It-Teżoriera Doris Chircop; l-ex-President Alfred Massa; u l-President il-ġdid Charles Magro. |
Il-Membri preżenti għal-Laqgħa Ġenerali 2012. |
Uħud mill-Membri tal-Kumitat il-ġdid. |
Nhar is-Sibt, 28 ta' Jannar 2012, fid-9.30 a.m., saret il-Laqgħa Ġenerali Triennjali tal-Għaqda Poeti Maltin. Inqraw ir-rapport amministrattiv mis-Segretarju Charles Magro, ir-rapport finanzjarju mit-Teżoriera Doris Chircop, u sar id-diskors tal-President Alfred Massa. Massa ħabbar li se jħalli postu bħala President. Il-membri preżenti vvutaw għall-kumitat il-ġdid li għas-snin 2012-2014 hu magħmul hekk:
President: Is-Sur Charles Magro
Segretarju: Is-Sur Salv Sammut
Teżoriera: Doris Chircop
Membri: Dr. Joseph Axiaq
Is-Sur Charles Mifsud
Is-Sur Patrick Sammut
Is-Sur Omar Seguna
Aktar tagħrif dwar il-karigi l-ġodda fi ħdan il-Kumitat il-ġdid jitħabbru aktar tard.
No comments:
Post a Comment