“Signs”, poetry, 2001, “Publishing House of Athens”.

“From the Skies”, poetry, 2002, “ Publishing House of Athens”.

“Α Tasty Day”, poetry, 2004, “Filippotis Publishing House”.

“In Paradise”, narrative stories, 2005, “Filippotis Publishing
House”.

“Αwakeness”, poetry, 2006, “Gabrielithis Publishing House”.

“In the Light”, poetry, 2007, “Harris Patsis Publishing House”.

“Fragments”, treatises, 2008, “Odos Panos Publishing House”.

More poems:


SEA - SHELL

What was left from last summer…?
Just a shell!… just a shell!…
rolling around… lost… in a drawer…


WORDS LIKE POISON

Words are like arrows
–they don’t return back…
especially the poisonous ones…


TICKET

The ticket is expensive, to travel in dream.
The seats are a few…

The price is heavy for a few drops of happiness...
Where (why) can you be pushed now?...

UNCONTROLLED COURSE

Please, don’t push!
Everyone in order...
Hey you! Be careful! You’re stepping me!…
It’s the downwalk to Hades…
Slowly… We’re not in a rush…
Isn’t humanity going there anyway else?...

GREECE -LAND OF THE LIGHT

In my Land’s gardens and orchards are Easter’s fragrances
in the petty - dresses of Spring as April rises high.
With the carnations of the Sun blooming early in the morning
the labourer - poet starts to catch up with values before they multiply.
The light of Delphi has become expensive in our days. Ideals are lost.
The Hot Gates* have dried out.. “Come and get it!” and “No!” don’t exist...
They don’t spring like a fountain from within us.
But some people here baptized in the words of Makrygiannis*
have additional reasons to fight in a more manly way for the most beautiful Language
the Metre, the Rhythm.
We have Mother Mary of Saints a leader and guide to us
because it’s very heavy to consider yourself a Greek person
the price is truly very heavy for you.

John Makrygiannis (1797-1864).
A General of the Greek Revolution in 1821 (War with Turkish). He wrote his memoirs, and his admonitions to Greek, in strong popular language.


For Nickos M. Batsikanis, see also this blog post: December 28, 2008.