Monday, July 13, 2009

Intervistat Charles B. Spiteri

1. Xi tghid dwar ir-rabta tieghek mal-kitba fil-gurnali? Dwar xiex ktibt matul il-karriera tieghek?




Ir-rabta tieghi mal-gurnali tmur lura ghall-1964, meta mill-iskola bdejt nahdem mal-Allied Malta Newspapers Ltd, b’intervista personali ma’ Miss Mabel Strickland. Bdejt nahdem bhala proofreader u aktar tard bhala Features Sub-Editor. Dak iz-zmien, il-qari tal-provi konna naghmluh tnejn min-nies, wiehed izomm l-original u l-iehor il-prova. B’hekk konna nnaqqsu ferm l-izbalji fil-kontenut.
Fid-dipartiment tal-Features, l-artikli kienu jigu minn barra permezz ta’ Reuters u ahna ncekknu minnhom biex naghlqu pagna, jew nofs jew kolonna – skont il-htiega.
Minn hemm nghaqadt ma’ In-Nazzjon Taghna bhala qarrej tal-provi f’xift minn wara nofsinhar sa tard filghaxija u bqajt hekk sa ma mort Il-Hajja, fejn bdejt nahdem bhala reporter tal-Qorti. Permezz tal-kuntatti li kont naghmel ta’ kuljum fi Triq Repubblika (u l-aktar mas-Sur Joe Xuereb tat-Tip Top, qrib il-bini tal-Qorti) ma domtx ma sirt Advertising Manager ta’ Il-Hajja.
Tlaqt minn hemm fl-1974 u rgajt inghaqadt ma’ In-Nazzjon Taghna bhala Sub Night Editor. Wara tista’ tghid li bdejt indur id-dipartimenti kollha. Meta kont fid-dipartiment tal-Features, ktibt l-ewwel 20 sensiela tat-Tifkiriet tal-Imghoddi, li tant gibdu l-attenzjoni tal-qarrejja, li Dr Joseph Cassar, direttur, qataghha li jigborhom fi ktieb mahrug mill-Istamperija. Dan il-ktieb tant intlaqa’ tajjeb, l-aktar mill-istudenti li jkunu qed jaghmlu xi progett folkloristiku, li s’issa hargu hames edizzjonijiet tieghu, l-ahhar wiehed b’zieda ta’ ghaxar artikli.
Minn dak iz-zmien kelli diversi kitbiet fil-gurnali u gazzetti, l-aktar meta kont Deputat Editur ta’ il-Mument, fejn flimkien ma’ Mario Azzopardi kont inkarigat minn Spektrum u aktar tard minn Fokus. Kienu artikli varji fuq aspetti differenti.
Fl-istess zminijiet kont intella’ regolarment kull gimgha r-rokna tat-Tfal, ir-rubrika Kalejdoskopju, fejn deputati tal-Gvern u ohrajn mill-Oppozizzjoni kienu jwiegbu ghall-istess mistoqsijiet, u kelli s-sensiela popolari Tifkiriet tal-Gwerra, minn individwi li jiftakruha tibda, issehh u tintemm, li suppost, skont id-direzzjoni tal-PIN kellhom jingabru fi ktieb. Din il-holma ma rrealizzatx.
Meta tnehhejt mill-kariga ta’ Deputat Editur u rgajt sibt ruhi ma’ In-Nazzjon Taghna, bdejt sensiliet fuq is-Sahha u l-Kura tal-persuna, artikli fuq l-annimali bhala pets, artikli finanzjarji u fuq il-gardinagg. Meta dawn twaqqfu, bdejt is-sensiela popolari Kittieba ta’ Zmienna – mhux mil-lat akkademiku izda mil-laqta personali. Gbart xejn inqas minn 41 kittieb u kittieba kontemporanji.
Fl-istess waqt bdejt sensiela ohra bit-tema Iccelebrajna, fejn il-protagonisti jkunu koppji li ilhom snin maghqudin f’hajja ta’ mhabba. Hlomt b’din is-sensiela biex ’il quddiem it-tfal u t-tfal tat-tfal ikollhom xhieda li l-imhabba taz-zwieg qatt ma kienet rabta coff bhalma hi f’dawn iz-zminijiet, izda rabta ghoqda fuq ghoqda, minn sena ghall-ohra.

2. Charles B. Spiteri jikteb poeziji jew xi tip ta' kitba kreattiva ohra?

Inhobb fuq kollox il-poezija. Ghalkemm qajla ppubblikajt minnhom, nista’ nghid li l-ewwel poezija tieghi (li ghadha migbura mal-poeziji kollha li ktibt), iggib id-data tal-1964, meta mietet nannti, li trabbejt maghha. Minn dik is-sena ktibt ’il fuq minn mitt poezija.
Din il-kwalità ta’ kitba letterarja ma tafx hinijiet. L-imbierka muza la taf hidma u lanqas mistrieh. Thabbatlek bwieb qalbek (min ghandu aktar minn wiehed) u trid tkun pront tifthilha u tilqaghha. U darba taghmel dan tghaxxik bil-benna taghha.
Ghalkemm ktibt poeziji ta’ mhabba, aktar inhossni poeta tan-niket. Forsi ghax in-niket iqanqal, jirrabja u jasal jitlob is-sodisfazzjoni u l-haqq. Madankollu, fil-prezenza ta’ haddiehor, nahseb li s-sens poetiku jinsatar u jhallini nidher bniedem cajtier.

3. X'importanza ghandhom il-Pagni Letterarji llum skont Charles B. Spiteri?

Minn dejjem kont favur dawn il-pagni fil-gurnali u gazzetti Maltin. Jekk xejn iservu ta’ vetrina ghal dawk kollha li sal-lum ghadhom jiktbu. Bhala gurnalist nista’ nikkonferma li l-Maltin tal-lum ma jhobbux jiktbu. Darba, sa sibt tabib li tarrafli li jixtieq li kien kapaci jikteb kif nikteb jien, izda ma jafx. Nammetti dan kollu ghax illum qisu hadd ma fadallu hin ghalih innifsu, ahseb u ara kemm se joqghod bi kwietu jikteb. Din hi hasra kbira. Naraha wkoll meta xi hadd jiktibli biex jinkuraggini. L-ittra kollha tkun “Ghaziz Charles, Prosit tal-kitba tal-lum.” Hekk, kitba xotta daqs il-frawli!

4. X'tahseb li nistghu ntejbu fil-qasam tal-gurnalizmu lokali?

Nibki nahseb f’dan, tant kemm hemm x’wiehed jirranga! U jiddispjacini wkoll nahseb fil-baraxx ta’ kliem Ingliz li se jibda jinkiteb bil-Malti fil-gurnali u gazzetti Maltin! Povri studenti zghar li ghad iridu jigu f’halltejn kif tinkiteb kelma sewwa bl-Ingliz, fl-ezami tal-Ingliz, aktar ’il-quddiem! Per ezempju, ‘poster’ jew ‘powster’, ‘tissue’ jew ‘tixxju’! Dawn digà rajthom miktubin hekk fl-Isptar Mater Dei.
Nemmen li se jkollna taghsida aqwa minn dik li kont inhejji fit-terrazzin ta’ nannti ghat-tigieg u s-sriedak!
Hu minnu li llum, hafna mill-gurnalisti qed johorgu bi grad Universitarju. Izda hasra li mill-Università, il-maggoranza tal-gurnalisti mhumiex johorgu b’Malti tajjeb. Qeghdin jahsbu bl-Ingliz jittraducu f’mohhhom bil-Malti u jiktbu. Naf b’nies ohrajn bil-maqlub. Per ezempju darba, persuna universitarja qaltli “dawn things that run” – ghal dawn affarijiet li jigru.

5. Progetti tieghek fil-qasam tal-pubblikazzjoni fil-gejjieni vicin?

Bhalissa nhoss li hawn caqliqa ta’ ziffa helwa ghall-pubblikazzjonijiet. Ghandi diversi djar tal-pubblikazzjoni li offrew jippubblikawli xi xoghlijiet, fosthom Agius & Agius u BDL Publishing. Sa sentejn u nofs ohra nkun, kif jghidu bil-Malti ‘bil-pjazza’ u nispera li l-Mulej jippermettili aktar hin ghall-bosta affarijiet li nemmen li fadalli x’naghmel.
Nixtieq nemmen ukoll li Alla jibghatna fid-dinja bi pjan li rridu nattwaw, u li qabel ma nlestuh ma johodniex mieghu. Izda jekk dan hu minnu, jien fadalli bosta u bosta snin fuq din l-art. Kemm ili li bdejt ‘nimmatura’, certi hsibijiet ghall-kitba qishom bdew jiggeddu fija. U l-fatt li trabbejt ma’ nannti, ghandi seher specjali ghal kulma ghadda z-zmien minn fuqu.
Tabilhaqq nixtieq naghtik aktar taghrif fuq dan – izda nibza’ li nisfa kkupjat (bhal drabi ohra)!
Bla tlaqliq nghid li qrajt numru ta’ rumanzi storici sbieh u d-deskrizzjoni awtentika li sibt fir-rumanz fi tliet kotba Il-Misteri tal-Wardija, geghlitni nithajjar nittajpjah mill-gdid, ghax dnub li xoghol bhal dak jintesa ghax hadd ma ghadu jsib jakkwista dan ir-rumanz. Ghall-bidu l-PIN kienet se tidhol ghalih hi, izda t-tul tieghu qata’ l-qalb. Madankollu nemmen li l-ispirtu ta’ Arturo Caruana ghad jistrieh u jiehu l-glorja tieghu meta jinstab min ikun lest jippubblikah. Jien ma rrid ebda pregju ghalija. Sempliciment nimbotta u nghin kittieb, illum mejjet, jikseb il-gieh misthoqq, avolja wara dawn is-snin kollha.

6. Xi tghid dwar il-kontribut tieghek fil-qasam tar-radju?

Fit-30 ta’ Settembru, 1994, Richard Muscat, dak iz-zmien kap ta’ Radio 101, talabni naghti sehmi fl-istazzjon bil-qari tar-rumanzi. Minn dak iz-zmien, apparti l-appuntament tal-qari, kelli programmi li wkoll qanqlu interess. Fosthom insemmi t-tliet puntati ta’ Mad-daqq tas-sirena (intervisti fuq zmien il-gwerra), Mis-Swar ’il Gewwa, Wirt Gensna, Damma Civika u Timbri Maltin.

Omagg lill-Papa Wojtyla

Bl-Hosanna laqghetek id-dinja bi hgarha
Li fik missier iehor, stenniet li se tara.
Hrigt dritt, fuq tieghek, tistenna t-tislima,
lest bi tbissima, ha taghti taghlima.

Driegh Alla kien fl-ghazla biex int tkun mahtur
u gieh taghti ’l Pietru – tieghu successur.
Hdimt b’ghaqal ferm ghaqli, tassew kont mutur,
ghax minn jum il-hatra, fhimt sew il-futur!

Kont utli ghall-ghaqda, kont utli ghall-paci,
b’dik dehrtek ferhana, b’dik surtek vivaci.
Kont bniedem ghal waqtu, kont bniedem kapaci
li hdimt ghal haddiehor, u bqajt ferm tenaci.

U kbirt!

Warajk gbidt lill-poplu, lill-umanità,
biex fik tara bniedem – lill-kbir Santità.
Li b’mewga fuq ohra, wassalt f’realtà
il-kbir kalvarju… l-aghar krudeltà.

Haddant kull mistenni, mibghut mill-Mulej
ridt turi lill-bniedem li d-dinja m’hi xej.
Ma hrabtx mill-ostaklu, jew tlaqtu ghaddej,
ghax dik m’hix il-linja li xtaq il-Feddej.

Batejt!

U fik rajt Kristu iehor
imsallab bi pjagi moderni,
fejn xtaq ilissen “Bini l-ghatx…
u l-vuci ma tatux!”

Dak ismek ha tnaqqax, fil-qlub ta’ kulhadd
w minn fostna jintesa, ma jkun qatt u qatt.
Kont int li fuq artna gejt zortna darbtej’
Fil-passi ta’ Pawlu, kif xtaq il-Mulej.

Charles B. Spiteri (17 ta’ April 2005)

No comments: