Serata letterarja fil-Librerija l-Gimgha 5 ta’ Gunju 2015 fis-7.30pm
Is-Sajf magħna! Il-festi wkoll!
Jidher li
d-diversi serati letterarji li għamilna matul dawn l-aħħar sentejn fl-okkażjoni
tal-Karnival, tal-Gimgħa Mqaddsa, tal-Milied, eċċ, bis-sehem ta’ wħud mill-kittieba Għawdxin li
matulhom inqraw anke xogħlijiet ta’ kittieba li ħallewna, intlaqgħu tajjeb, u
allura b’dan ir-riħ fil-qala’, ser nagħmlu serata oħra nhar il-Gimgħa 5 ta’ Gunju fis-7.30pm
fil-Librerija Pubblika ta’ Triq Vajrinġa, Rabat Għawdex li matulha qed jiġu
mistiedna l-kittieba Għawdxin, uħud minnhom magħrufa sew fostna. Bla dubju nħeġġu lill-istudenti u lil dawk
kollha li għandhom għal qalbhom il-Letteratura Maltija biex iżommu dik
il-ġurnata vojta u jiġu jisimgħu xi ftit poeżija sabiħa, xi novella, xi ftit
epigrammi li tant kien magħruf għalihom il-Poeta tan-Natura u ex President ta’ Malta
Anton Buttiġieġ, magħruf bħala Toni
l-Baħri mwieled il-Qala, xi storja, xi ftit folklore flimkien ma’ xi ftit
mużika bil-għajnuna sħiħa ta’ Mro Antoine Mercieca.
Billi jkun beda Gunju u allura s-sajf jinsab
qrib u l-festi jkunu bdew ukoll, dis-serata qed insemmuha: Is-Sajf Magħna u l-Festi wkoll. Se jinqraw xi siltiet mix-xogħlijiet ta’ Gorġ
Pisani u Patri Mattew Sultana Kapuċċin mix-Xagħra minn Antoinette Grech u Lorna
Tabone, kif ukoll ser nisimgħu xogħlijiet
minn fomm il-kittieba Charles Bezzina, li għadu
kemm tana ktieb dwar Għawdex fl-Aħħar Gwerra, Ganninu Cremona, Anton F
Attard u Vanessa Attard, Joe Camilleri, Joe W Psaila, Patri Remiġ Galea
Kapuċċin li għadu kemm ingħata Ġieħ Sannat, Mario Borg, Raymond Caruana, Dr Alfred Grech, Frans Mizzi u Pierre Mejlak
li dan l-aħħar għal kitbiet tiegħu rebaħ premju prestiġġjuż mill-Ewropa. Jekk naraw li ma tħalluniex waħidna, għal
ġejjieni nerġgħu noħolmu b’xi ħaġa oħra!
Tinsewx li l-bniedem ma jgħixx bil-ħobż biss!
Kif se tinqasam is-Serata:
Essay: Il-festi Magħna: Kav Joe M Attard
Charles Bezzina:
John Cremona:
Joe Camilleri:
Intervent
Muzikali: Mro Antoine Mercieca
Antoinette Grech:
Epigrammi ta’ Anton Buttigieg: Part 1
Joe W Psaila:
Mario Borg:
Poeżija – ‘Ħabbejtek’.
Pierre Mejlak:
Lorna
Tabone: Poeżija ta’ patri Mattew Sultana:
‘is-Saltna Tiegħi’
Patri Remig
Galea:
Anton F. Attard u
Vanessa Attard: Festi titulari ta’ Gunju
- Poeżiji
Intervent
Muzikali: Mro Antoine Mercieca
Dr Alfred Grech:
Lorna Tabone:
Poeżija ta’ Gorg Pisani: ‘Filosofija tal-Kampanja’
Francis Mizzi:
Raymond Caruana:
Poeżija: Il-Bandiera Maltija
Antoinette Grech:
Epigrammi ta’ Anton Buttigieg: Part 2
Kav Joe M Attard
Victoria Għawdex