Saturday, January 02, 2010

Intervistat Anton Sammut , dwar ALTE VESTIGA

M. Fir-rumanz Alte Vestiga jinħassu sewwa l-isfond storiku u kulturali Tedesk, imma anki l-ġibda lejn il-kultura Klassika u dik Orjentali. Xi tgħid dwar dan?

R. Il-fatt li l-Alte Vestiga (aħjar insejjaħlu b’ismu milli nsejjaħlu rumanz) ambjentajtu barra minn Malta kien li ċerti temi ma stajtx niżviluppahom u nitkellem dwarhom kieku ambjentajtu f’pajjiżna, u dan minħabba raġunijiet kulturali u storiċi fost l-oħrajn; barra li ridt indaħħal parti mill-istorja Ewropea tas-seklu l-ieħor fil-plott. Vera, fl-Alte Vestiga tinħass ħafna l-kultura Klassika u dik Orjentali, u dan għall-fatt li jiena nemmen li għandna ħafna x’nitgħallmu minn dawn il-ħsibijiet. Fl-istess ħin ippruvajt nilħaq kompromess bejn il-ħsieb tal-Punent (il-ħsieb tal-loġika), u dak tal-Orjent (il-ħsieb essenzjalment spiritwali), li t-tnejn jikkumplimentaw lil xulxin, għad li mhux dejjem ikun il-każ minħabba l-indħil politiku u dak soċjo-reliġjuż li finalment jiggvernaw stat. Biex nipprova nfiehem xi rrid ngħid inġib l-eżempju bil-paradigma Ġudeo-Kristjana fejn fost l-oħrajn, din tibbaża l-ħsieb tagħha fuq “il-magħna jew kontra tagħna”, mentri dik Orjentali hija aktar fluwida, organika u armonjuża man-Natura. Pereżempju, aħna tal-Punent għandna ħabta nirraġunaw bil-lingwaġġ ta’ Either/Or: Alla / xitan, tajjeb / ħażin (ħsieb li ħa spinta ’l quddiem minn Platun, Aristotli, etc.), mentri dawk tal-Orjent iħobbu jirraġunaw bil-lingwaġġ tal-Perhaps: jiġifieri, il-probabbiltà ta’ toroq oħrajn, (Kunfuċju, Lao-Tzu, etc). U naħseb li meta tirraġuna bil-lingwaġġ tal-Perhaps tkun aktar miftuħ għal ideat ġodda u inqas dommatiku, u bħala riżultat tkun inqas suġġett li tispiċċa tagħlaq il-bibien tal-oraklu tal-għerf, hekk kif jiġri spiss f’soċjetajiet relattivament konservattivi. Minn dan l-aspett, jekk il-qarrej joqgħod attent għandu jinduna li fl-Alte Vestiga hemm bilanċ sħiħ fejn jidħol it-tagħlim tal-Punent u dak tal-Orjent. Wieħed minn dawn l-eżempji hu li fix-xogħol tiegħi, Ġesù Kristu u Sokrate (Punent), huma kkwotati daqs kemm jiġi kkwotat il-Budda u Konfuċju (Orjent).

M. Inti rnexxielek b’mod sinerġiku tgħaqqad dak li studjajt u qrajt mal-karattru kreattiv li hemm fik permezz tal-forma tar-rumanz. Kemm swiek dan f’termini ta’ żmien u anki ta’ enerġija?

R. L-Alte Vestiga ilni naħsbu ħajti kollha u domt niktbu erba’ snin (proprjament, l-oriġinali kien fih id-doppju bħala volum, imma minħabba raġunijiet varji kelli nniżżlu għal dak li ppubblikajt). Ktibtu permezz tas-skiet u fis-skiet, u meta ngħid fis-skiet, jiġifieri fl-anominat assolut ġaladarba jiena ma jien ħadd; u meta tkun inviżibbli f’għajnejn id-dinja jirnexxilek tara affarijiet li l-“akklamat” ftit għandu probabbiltà li jarahom, ġaladarba jkollu r-rifletturi fuqu. Ħa nġib eżempju, għad li xi ftit esaġerat, u nispera li ma niġix miżinterpretat: jiena ngħid li l-akbar Kattoliku li rarament jista’ “jgħix” ħajja ta’ nisrani huwa l-papa nnifsu, u dan għaliex ta’ madwaru joħolqulu ambjent pjuttost “komdu”, u apparti minn hekk, ikun diffiċli ħafna għalih biex ikun f’pożizzjoni li jgħid biċ-ċert min huma dawk ta’ qalb tajba ġenwinament fost l-entourage, u għaldaqstant, il-papa qatt ma jista’ jkun f’pożizzjoni li jikteb rumanz “realista” ambjentat fil-palazzi tal-Vatikan. Huwa proprju meta tagħżel li fid-dinja ma tkun ħadd li mbagħad id-dinja tippermettilek li tidher quddiemek kif inhi, milli kif tixtieq li tkun biex timpressjonak; u huwa tabilħaqq meta tgħaddi inosservat li jibda jirnexxilek tiddixerna d-dinja u tibda tiskopri realtajiet li mhux neċessarjament jagħtu gost lill-kollettiv.

M. Jinħass li fost l-imħabbiet tiegħek hemm il-qari, il-filosofija, l-arti in ġenerali u l-ivvjaġġar. Kemm huwa minnu dan?

R. Il-qari huwa importanti ħafna għalija u dan għal ħafna raġunijiet, fosthom li jippermettili nagħlaq ħalqi u nara xi jrid jgħid ħaddieħor. Naħseb li aħna imderrija f’sistema li l-ħin kollu rridu ngħidu tagħna, u ftit għandna paċenzja nisimgħu xi jrid jgħid ħaddieħor. Jekk ngħidu tagħna biss, xejn ma nitgħallmu ġdid ġaladarba nkunu qed ngħidu dak li nafu diġà, mentri jekk nitgħallmu nisimgħu, speċjalment leħen is-skiet, allura nsiru ħafna inqas stupidi u medjokri milli aħna. L-ivvjaġġar mhuwiex xi prijorità f’ħajti, għad li nieħu gost insiefer mal-ħbieb; imma jekk bis-safar nifhmu fruntieri ġodda ta’ tagħlim ma tantx naqbel magħha din l-idea għaliex jiena naħseb li kollox hu inkorporat fl-esseri uman. Fost ħafna ħassieba kbar, Sokrate ftit li xejn ivvjaġġa f’ħajtu, bħalma qatt ma ħareġ mir-reġjun Prussjan il-filosfu kbir Immanuel Kant, u naħseb li ħadd ma jista’ jinnega li dawn ma kinux ħassieba kbar. Jiena naħseb li jekk il-Bniedem irid jitgħallem xi ħaġa ġdida f’ħajtu, dan jista’ jagħmlu kullimkien, saħansitra anki billi joqgħod josserva naħla jew għasfur tal-bejt. Għax hekk kif ktibt fl-Alte Vestiga: is-Sagru Graal jista’ jkun kollox: minn tbissima, sa inti stess... dejjem jekk taf tkun sensittiv biżżejjed biex tagħti dinjità lid-dinja ta’ madwarek. Min-naħa l-oħra, l-arti hija importanti ħafna għalija għaliex naħseb li fid-dinja xejn mhu dak li jidher, u għaldaqstant, l-arti (u l-arti vera) tagħtik l-opportunità li tesprimi dak li huwa ferm ogħla mill-apparenzi u l-istint.


M. Illum hemm letteratura rħisa u medjokri li timmira għall-eċċitazzjoni u l-masturbazzjoni fiergħa, u oħra li timmira għall-provokazzjoni intellettwali. Hemm psewdo-letteratura li tfinġi ruħha oriġinali filwaqt li m’hi xejn ħlief plaġju mlibbes libsa għall-okkażjoni, u letteratura li tibni b’mod kostruttiv u eklettiku fuq l-għerf u l-kitbiet ta’ kittieba u għorrief universali. Kif tirreaġixxi għal dan, u fejn tpoġġi l-Alte Vestiga?

R. Jien selettiv ħafna fejn tidħol il-letteratura Maltija, u dan għal raġuni waħda: ftit huma dawk li verament iridu jgħidu xi ħaġa ġdida b’intellett kritiku, ħlief dak li trid tisma’ l-massa, u l-problema ħafna drabi ma tkunx kwistjoni ta’ medjokrità jew letteratura irħisa, iżda li llum aktar minn qatt qabel il-Bniedem qed jitlef l-identità tiegħu; tilef il-kuntatt man-natura u mal-vera spiritwalità, sar jibża’ mis-skiet u minflok, ħajtu qed jimlieha b’ħafna “storbju materjali” li aktar qed ikompli jiżvojtah spiritwalment. U allura jiena ngħid: kif jista’ bniedem, li kontinwament qed jgħix ħajja ta’ plaġjariżmu ċibernetiku, fejn kull wieħed ikun kopja tal-ieħor, u li jgħix ħajja kożmetika u strutturata għall-aħħar, jikteb letteratura ħassieba jekk mhux kitba li tirrifletti l-vojt tiegħu stess? Huwa għalhekk li dawn it-tip ta’ kotba pop jimxu ħafna għaliex huma ħafna dawk li huma ta’ dan il-mudell. Fl-Alte Vestiga, permezz ta’ karattru ewlieni kkwotajt lil Orazju fuq dan ir-rigward, fejn jgħid: “Jekk trid tikkommovini sad-dmugħ, l-ewwel li għandek tagħmel hu li tgħaddi mid-diqa inti stess.” U jiena naħseb li ftit huma dawk li jafu jgħixu s-sofferenza tat-tqala spiritwali ta’ ħajjithom, u dan fost l-oħrajn għaliex illum aktar minn qatt qabel is-soċjetà in ġenerali qed tgħix ħajja sfrenata; soċjetà bla sabar li qed tgħix f’kultura tax-short-cut bl-aktar mod irħis. Imma l-irħis, riżultat medjokri se jagħtik, anki fil-kitba. Tali awtur pop jew medjokri, jista’ jbellagħha lill-massa li sar xi ħadd għax jaqrawh ħafna nies, imma fil-verità hu jaf (sakemm ma jinzertax megalomanijaku), li ebda awtur serju qatt ma ġie akklamat mill-kollettiv, speċjalment fl-immedjat, jekk mhux biż-żmien minħabba l-fama li jkun laħaq kiseb tali awtur. U jiena naħseb li dawn it-tip ta’ awturi tal-massa ftit għandhom ċans li xi darba għad jidħlu fil-Pantheon etern fejn fih hemm jgħixu dawk li verament taw xi ħaġa lill-umanità. Rigward fejn inpoġġi l-Alte Vestiga tiegħi, dan mhux jien nista’ ngħidu, imma l-imħallef taż-żmien; iżda xi wħud qaluli li bl-Alte Vestiga kxift verità skomda, u oħrajn saħansitra qaluli li l-messaġġ tiegħu huwa devastanti. Imma jien ngħid: liema hi l-aktar verità skomda u devastanti jekk mhux is-suppervja u l-kburija li jdawrulna wiċċna lejn l-oppost ta’ fejn suppost għandna nfittxu l-verità – hi fejn hi u tiġi minn fejn tiġi? L-ipokresija hija xi ħaġa terribbli. Kien hemm żmien meta kont nisma’ xi wħud jeqirdu u jnewħu li m’hawn ebda ħsieb kreattiv u provokattiv fil-letteratura Maltija (u dan mhu minnu xejn, għax illum jeżistu ħafna awturi tajbin). Iżda jkolli ngħid li din tagħhom hija projezzjoni qarrieqa biex jippreżentaw ruħhom bħala nies radikali u li aktarx mhuma xejn ħlief adoraturi sotterrani tal-konvenzjonalità. Ħaġa waħda naf, li jekk ktieb m’għandu xejn ġdid xi jgħid, allura awtomatikament se jispiċċa għal dejjem fil-belliegħa tal-medjokrità.

M. Mill-perspettiva tal-lingwa, fuq naħa inti wrejt kemm jista’ jkun dinamiku u flessibbli l-ilsien Malti. Min-naħa l-oħra jista’ jinħass li f’ċerti każi esaġerajt fl-użu tal-element Romanz fejn faċilment stajt tuża kliem ta’ oriġni Semitika. Kif tirreaġixxi għal dan? Hemm xi raġuni partikolari wara din l-għażla, anki fid-dawl ta’ Malta fil-qafas tal-Unjoni Ewropea?

R. Iva hemm raġuni u kollox kien premeditat. Fil-fatt, ’il quddiem għandha toħroġ il-verżjoni mqassra tal-Alte Vestiga li bażikament tinvolvi biss il-plott, fejn se nikkonverti kollox f’lingwa moderna (peress li ISSA se noħolqu bħala RUMANZ, u dan se nagħmlu għall-konvenjenza ta’ dawk il-ħafna li qaluli li xtaqu ħafna jaqrawh bħala verżjoni eħfef peress li l-Alte Vestiga ħassewh wisq tqil, apparti li ħarġet diġà l-verżjoni bl-Ingliż: traduzzjoni tal-bravu Alfred Palma li jisimha Memories of Recurrent Echoes). Issa, ir-raġuni għaliex għażilt li nuża lingwistika varja flimkien ma’ metrika qasira u kliem arkajk (u vvintat) kienet li permezz t’hekk stajt nibni “barrikata” oħra biex inkompli “niddistilla” lill-qarrej tal-Alte Vestiga. Ċertament, qarrej bla sabar żgur li ma jkomplihx jaqrah “rumanz” bħal dan, u fil-fatt għamilt minn kollox biex l-Alte Vestiga ma jinqarax minn persuni bħal dawn; mhux għax għandi xi ħaġa kontriehom, imma dawn aktarx issibhom qarrejja li jkunu jridu jmorru dritt għall-punt, u min iħobb imur dritt għall-punt, għandu ħabta li ftit li xejn ikun analitiku; aktarx, dan ikun qarrej li jħobb jaqra dawk il-kotba “li jiżolqu” li semmejna qabel, u għaldaqstant lil dawn il-qarrejja ma rridx nitilfilhom il-ħin billi nikkonvinċihom li għandhom jaqbdu ktieb b’ieħor. Saħansitra anki l-preżentazzjoni tal-ktieb kienet studjata biex kemm jista’ jkun ingerrex lil dawn it-tip ta’ qarrejja pop: ktieb iswed faħma, b’emblema ta’ figura li xejn ma tieħu gost toħlomha bil-lejl, u saħansitra ma niżżilt ebda identifikazzjoni fuq il-faċċata tal-ktieb biex b’hekk inkompli naqta’ qalb dawk li forsi huma kemm xejn sensittivi moralment; apparti li użajt isem stramb bil-Latin biex naċċerta ruħi li żgur ikunu ftit dawk li jieħdu grazzja miegħu, jekk mhux id-destinatarji li kelli f’moħħi.

M. Alte Vestiga hu rumanz ta’ kważi 500 paġna. Imma fih issib irrakkontat it-tiġrib estern u ġewwieni tal-bniedem universali u li mhux marbut biss ma’ spazju jew żmien partikolari. Xi tgħid dwar dan? F’dan id-dawl, Alte Vestiga seta’ kien aktar konċiż, jew hu saħansitra taqsira ta’ dak kollu li xtaqt tgħid?

R. Kif għidt aktar ’il fuq, oriġinarjament Alte Vestiga kien ilaħħaq mal-elf paġna u li fihom kien hemm imniżżel ferm aktar dettalji milli hemm fil-ktieb. Veru, ix-xogħol jittratta fuq il-qagħda eterna tal-Bniedem, li tali veritajiet mhux dejjem ikunu komdi għall-umanità u fil-fatt, kien għalhekk li għażilt li niżżilthom fuq forma ta’ “rumanz” milli miktuba fuq forma ta’ djalettika biex b’hekk ma nkunx wisq personali u dirett. Għandi xi ħbieb tiegħi li l-ktieb qrawh għall-ħames darba u dejjem jiġu jgħiduli li sabu xi ħaġa ġdida fih, u dan għaliex fih hemm kunċetti universali (kultant subliminari), li appuntu jitkellmu b’lingwa waħda: dik umana li ma tiġi kkondizzjonata b’ebda epoka. Kif stajt tinnota, fih hemm kważi kull repart uman diskuss, u kif qaluli ċerti qarrejja analitiċi (wara li għaddiet sena minn mindu qraw il-ktieb), hija aktarx kwistjoni ta’ żmien u esperjenza biex tali qarrej se jasal biex jifhem dak li mhux neċessarjament se jaqbel miegħu waqt il-qari. Xi wħud qaluli li l-Alte Vestiga jagħtik daqskemm tixtieq tieħu minnu, u aktar kemm tinżel fil-fond fih aktar se jinżel fil-fond hu. Qarrej partikolari qalli wkoll li l-Alte Vestiga qatt m’għandek tiqaflu b’suppervja, tieħdu personali u tiddikjaralu gwerra, għax inkella jweġġgħek żgur. U dan qed ngħidu mhux b’xi forma ta’ awto-eżaltazzjoni, imma għax appuntu qaluh il-qarrejja stess. Mill-banda l-oħra, kieku f’ċerti temi kont aktar konċiż ma naħsibx li kont inkun ta’ ġid għall-qarrej, imma naħseb li jekk tali qarrej irid jagħmel riċerka serja ma jsibhiex diffiċli biex jikkonferma dak li ktibt. Imma dan il-pass deherli li l-qarrej għandu jagħmlu u mhux jien, anki biex nirrispetta l-prinċipji morali ta’ dak li jkun.

M. Għaliex Alte Vestiga kellu bżonn Daħla ta’ Oliver Friggieri, Introduzzjoni ta’ Kenneth Wain u Riflessjoni ta’ Peter Serracino Inglott? Dan għamiltu minħabba kwistjoni ta’ nuqqas ta’ fiduċja fil-prodott tiegħek, jew bħala spinta biex Alte Vestiga jintlaqa’ aħjar mill-kritiċi u mill-qarrejja/ xerrejja prospettivi?

R. Xejn minn dan, u għalkemm inħossni onorat bil-firma tagħhom, dan wettaqtu għal raġuni waħda u sempliċi: L-idea tiegħi kienet li dawn il-ġentlomi fost l-oħrajn iservu wkoll bħala shock absorbers morali għall-qarrej.

M. Għal min ġie miktub ir-rumanz tiegħek Alte Vestiga? Jista’ jinftiehem mill-qarrej medju li m’għandux il-bagalja kulturali rikjesta biex jifhem eżattament x’kellek f’moħħok meta ktibtu?

R. L-Alte Vestiga ktibtu prinċipalment għall-individwalist, u l-individwalist jista’ jkun kulħadd, basta dak li jkun jaħseb b’moħħu. Pereżempju fil-ktieb insemmi ħafna l-kelma “kollettiv” u dan mhux bi żvista. Jekk tħares lejn id-dinja ta’ madwarek tinduna li kollox hu programmat għall-kollettiv: reliġjon sensazzjonalista (mingħajr spiritwalità), programmi televiżivi (bħal talk shows tal-massa, li mhemmx għalfejn insemmi liema huma għax naħseb li fhimtni), kotba pop u soap operas li jeżaltaw lill-istint primittiv, u saħansitra anki l-attivitajiet hekk imsejħa kulturali, fejn issib li ħafna minnhom ikunu loġistikament ippreparati għall-massa minħabba li l-massa tiġġenera l-flus. Kollox hu ddisinjat għall-massa. Pereżempju: qatt smajt b’xi struttura li tieħu ħsieb lill-individwalist? U ironikament, kienu l-individwalisti dawk li taw xi ħaġa sabiħa lid-dinja: artisti, reġisti, mużiċisti, poeti, ħassieba, u l-profeti ta’ kull żmien. Kif għidt diġà, l-individwalist jista’ jkun kulħadd, irrilevanti xi stat jieħu f’ħajtu dak li jkun; imma li jagħmlu individwalist hu l-ħsieb oriġinali tiegħu, li ma jiddejjaqx jiġi ttimbrat bl-aħmar għax jagħżel li jaħseb b’moħħu milli x’jgħid l-oraklu tal-kollettiv. Dawn in-nies ftit hawn min jaħseb fihom għax huma fil-minoranza u għaldaqstant ftit jiġġeneraw flus, u jekk inti ma tkunx ingranaġġ ewlieni fil-makkinarju tal-ekonomija, allura tiġi mwarrab awtomatikament. Dawn l-individwalisti jafu x’jiġifieri meta tiftaħ it-televiżjoni u jaraw xi “parteċipant” li m’għandux x’jagħmel li joħodlok xi siegħa sħiħa jgħid l-istorja medjokri ta’ ħajtu fuq xi programm li jeżalta l-logħob tal-flus meta mbagħad biex artist juri leħnu jrid iħallas eluf ta’ Euro biex jidher għal ħames minuti biss. Issa, jekk l-Alte Vestiga jistax jiġi mifhum mill-qarrejja li m’għandhomx bagalja kulturali daqshekk vasta ngħid li kulħadd jista’ jitgħallem xi ħaġa. Pereżempju, biex tapprezza u tifhem l-ispiritwalità tal-mużika klassika mhemmx għalfejn tkun Mozart. Ngħid għalija, dak il-ftit li naf, ma ġibtux mill-kotba biss, imma bl-osservar tal-ħajja ta’ kuljum, bl-osservar tan-natura u bis-smigħ tas-skiet; u meta jirnexxilek tagħmel dan, imbagħad tasal biex tifhem ħafna affarijiet oħrajn. Ħafna mill-figuri tiegħu, il-kbir Michelangelo mhux mill-anatomija tal-bniedem kien jeħodhom, imma mill-figuri tas-sħab! U naħseb li lejn is-sħab kulħadd jaf iħares. Ftit li xejn jimporta kemm taf tikkwota l-ħassieba tal-passat, u jekk dan għamiltu fl-Alte Vestiga kien minħabba l-loġistika tal-argument. Li kelli f’moħħi kien li fil-limitazzjoni tiegħi ppruvajt inkun ta’ għajnuna lil dawk li qatt ma ħassewhom parti mill-kollettiv mekkanizzat. U jekk irnexxilix inwettaq dan il-għan, forsi dil-mistoqsija aktar jista’ jirrispondiha kull individwalist li qara l-ktieb, flimkien maż-żmien.

M. Min huwa Anton Sammut? X’jagħmel fil-ħajja ta’ kuljum? X’inhuma l-passatempi tiegħu?

R. Għandi 39 sena, single b’għażla, u okkupat bid-dinja żgħira tiegħi fejn fost l-oħrajn tinkludi l-arti (pittura), qari, kitba, riċerka, ħbieb, ġiri fin-natura, u fuq kollox, skiet u aktar skiet. Bħala “passatempi” fost oħrajn inħobb nisma’ l-mużika klassika u naqra l-ħassieba l-kbar, għad li dawn ma nikkunsidrahomx bħala passatempi, imma obbligu lejn dawk li Alla tahom id-don kbir tal-għerf u lejn dawk li permezz tagħhom Alla semmalna l-vuċi tiegħu mis-smewwiet.

M. Fit-tmiem tar-rumanz Teo juri d-determinazzjoni li jikteb ktieb. Jingħad ukoll li l-ktieb tiegħu (se) jiġi “miżinterpretat skont il-bżonn u l-indifferenza ta’ dak li jkun.” Teo hawn huwa Anton Sammut stess? Skont Sammut kull interpretazzjoni hi dejjem miżinterpretazzjoni?

R. Iva, Teo u s-sottoskritt f’dan il-każ huma l-istess, speċjalment mill-mawra ta’ Pariġi ’l quddiem. U din l-evidenza niltaqgħu magħha proprju meta fl-aħħar jum li għadda f’din il-belt li ħabat fl-ewwel ta’ Settembru tal-1970, Teo ħassu bħallikieku reġa’ twieled fi bniedem ġdid; u dik id-data taħbat il-ġurnata ta’ twelidi. Daħħalt din il-parentesi personali biex appuntu nissottolinja din l-aħħar sentenza li biha għalaqt il-ktieb; u hemm raġuni għaliex. Minn qara l-ktieb bi ftit paċenzja jaf li l-Alte Vestiga mhux dejjem jikkumplimentalek dak li tkun bnejt fuqu tul ħajtek kollha, u meta aħna l-bnedmin bil-limitazzjoni kollha tagħna niltaqgħu ma’ xi ħaġa li tmur kontra dak li bnejna fuqu jiġi awtomatiku l-istint difensiv biex nirreaġixxu, u dan fost l-oħrajn jitħaddem permezz tal-indifferenza kif ukoll bl-għodda tal-miżinterpretazzjoni; u jien onestament konvint li l-miżinterpretazzjoni, kultant, hija aktar healthy għall-Bniedem milli l-interpretazzjoni korretta tal-affarijiet. Naħseb li kull qarrej analitiku jaf x’qed ngħid u l-għaliex l-Alte Vestiga (se) jiġi miżinterpretat skont il-bżonn u l-indifferenza ta’ dak li jkun. Anki jekk inħarsu lejn l-istint difensiv tal-karattri nfushom tal-ktieb jidher ċar dan li qed ngħid, fejn fost l-oħrajn, kienu lesti jagħmlu minn kollox biex “jibqgħu għaddejjin”, anki billi jiġu indifferenti mill-“verità”. Il-Bniedem huwa l-aktar annimal li kapaċi jadatta ruħu għal kull eventwalità, u xi kull tant, biex jagħmel dan ikollu bżonn “igiddeb” jew jimmiżinterpreta l-affarijiet. Pereżempju ħafna tfal jiġu imderrija li Father Christmas jeżisti u dan fost l-oħrajn minħabba bżonnijiet eżistenzjali li jkollhom bżonn it-tfal ta’ ċerta età. Imma dan jiġri fil-kbar ukoll għaliex anki l-kbar għandhom bżonn ċerti bżonnijiet eżistenzjali, u allura anki l-kbar għandhom bżonn il-Father Christmas personali tagħhom, għax il-verità, kultant, taf tkun krudili ħafna mingħajr Father Christmas. Mela f’dan il-każ, dawk li għal xi raġuni jew oħra se jimmiżinterpretaw l-Alte Vestiga skont il-bżonnijiet tagħhom, (pereżempju li l-ktieb “ma jgħid xejn”, jew, “wisq patetiku”, etc.), huma individwi normali u intelliġenti, u għax huma bħala tali, dawn ukoll se jduru lejn il-Father Christmas personali tagħhom, biex l-affarijiet jibqgħu l-istess, biex il-Bniedem jibqa’ l-istess; hekk kif għalaqt il-ktieb.

M. F’Alte Vestiga jissemmew bosta personaġġi li b’għerfhom għanew il-kultura dinjija. Imma l-aktar li jispikkaw direttament jew indirettament huma Sokrate, Kristu u Nietzsche. Xi tgœħd dwar dan?

Dawn il-personaġġi kbar ma daħħalthomx b’kumbinazzjoni, imma għax kull wieħed minnhom jirrappreżenta kunċett ta’ ħsieb partikolari imma fl-istess waqt hemm denominatur li jgħaqqadhom flimkien: it-tlieta li huma b’xi mod ġew riġettati mid-dinja minħabba t-tagħlim radikali tagħhom. Sokrate ġie mixli li kkorrompa moħħ iż-żgżażagħ b’tagħlim qarrieqi fuq l-allat, u ngħata l-piena tal-mewt. Fuq Kristu m’hemmx għalfejn nelaboraw, u sa ċertu punt anki l-filosfu Nietzsche ġie “kkundannat”. Għaliex seħħ dan? Għax dawn il-ħassieba kixfu verità terribbli lill-umanità. Xi ftit jew wisq kulħadd jaf xi ħaġa fuq Sokrate u l-għaliex ġie kkundannat għall-mewt, u fuq Kristu nerġa’ ngħid m’hemmx għalfejn nelaboraw għax kulħadd jafha l-akbar storja li qatt seħħet fid-dinja; imma ftit huma dawk li jafu x’qal, u għaliex il-filosfu Friedrich Nietzsche ġie “mwarrab fil-ġenb”. Ebda ħassieb kbir fid-dinja ma ġie miżinterpretat daqskemm ġie miżinterpretat dal-ħassieb Ġermaniż, u dan mhux min-Nażisti biss (b’daqqa t’id t’oħtu li kienet anti-semita mill-kbar), imma saħansitra minn akkademiċi u ħassieba oħrajn, u għaldaqstant jidhirli li għadha ma twettqitx ġustizzja ma’ dan (l-anti) filosfu kbir. Ta’ 24 sena, Nietzsche kien diġà professur tal-filoloġija klassika. Iżda l-akbar marka li ħalla warajh kien bħala filosfu; anzi, bħala anti-filosfu! Dan il-ħassieb “psikoanalitiku” kien dak li qal dik il-famuża frażi li “Alla miet” (u mhux li Alla ma jeżistix); affermazzjoni, madankollu, li ġiet miżinterpretata kompletament (u Nietzsche għadu jiġi miżinterpretat sal-lum, ħafna drabi mhux minħabba nuqqas ta’ ħila, imma għax kif tkellimna qabel, il-bniedem għandu bżonn jimmiżinterpreta ċerti affarijiet biex “jibqa’ għaddej”). Fl-opinjoni tiegħi, lil Nietzsche qatt ma tista’ tifhmu b’moħħ ta’ filosfu, u wisq iktar b’dak ta’ Teologu, imma b’moħħ ta’ “newro-psikologu”, fis-sens li dak li kiteb Nietzsche ma kienx kontinwazzjoni fuq l-evolviment tal-ħsieb uman, bħalma jiktbu filosfi oħrajn, imma fuq L-GĦALIEX tal-ħsieb uman; u hawn tidħol il-verità terribbli tiegħu (kif sejħilha hu stess). Imma hawnhekk mhuwiex il-każ li noqogħdu nelaboraw fuq dal-ħassieb kbir għax żgur ma nispiċċaw qatt. Li xtaqt nissottolinja b’dawn it-tliet personaġġi kbar fl-Alte Vestiga kien li bil-mod uniku tagħhom irrappreżentaw (u jirrappreżentaw) “l-antitesi” tat-traġedja umana ta’ kull żmien.

M. Kif iwieġeb Anton Sammut jekk xi ħadd jgħidlu li fl-Alte Vestiga spiss jinħass temperament misoġinu?

R. Huwa minnu dan, speċjalment fir-raba’ parti tal-ktieb, fejn il-mara ta’ spiss tiġi “attakkata intellettwalment”. Iżda dan għamiltu b’ebda ħsieb li nbaxxi lid-dinjità tal-mara; anzi, li ridt nagħmel kien li nagħti xokk eżistenzjali, u jiena ngħid li biex “qalb wieqfa” terġa’ tħabbat, “xokk eżistenzjali” jkollha bżonn u mhux kumplimenti u ċikkulatini. Meta tkellimt fuq il-mara f’dan ir-rigward għamiltu mill-perspettiva ta’ suspended issues ta’ natura psiko-sesswali li ħafna rġiel ibatu minnhom. Fil-fatt, jekk il-qarrej joqgħod attent isib li pereżempju t-temperament misoġinu ta’ Magda u Fritz ma kienx wieħed kapriċċuż, imma wieħed ġenetiku ġej minn nannuhom Klaws, u terġa’ u tgħid it-temperament misoġinu ta’ Klaws jaf l-oriġni tiegħu xi mkien ieħor fil-passat, sakemm din ir-rotta retrospettiva ssib l-oriġni tagħha proprju biċ-ċensura li dabbret Marija ta’ Magdala minn xi wħud li ma riedu b’ebda mod li l-mara jkollha poteri ċentrali fl-istorja tal-Bniedem; imma dan hu argument ieħor. Ma tantx ħadt gost nikteb ċerti affarijiet fuq il-mara b’dan il-mod, imma kelli bilfors indaħħal ċerti veduti sessisti biex inwassal il-punt. Fl-aħħar mill-aħħar, dak li ktibt fl-Alte Vestiga huma fatti reali tal-ħajja u ħadd ma jista’ jinnegahom, koroh kemm huma koroh. Iżda min-naħa l-oħra, biex nibbilanċja dan kollu, jekk il-qarrej joqgħod attent jinduna li minn fost il-karattri kollha hija mara partikolari (Nadia), il-vera eroina tal-ktieb, u dan issottolinjajtu b’ħafna sinjali u simboli. Pereżempju Nadia biss insibuha preżenti fl-erba’ taqsimiet tal-ktieb, u dan wettaqtu mhux b’kumbinazzjoni. Għax l-eroj tal-ħajja mhuwiex il-filosfu, l-intellettwali jew l-irġiel ta’ poter, imma dawk li jisfidaw u jirbħu l-kurrenti ostili tal-ħajja u li dawn ħafna drabi ssib li jkunu nisa ta’ dinjità kbira, u mhux irġiel. Kollox hemm skop wara kull sekwenza fl-Alte Vestiga. Pereżempju l-karattru ta’ Fritz huwa l-aktar wieħed li jinħass it-temperament misoġinu ġewwa fih, imma paradossalment kien dan il-karattru li f’sekwenza minnhom (kapitlu 18 tar-raba’ parti) spiċċa jfaħħar lil mara partikolari bid-dinjità kollha tagħha. U din il-mara ma kinitx xi mħallef jew senatriċi, imma sempliċement persuna li kienet qed tieħu ħsieb “kamra tal-banju taħt l-art” ta’ restorant. Ma poġġejtx lil din il-mara f’dak il-post partikolari bl-addoċċ, imma simbolikament ridt infisser li għad li d-dinja maskilista tipprova tagħmel minn kollox biex lill-mara jitfgħuha “taħt l-art”, nisa grandjużi u onesti qatt ma jħallu lill-irġiel jeħdulhom id-dinjità kbira tagħhom. Kien dan, il-messaġġ li ridt inwassal bħala antitesi pożittiva rigward dan is-suġġett, u jekk weġġajt lil xi ħadd jew ġejt miżinterpretat, nitlob skuża.


Patrick Sammut
For a version in English of this interview please see:


http://www.interviewwithantonsammut.blogspot.com/

http://environment.maltastar.com/pages/ms09dart.asp?a=6643


Kif ukoll bil-Malti.

http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=%3Cfont+size%3D1+color%3Dblue%3EFeature%3C%2Ffont%3E%3Cbr%3E+L-Intervista+tal-kritiku+letterarju+Patrick+Sammut+lill-Awtur+tal-Alte+Vestiga%2C+Anton+Sammut&t=a&aid=99818116&cid=47

Friday, January 01, 2010

An interview with Agnes Lam - Poet from Hong Kong

Poet Agnes Lam and her poetry collection, Woman to Woman (1997)

1. In the Introduction for Woman to Woman and other poems you write that “through writing poetry, I reorder my inner dissonance” and that “perhaps my words may offer some comfort in resonance to another who does not.” Isn’t this the opposite of those who believe only in writing poetry for art’s sake?

I do not believe in art for art’s sake because beauty or harmony in art in itself is uplifting and evokes a deeper appreciation of the inner life of whoever is exposed to the works of art, literature being but only one of the art forms. All forms of art, I think, try to offer some distillation of life and hence cannot be appreciated apart from an appreciation of life itself.

2. Poetry as revealing one’s innermost secrets, thus poetry as putting s/he who writes in a vulnerable position, but also poetry as giving. What do you say about these three statements?

In the last analysis, all our innermost secrets are not that secret because we share much more with other people than we normally think. Otherwise, it is not possible for readers to identify with what writers write. It is just that most people do not talk about their inner thoughts and feelings most of the time. Poets are just more articulate about their inner lives and do not mind sharing such with their readers while most people choose to share their experiences only with selected people.

3. How important are memory, childhood and nature in your verse? Do these three aspects have something in common?

All of life is important to me in my writing. Memory is narration to oneself. Childhood is the origin of such narration. Nature is part of the context of my childhood as I lived by the sea when I was young. The mysteries in Nature make me think and make me wonder what life is really all about and make me think that there are other dimensions beyond the normal everyday life of schoolwork, meals and sleep.

4. Agnes Lam in general seems to prefer free verse, and makes use of direct speech and at times does away with punctuation. On the other hand she uses regular stanzas and the occasional rhyme. The blend between traditional and modern that comes out is successful and flowing. How do you react to such a statement?

I try to write as naturally as I can. The occasional rhyme usually comes to me together with the line. Often, I read the lines over and over again to myself and, if a certain syllable seems not to jar, then I may think of using a different word. In my later works, I tend to use well formed stanzas for certain poems more frequently. It really depends on the topic and the mood I am trying to convey. I seldom decide beforehand what form the poem takes. If there is variation in my writing, it is because the poems almost write themselves.

5. You always write the date and place where the poem was written. Why is this?

The poetry I write is also like a chronicle of my times. That is why I like to put the date and place. For some poems, the date and place can also give readers a little more information on the context of my poem, which might help them to connect with the poem a little more easily.

6. Although poetry is universal there seems to be something that identifies poetry written by women from that written by men. Do you agree? What might be this distinguishing something?

I am not really sure about this. I do not really think men are that different from women. So why should their experiences and hence their inner thoughts or writings differ that much? I do hope that my poetry can be understood in some way by all who can read English, regardless of their gender, age or cultural background. Having said that, readers bring to their reading their own background somewhat coloured by their gender, age and so forth.

7. Poetry is not only black ink on white paper, but also a world full of colours which can be translated in painting. How true is this in your poetry?

Poetry is full of colour because life (and the world) is not merely black and white. I am sensitive to different shades and tints and sometimes lament that there are not enough words to differentiate between finer shades of colour or of emotion.

8. In your poetry you write about the “I”, about the relation between the “I” and “you”, but also about the society you live in, including not only the positive but also negative aspects. These are three spaces which give more dimension to your poetry. What do you say about this?

Life consists mainly of four dimensions: I, other people, the immediate society and the international world, and, finally, the universe beyond the human world and its connection with the human world. My first collection was mostly about the first two dimensions though there is some focus on the third dimension too, particularly Singapore and America. My second collection has the first two dimensions again and Hong Kong and China feature prominently in the third dimension. But throughout my writing, there is always an underlying fourth dimension, though it might not always be obvious – the universe, time and what is universal and it is this that is likely to feature more in the collection that I am writing.

9. “Kleenex coverlets”, “computer”, “TV”, “Microsoft”, “megabytes”, “Iraq”, “NUS pool”, “Lancer”, “dollars” and “instalments”. Poetry also includes moments of prose, thus describing everyday life, that which we read in newspapers and hear in daily conversations. Does all this enrich or impoverish poetry?

All of life to me is reality and, for poetry to be real, which it must be if it is to help people connect, then the everyday items cannot be dispensed with. What happens in newspapers and the world around us can only enhance our understanding of life; in some ways, news coverage intensifies life as it tends to report on tragedies or celebrations. As such, news to me, not necessarily in newspapers, could be the essence of poetry.

10. In your poem My cerebral child the voice talking takes the maternal role and offers protection to the vulnerable child, once in this world of continuous threats. In a way poetry can be seen as the womb which offers the poet (but perhaps also mankind in general) protection from the world outside. What do you think about this?

Poetry, and literature in general, helps readers to experience life in all its forms and as such prepares readers even for eventualities they never have to experience directly in their own lives. In this way, rather than protect readers, literature exposes readers to the whole plethora of life – the good, the bad and the ugly. So it is possible to have lived many lives without having to live with the consequences of some of these lives, which might be quite devastating or, at least, messy.

11. Quoting some of your poetry one can read: “I,/ married to another country”; “in three countries/ I can grow”; “Mother, you have forgiven/ my leaving, my marriage,/ my degrees, foreign jobs,/ sixteen years”; and “I have to be/ what I must be/ a middle-aged woman/ answerable to my life.” Poetry is rooted in the autobiographical but its final destination is universal. How important are the autobiographical and the universal in your poetry?

Yes, I have based some poems on my own experiences. So, in that sense, there is an autobiographical element but then, my life has not been out of the ordinary. I have not lived through war or famine or any major catastrophe. The tragic moments that I have experienced: death in the family, marital pains, concern for the less fortunate around me are the stuff that many lives are made of. So in that sense, my poetry could be the poetry of ordinary people. Perhaps, therein lies its validity.

12. Poetry in relation to the five senses (vision, touch, taste, smell and hearing), but also something more (the power or opportunity to experience dimensions/realities which are with us but which can be felt/experienced only by the few). What are your reactions to such a statement?

I think many people are affected in many ways by their senses. Some are more aware of their sensitivities than others. Of these, some are more able to articulate in words than others to people they trust. Poets and artists in general are only people who can do so with more frequency, more succinctness and more mastery with their chosen medium or channel than people in general. It cannot be true that they are the select few who can experience special dimensions. If so, they will have no resonance with their readership or audience.

13. As a teacher/associate professor and thus someone who is in continuous contact with the younger generation, what can you say about the relation between poetry and today’s youth, tomorrow’s adults?

Today’s youth has too much information at their disposal on a day-to-day basis and are very creative and could do so with several media such as computer graphics and so forth. The danger though is that too much has been too easily available and it is hard for them to tell what is more worth their attention but then the ability to choose between what is available is something to be cultivated. I certainly do not think that only the high-brow arts have something to offer. There is as much to be learnt from a street sweeper who respects his or her own work as there is from the more intellectual practitioners. If young people can imbibe wholesome values and attitudes to life, that is already an achievement. Whether they appreciate poetry in words, they will have achieved the lifestyle that poetry promises – a simple appreciation of life.

14. How does Agnes Lam spend a normal day? How does she spend her time when away from work?

A normal day begins with an early start at the office, email communication with colleagues, students, writers, friends and relatives, other people in the community. It continues with meetings in my department, in the faculty or at university level. In between, both in the daytime and on some evenings at night, I teach postgraduates. I teach PhD students from all academic disciplines how to write their dissertations. I also teach teachers how to teach language better. Two of my favourite courses are ‘Asian poetry in English’ and ‘English language teaching in China’. I go home around 8 pm or 9 pm, depending on whether I have to teach that evening. Then I have dinner, often with my husband, sometimes after his dinner. Then we watch some television and the late news. I end my night with reading the Bible and praying for everyone I care about. If I have any energy left, I read something – poetry or fiction. Weekends, I still do my email and also handle some matters at home or mark scripts or write academic papers in my study, usually with music playing in the living room. I travel a lot with my husband when I am not working and I try to read or write something I like during vacation time.

Patrick Sammut

Thursday, December 31, 2009

ALTE VESTIGA - Rumanz ta' Anton Sammut

ALTE VESTIGA ta’ Anton Sammut (2008) -
Studju ta' Patrick Sammut

Strutturalment Alte Vestiga huwa rumanz li jifrex fuq 461 paġna, u li jinqasam f’erba’ partijiet ewlenin. Temporalment ikopri seklu sħiħ: l-ewwel parti tkopri s-snin 1890-1900; it-tieni parti 1900-1920; it-tielet parti 1927-1944; l-aħħar parti 1963- 1990. L-ambjent ewlieni huwa dak tal-Bavarja, fil-Ġermanja. Il-qarrej jgħix flimkien mal-personaġġi li joħloq Anton Sammut avvenimenti kbar bħalma huma l-Ewwel u t-Tieni Gwerra Dinjija, u aktar tard il-bidla li ġabu magħhom is-snin 60 tas-seklu 20.

Ir-ritmu ta’ Alte Vestiga jintrabat anki mal-alternanza bejn partijiet deskrittivi marbutin ma’ spazji u perijodi storiċi, oħrajn riflessivi marbutin ma’ movimenti u personaġġi artistiċi, filosofiċi, spiritwali u l-bqija. Hemm ukoll partijiet mimlijin azzjoni u hawn jidħlu elementi bħall-istennija jew ix-xokk. Meta l-qarrej jaħseb li l-materjal narrattiv spiċċa jew tilef minn saħħtu, Sammut jintroduċi b’mod naturali personaġġi ġodda fl-iżvolġiment tal-azzjoni. Rumanz massiċċ bħal dan għandu Daħla ta’ Oliver Friggieri, Introduzzjoni ta’ Kenneth Wain, u Riflessjoni aħħarija ta’ Peter Serracino Inglott.

Personaġġi:

Anton Sammut isaħħaħ l-azzjoni tar-rumanz tiegħu b’numru mdaqqas ta’ personaġġi differenti, li mhumiex biss maskili, imma anki femminili. Flimkien jirriflettu l-ġlieda bejn il-ħażin u t-tajjeb, il-vizzji u l-virtù, il-vendetta u l-maħfra, imma anki temi bħalma huma d-Destin, Alla, ir-rwol tal-Knisja fid-dinja, it-tagħlim ta’ Kristu, il-ħajja u l-mewt, it-tbatija u s-sopravvivenza.

II-personaġġi f’Alte Vestiga ġejjin minn klassijiet soċjali differenti, u huma sorijiet u qassisin, intellettwali, politiċi, studenti, universitari, militari, maġġordomi, bidilli, Lhud u l-bqija.

Lingwaġġ:

Fuq naħa dak li jħaddem Anton Sammut huwa lingwaġġ dinamiku, flessibbli; fuq l-oħra naqraw b’doża qawwija ta’ Malti Taljanizzat (li aktar jintuża fil-kuntest taċ-ċrieki kulturali) meta faċilment seta’ jintuża kliem ta’ nisel Semitiku u li jintuża fid-diskors ta’ kuljum. Imma dan jindika wkoll li l-qarrej ta’ Alte Vestiga jeħtieġ li jkollu bagalja kulturali mdaqqsa, jekk mhux vasta, biex japprezzah sewwa. Niltaqgħu ma’ għadd kbir ta’ riferimenti għal persunaġġi (fosthom pitturi, kittieba, mużiċisti, ħassieba) li ħallew il-marka taghħom fuq il-kultura u l-istorja dinjija. Il-lingwaġġ użat minn Anton Sammut huwa wkoll mera tal-kuntest Ewropew li Malta bdiet tagħmel parti minnu uffiċjalment minn Mejju tal-2004, għalkemm l-għeruq Ewropej imorru lura sekli sħaħ.

Jista’ jinħass li ċerti partijiet huma wisq profondi, twal u kumplessi mill-perspettiva ta’ ħsieb. Dan ifakkarni f’silta li ltqajt magħha f’Alte Vestiga, fejn jingħad li, “xogħol letterarju għandu jiġi indirizzat biss lil dawk li jafu jsaqsu l-mistoqsijiet. Naf li dawn huma ftit, iżda Teo jrid iżomm quddiem għajnejh li n-nies komuni għandhom biżżejjed imbarazz x’jaqraw.” (p. 428)

Ambjenti:

Il-varjetà tal-ambjenti hija aspett ieħor li jgħin biex dan ir-rumanz jinħass ritmikament mexxej. Apparti l-Ġermanja, aktar tard fl-istorja xi personaġġi jżuru pajjiżi bħalma huma Franza, l-Italja u anki Malta. Hija interessanti kif il-kittieb Malti bħal jestranja ruħu mill-pajjiż li fih twieled biex permezz tal-personaġġi mistħajla li ħalaq iħares lejn art twelidu mil-lenti ta’ barrani li qed jara lill-gżejjer tagħna għall-ewwel darba f’ħajtu.

Minn perspettiva iċken, fost l-ambjenti li fihom tiżvolġi l-azzjoni tar-rumanz, għandna l-villaġġ (’il bogħod mill-kurrenti ewlenin tal-Istorja), l-università, l-orfanatrofju, il-kamp tal-konċentrament, il-ħanut tax-xorb, il-kunvent, il-knisja jew is-sagristija, is-sala fejn isseħħ il-festa, il-bosk u x-xmara, id-diskoteka, u l-bqija.

Tematika:

Bosta jistaqsu xi tfisser “Alte Vestiga”. It-tifsira jipprovdihielna l-awtur stess mill-bidu nett. Hija terminu Grieg li jfisser “fittex fil-fond”. Dan huwa għalhekk rumanz ta’ tiftix: tal-verità, tal-ideal, ta’ tweġibiet għal bosta mistoqsijiet ta’ natura eżistenzjali u anki spiritwali. Din it-tiftixa jagħmilha l-ħin kollu Anton Sammut, imma jilbes jew jieħu s-suriet differenti tal-personaġġi li joħloq b’karattri u perspettivi ideoloġiċi differenti u drabi oħra opposti u kuntrastanti. Hija fuq kollox tiftixa li l-bniedem irid jagħmel ġewwa fih u anki billi jħares lura lejn l-imgħoddi, lejn l-esperjenzi li l-umanità ġarrbet matul is-sekli twal li ilha teżisti. U dan donnu bħala tweġiba jew tagħlima għal dawk li jaħsbu li l-istorja tal-umanità bdiet bihom, bla xejn u ħadd qatt ma eżista qabilhom.

Hemm b’hekk il-ġlieda kontinwa bejn il-qalb u l-moħħ, il-fidi u r-raġuni, l-ispirtu u l-materjali. Waħda mill-mistoqsijiet li l-qarrej ta’ Alte Vestiga huwa mistieden jistaqsi hija, “Il-ħajja hija verament assurda, jew wara din l-assurdità apparenti hemm pjan divin li ebda bniedem ma jista’ jifhem?” Spiss titħaddem il-manjiera dijaloġika li kienet għal qalb ħafna Sokrate. Bosta drabi niltaqgħu wkoll ma’ riferimenti diretti jew indiretti għall-figura ta’ Kristu fuq naħa, u ta’ Nietzsche fuq l-oħra.

Alte Vestiga jieħu wkoll il-forma ta’ vjaġġ ġewwieni f-iktar irkejjen mistura tal-qalb u tal-intellett, u vjaġġ estern, anki matul bliet u rħula mill-isbaħ u rikki storikament u kulturalment.

Għeluq:

Alte Vestiga hu eżempju prattiku ta’ min jemmen li qabel ma wieħed jazzarda jikteb jeħtieġ li jkun qara u qara bil-bosta. Huwa rumanz li joħloq distanza enormi bejnu u bejn rumanzi Maltin oħra li qed jinkitbu llum; xi wħud minnhom saħansitra warrbu kull dimensjoni ta’ estetika filwaqt li ħaddnu l-idea ta’ letteratura rħisa, medjokri, sensazzjonalista, imma li tbigħ malajr u b’hekk effettiva f’sens ta’ profitti, kbar jew żgħar kemm huma.

Dak ta’ Anton Sammut huwa wkoll risposta f’waqtha, alternattiva bis-sens għal min irid jitbiegħed mill-bosta produzzjonijiet medjokri u ta’ ebda stimolu intellettwali li l-“media” lokali draw joffrulna minn mindu ġejna mberkin bir-rigal tal-pluraliżmu fil-qasam tax-xandir.

Alte Vestiga issa jista’ jinqara wkoll fl-Ingliż, permezz tat-traduzzjoni tal-poeta u traduttur Alfred Palma, bl-isem ta’ Memories of Recurrent Echoes (2009). Min huwa verament interessat fir-rumanz u jixtieq jidħol aktar fl-fond jista’ jżur ukoll is-sit imtella’ minn Stephen Cremona fl-indirizz http://www.altevestiga-antonsammut.com/

Wednesday, December 30, 2009

Christmas cards from poet-friends



Left: A card from Greek poet Zacharoula Gaitanaki.

Right: A card from Romanian poet Nadia-Cella Pop and translator Dragos Barbu.

Below: A card from Greek poet Zanneta Kalyva-Papaioannou. It shows The Virgin Mary of Nea Moni.



Christmas time is also a time when friends from all over the world send greetings through internet and also through traditional post. It is a time when people from all over the world feel the need to express their warm wishes. Good sentiments have no limit and the hundreds and thousands of miles that separate different countries today are no real obstacle.

Dear poet friends, I wish you health, peace and inspiration for the year 2010 :-)

Sunday, December 27, 2009

Natale in pigiama

Natale 2009

Natale quest’anno in pigiama
seduto a gambe accavallate
con un libro che racconta la vita,
finta, fuori dalla finestra.
Natale con un cielo sereno a volte,
con venti che sbuffano arrabbiati
infuriati, chissa` perche'...
Natale che sogna
dei monti con le cime coperte
di zucchero filato,
che desidera con nostalgia
i giorni passati quando il miglior dono
era un sorriso, un abbraccio sincero.
Natale che grida il nome di Gesù bambino
dimenticato
natale virtuale, artificiale, natale invecchiato
natale demenziale...


Natale che non sa più dove sbatter la testa.

Patrick Sammut