Tagħrifa ta' Tarċisju Zarb
Dawn iż-żewġ volumi ġew ippubblikati minn Schola Publications, u jmorru id f'id mal-volum TIEQA FUQ KITTIEBA MALTIN tad-De La Salle Publications (2003 u 2012).
Il-kritika letterarja u l-pedagoġija, fl-idea tiegħi, aktarx iva milli le, ħafna drabi, kienu ħafna u ħafna 'l bogħod minn xulxin. Għal snin twal, bħal qisu wieħed kien isib ruħu f'xi tip jew ieħor ta' 'dijatribu', bejn il-poeżija u l-'kritiku', b'tali mod u manjiera li aktarx iva milli le, kien ikollna r-riżultat ta' djalogu magħluq li ma jirreferixxix ħlief għalih u għalih innifsu. Ir-riżultat, għaldaqstant kien ikun monologu fi ħdan ftit jew wisq l-istess persona.
Mhux hekk, madankollu, huma l-kotba 'Tieqa fuq kittieba Maltin' (1 &2) ta' Patrick Sammut. Minkejja, il-ħila kritika tiegħu, minħabba l-esperjenza twila fit-tagħlim tal-Malti u Taljan, fost oħrajn, huwa ma jiqafx biss f'dak li jiena sejjaħtlu 'dijatribu', imma, filwaqt li f'xogħlijiet oħra, jagħti huwa wkoll is-sehem tiegħu f'din it-tip ta' paradimma ta' analiżi, hawnhekk id-djalogu li jinħoloq huwa bejn u bejn l-apprezzatur tal-poeżija u l-poeta. U dan jagħmlu tajjeb u tajjeb ħafna, permezz tal-użu ta' għadd ta' mistoqsijiet varji fuq poeżiji u poeti speċifiċi li nsibuhom fl-antoloġija 'Il-Poeżija Maltija' ta' Oliver Friggieri, li hija l-antoloġija, li l-istudenti fil-Livell A u IM għandhom biex jistudjaw bil-għan li jwieġbu mistoqsijiet fuq tema bħalma huma l-ġens, il-pajsaġġ u r-relazzjonijiet, fost oħrajn.
Bħala għalliem fil-klassi, Patrick Sammut jagħraf il-ħtieġa li jistaqsi, jew, kif ukoll iwassal lill-istudent innifsu biex direttament jew indirettament jistaqsi. Il-mistoqsijiet, kif nafu jieħdu diversi forom. Insibu l-mistoqsijiet diretti, li wieħed iwieġeb bi tweġiba riferenzjali, u nsibu oħra li għalihom wieħed irid jinferixxi. Insibu l-mistoqsijiet li wieħed irid jagħti tweġiba kwalitattiva, fis-sens ta' tweġiba miftuħa, fil-forma ta' paragrafu kif ukoll fit-tip ta' mistoqsijiet ta' xeħta kwantitattiva, fis-sens ta' mistoqsijiet bi tweġiba 'magħluqa'. Fl-istess ħin, insibu mistoqsijiet li fihom l-istudent irid jagħti opinjoni, jew jagħti impressjoni, kif ukoll isib u jagħmel riċerka biex isib xi tip ta' tagħrif, fuq poeżiji speċifiċi kif ukoll fuq poeti speċifiċi.
U dan Patrick Sammut, f'dawn iż-żewġ kotba u kotba oħra li huwa ppubblika ma' meddet is-snin, jagħmlu tajjeb u tajjeb ħafna. Għaldaqstant il-kotba ta' Sammut, li huma fil-forma ta' workbooks barra li huma megħjuna wkoll b'ritratti u grafika varja, jagħtu l-ispazju biex l-istudent/a, ikun f'qagħda li jagħmel ir-riċerka u jagħti t-tweġiba. L-għalliem/a, min-naħa l-oħra, jista' faċilment juża l-workbooks inkwistjoni biex ikun jista' jikkoreġi, ngħidu aħna aspetti ortografiċi, sintattiċi, ta' informazzjoni eċċ., li kif nafu aħna, in-nies ta' dan il-mestier, huma sine-qua-non fit-tagħlim ta' kull suġġett.
Għaldaqstant, nemmen li kull għalliem/a, kif ukoll student/a, fil-livell Intermedju u fil-Livell Avvanzat għandu jagħmel użu minn dawn iż-żewġ kotba, flimkien ma' kotba oħra simili tal-istess awtur, li tana wkoll xogħlijiet fuq livelli simili tat-Taljan. Dan għandu jgħin, biex, fost ħwejjeġ oħra, it-tagħlim tal-poeżija, ma jibqax it-tagħlim tal-għalliem/a, li jaf kollox u għaldaqstant jiddikjara minn qabel x'inhi u x'mhix il-poeżija, imma f'dijalettika bejn l-għalliem/a u l-istudenti, kif ukoll l-istudenti għal riħhom, jew fi gruppi jew f'pari jkunu jistgħu jieħdu l-akbar benefiċċji, f'termini ta' tagħlim, kif ukoll f'termini ta' suċċess fl-eżami A u Intermedju.
Din hija blog li tikkonċentra fuq il-letteratura kemm Maltija kif ukoll barranija. Huma inklużi wkoll aċċenni għal ħwejjeġ interessanti marbutin mal-kultura. Ara wkoll il-blog tiegħi www.pagnawarapagna.blogspot.com għal reċensjonijiet u studji dwar kotba differenti.
Saturday, April 05, 2014
Images from Malta/ Malta a primavera
Ricordi della seconda guerra mondiale
A pillbox of the Second World War
Una statua della Madonna in campagna
A statue of the Madonna in the countryside
Per quelli che dicono che a Malta non c'e' il verde
Malta is all green in spring
Il mare nella baia della Xemxija
Xemxija Bay and its blue sea
Ħarġa oħra tar-rivista online IL-PONT - April 2014
Għadha kemm ħarġet id-19-il ħarġa tar-rivista letterarja elettronika IL-PONT.
Kull min jixtieq jaqraha jista' jagħmel dan permezz tal-ħolqa:
http://www.scribd.com/doc/216290976/Il-Pont-April-2014
Grazzi tal-għajnuna ta' Omar Seguna li bis-sħħa tiegħu tistgħu taqraw IL-PONT online ukoll.
Wednesday, April 02, 2014
Intervistat ANTHONY FARRUGIA, kittieb u poeta
Anthony Farrugia twieled iż-Żurrieq u wara li attenda l-iskola Primarja taż-Zurrieq kompla l-edukazzjoni sekondarja fil-kulleġġ De La Salle, fejn ukoll kien ta bidu għall-karriera tiegħu bħala għalliem. Wara li fl-1971 temm b’suċċess Borża ta` Studju fil-Kummerċ u Studji Segretarjali ġie impjegat bħala Lecturer Grade ‘B’ fil-Kulleġġ ta’ l-Arti, Xjenza uTeknoloġija. Fl-1979 Anthony Farruġia inħatar bħala Kap tal-Iskola Segretarjali, Sir Hannibal Scicluna, u baqa` jżomm din il-kariga sakemm irtira fl-1996. Wara tnax-il sena bħala Kunsillier fil-Lokal ta` Ħaż-Żabbar, b`rikonoxximent għas-sehem tiegħu, Il-Kunsill onorah bl-għotja ĠIEĦ ĦAŻ-ZABBAR. Anthony Farruġia huwa membru tal-Għaqda Poeti Maltin kif ukoll tal-Kunsill Ċiviku ta` Haż-Żabbar. Jieħu sehem f` xogħol letterarju u qari ta` poeżiji fil-laqgħa ta` kull xahar li ssir mill-Kikkra Kuturali tal-istess belt.
1.
Meta u
fejn twelidt? X’tiftakar l-iktar minn jiem tfulitek? Kemm kien u għadu
importanti raħal twelidek f’ħajtek u f’kitbietek?
Twelidt fl-1 ta’ Ġunju 1935
fiż-Żurrieq u bqajt ngħix hemm sakemm kelli 22 sena, meta żżewwiġt lil Anġela
Aġius u mort noqgħod Ħaż-Żabbar fejn għadni noqgħod sallum.
Raħal twelidi ma ninsih qatt għax fih għext l-aħjar żmien ta’ ħajti.
Villaġġ fejn dak iż-żmien tista’ tgħid li kulħadd kien midħla ta’ xulxin, għax
ir-residenti kienu jgħoddu biss ftit eluf u għax kien hemm nuqqas ta’ attivitajiet
jew waqtiet fejn wieħed kien seta’ jheda.
Biss, biex ngħidu hekk, it-teatrin li xi kumpaniji tal-lokal kienu
jtellgħu, kien iservi ta’ mezz ta’ divertiment lil individwi kif ukoll
lill-familji sħaħ.
Fi żmieni, bħala żagħżugħ, aktar
kont issibni l-Mużew jew l-Azzjoni Kattolika, jew f’xi wieħed mill-każini
tal-Baned. Illum mod ieħor, ħafna opportunitajiet ta’
attivitajiet ta’ sport, drama, politika, reliġjon, u fuq kollox il-faxxinu tal-elettronika.
Tant ma nistax ninsa liż-Żurrieq, il-post fejn twelidt, li ma nqastx li
nsemmi u anke niddeskrivi xi postijiet
partikulari fiż-żewġ Rumanzi li ppublikajt, bħal Wied-iż Zurrieq, Wied Babu, taħt ir-raħal u naħiet oħra
magħrufin għall-ġmiel naturali tagħhom.
Anke fil-poeżija ma nqastx li
nikteb poeżija fuq Filfla, u oħra fuq l-irdieden tal-ilma li għad hemm fil-post
magħruf minna bħala ‘taħt ifr-raħal’.
2.
Minn
fejn bdiet il-ħajra tiegħek li tikteb? X’għandek l-iktar għal qalbek: il-kitba
tal-poeżija jew tan-narrattiva?
L-edukazzjoni sekondarja tiegħi
bdiet fl-1947 fil-Kulleġġ De La Salle, fil-Kottonera, fejn b’xorti kbira
għalija u u għal kittieba oħra ta’ stoffa, bħal ngħidu aħna, Alfred Palma u
Alfred Massa, fost oħrajn, kelli bħala għalliem tal-Malti lil Bro Henry
SFC. Kienet miegħu l-ewwel darba li
bdejt il-ħsus tiegħi fil-poeżija.
Niftakar kien jgħidli, ‘Taqtax qalbek, qis li din in-namra tibża’
għaliha.’ Smajt minnu sakemm domt il-Kulleġġ
imbagħad iċ-ċirkostanzi tal-ħajja biddluli għal kollox dak li kelli f’moħħi li
nagħmel. Għaddejt perjodu twil ħafna li
fih ma bqajtx nikteb ħlief għal xi novella ’l hawn u ’l hinn u kienu jsibu
ruħhom fil-kexxun t’isfel, sa ma forsi xi darba tmisshom ix-xorti u jaraw
id-dawl. Kien meta tħabbibt sew ma’
Alfred Palma, li mill ġdid kebbes fija l-imħabba għall-kitba bil-Malti. Għamilt l-almu tiegħi biex nitħarreġ ftit
aħjar sa ma erġajt sibt ruħi nesprimi
dak li f’waqtiet rari nħoss f’qalbi, xhieda kemm ta’ ferħ kif ukoll ta’
sogħba. Saħansitra rnexxieli wkoll
nippubblika żewġ Rumanzi, bit-tielet wieħed ma jdumx ma jara d-dawl.
3.
Liema
huma t-temi li tittratta fil-versi tiegħek? Liema huma dawk li tittrattta
fin-narrattiva tiegħek?
Għalija, il-kitba tal-poeżija
hija espressjoni personali, poetika, spontanja, b’sentimenti qawwija personali
li jistgħu jesprimu fatti immaġinarji, patrijottiċi, erotiċi, morali,
ambjentali u oħrajn. Hija espressjoni qawwija li toħroġ mir-ruħ
ta’ min jiktibha.
4.
Liema
huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-kitba tal-poeżija u tan-narrattiva?
Nikteb biex kemm jista’ jkun
il-qarrej jifhem u jaqsam miegħi dak li nkun qiegħed inħoss. Għax hawn poeti li donnhom jiktbu għalihom
biss. Żgur li mhux bħal Dun Karm, Anton Buttigieg, Ġorġ Pisani u poeti oħra ta’
stima kbira.
Il-proża min-naħa l-oħra tesprimi
aktar fatti immaġinarji jew li tassew ġraw. Ngħid jien imbagħad li l-aqwa forma
ta’ proża hi dik narrativa li tagħti ħajja lir-Rumanz. Ir-Rumanz jista’ jiżvolġi f’atti inventat
f’ambjent naturali kif ukoll f’ambjent storiku.
5.
Liema
huma l-kotba li ppubblikajt s’issa? Għandek xi wieħed iktar għal qalbek minn
oħrajn? Għaliex?
Fost il-kitba tiegħi hemm xi poeżiji
li dehru fil-fuljett Versi li toħroġ l-Għaqda Poeti Maltin u
żewġ Rumanzi li ppubblikajt bl-isem ta’ Meta
l-Imħabba ma tmutx mitbuq minn Horizons u Fjuri fir-riħ mitbuq mill-Veritas Press. L-ewwel rumanz huwa
l-aktar għal qalbi għax bih dħalt b’modestja kbira mal-massa ta’ kittieba u
poeti li b’ħila liema bħalha iżommu ħaj Ilsien Pajjiżna.
6.
Għal min
hija mmirata l-kitba tiegħek? Xi tgħid dwar min juża lingwaġġ laxk u jikteb
biex joħloq biss sensazzjoni?
S’issa ktibt għal dawk kollha li
jixtiequ jkollhom f’idejhom x’jaqraw, miktub bi stil ħafif u mexxej. Inħobb indaħħal ħafna konversazzjoni għax
nemmen li l-qarrej jehda jimmaġina ruħu li jkun qiegħed jieħu sehem f’dak li
jkun qiegħed jaqra. Deskrizzjoni ta’ xi
xena ta’ ġmiel naturali tal-kampanja Maltija, m’għandniex xi ngħidu, ma
tonqosx. Fil-kitba tiegħ ġeneralment ma nintrabat ma’ xejn ħlief f’każijiet
fejn ma tkunx tista’ taħrab mit-tiġrib personali. Imma fil-poeżija donni bla ma rrid, nidħol
f’waqtiet ta’ ferħ jew diqa meta ħsibijieti jerġgħu jagħmluni ‘tifel’.
Imbagħad hemm kittieba li jogħxew
f’kitba kemxejn laxka waqt li oħrajn jħossu li għandhom jaqbżu l-limitu. Il-qarrej għandu jkun rispettat u kull
kittieb għandu d-dover li jġorr ir-responsabbiltà ta’
dak li jikteb. Il-liġi taċ-ċensura m’għadhiex li kienet, u alllura dan jista’
jagħti lok għal min kien laxk, jabbuża u jsir laxk iżjed minn qabel. L-għażla finali ta’ x’wieħed jaqra tibqa’
tal-qarrej innifsu.
7.
Kemm
huma stmati l-kittieba u l-poeti llum hawn Malta, kemm mill-pubbliku in
ġenerali kif ukoll mill-pubblikaturi? Inbidel xi ħaġa mill-imgħoddi ’l hawn? X’jista’
jsir biex is-sitwazzjoni titjieb? Kemm huma importanti għalik inizzjattivi
bħalma huma l-Għaqda Poeti Maltin, Kikkra Kulturali u Radju Hompesch?
Il-kittieb u l-poeta, fil-fehma
tiegħi igawdi stima aktar minn qabel.
L-istandard tal-edukazzjoni kiber u allura flimkien mal-istudji
post-sekondarju jgħinu biex din l-istima tibqa’ tikber. Għaqdiet Letterarji jaraw li l-istandard
ikompli jieħu volta ’l fuq u b’hekk kull kittieb u poeta, jekk mhux issa, ’il
quddiem ikompli jingħata r-rispett li jistħoqqlu.
F’moħħi , malajr, malajr, jiġu l-attivitajiet kważi kull xahar u l-Konkors
Nazzjonali ta’ darba fis-sena li tniedi L-Għaqda Poeti Maltin.
Xhieda oħra ta’ kemm il-pubbliku sar jinħabb mal-kitba bil-Malti hi
l-attendenza tal-ħbieb tal-ktieb fl-okkażjoni tal-Fiera tal-Ktieb li ssir
f’Novembru ta’ kull sena. Ta’ min
ifaħħar ukoll l-inzjattiva li ħa wieħed mill-istazzjonijiet televiżivi lokali fejn jinqraw stejjer
għall-gosti tat-tfal biex fl-istess waqt iħajruhom jaqraw dejjem aktar.
Saturday, March 29, 2014
Żewġ okkażjonijiet ta' Qari ta' Poeżija
L-għada f'Dar l-Emigrant fil-Belt Valletta, bejn l-10 am u 12pm.
Fiż-żewġ okkażjonijiet kulħadd hu mistieden għal Qari ta' Poeżiji.
Tuesday, March 25, 2014
A poem by Teresinka
March 7th 2014
Silent terrorism
took victims to the bottom of the sea.
We are astonished and hurting
with the families of passengers
and the crew of the fatal Boeing 370
which was supposed to fly from
Malaysia to Beijing.
May they have died sleeping and now
rest in the waters of the Indian Ocean.
However I keep thinking
of another terrorist plane sent
by the United States of America
which tragic anniversary will
be remembered August 6th and 9th;
on Hiroshima and Nagasaki, 1945
killing instantly more than 140,000 people.
69 years after that act of terrorism
from one country against the people
of another country, innocent victims
are still dying from the effects
of the radiation.
We should not compare, but
I am still thinking
because it is impossible to forget.
TERESINKA PEREIRA
Sunday, March 09, 2014
Ħareġ IL-PONT ta' Marzu 2014
http://www.scribd.com/doc/211182901/Il-Pont-Marzu-2014
Ħajr lil Hilary Spiteri u Omar Seguna għall-għajnuna tagħhom.
Saturday, March 08, 2014
INTERNATIONAL WOMAN'S DAY According to Amnesty International March 8, 2014.
The most pure verse
to Fatou, a girl from Burkina Faso,
who was beaten by her husband
because she only gave birth to girls.
After several unwanted daughters,
she died giving birth to another girl.
In many countries of the world,
included the United States,
women are treated like sexual objects,
rented and sold as prostitutes.
I also want to denounce the immoral
custom of families who make
their daughters marry the men
who raped and abused them.
And I hope some day the religions,
laws and practices that submit girls
to genital mutilation will be forbidden
in all countries, and that women
will be treated like human beings.
Teresinka Pereira
Tuesday, March 04, 2014
Tislima lil Lino Grech, kittieb u poeta
Għadu kemm ħalliena ftit jiem ilu, eżattament fl-1 ta' Marzu, Lino Grech, kittieb, poeta u membru tal-Għaqda Poeti Maltin.
Nahseb li l-fil li jghaqqad lit-tliet kotba
huwa il-fatt li jixhtu dawl fuq il-hsieb tal-kittieb dwar dak li jigri madwaru
fil-hajja. Fi kliem iehor l-esperjenzi tieghu u ta' dawk madwaru mghoddija
mill-gharbiel tat-twemmin jew tifxil ta' hsibijietu. Fil-ktieb hemm tiftix
konxju ghall-kelma Maltija mitkellma u ghall-qosor fil-kitba.
2. Minn fejn jitwieldu dawn il-kitbiet tieghek? Liema hu l-hin meta tippreferi tikteb?
Fuq kollox jiena nhares lejn il-hajja b'nofs tbissima li gejja minn gharfien tal-bniedem u hsibijietu hekk li l-kliem igelgel bhal nixxiegha naghzlu bejn dak li hu fieragh u dak li hu siewi biex nara sewwa l-persuna u dan il-loghob tal-kliem li jiena ukoll naghmlu nnissilli tbissima dejjiema fuq fommi u jwaqqaghni kultant f'cinizmu li dig¿ gejt akkuzat bih minn kritiku letterarju fil-media.
4. Bhala ambjentazzjoni spiss naqraw dwar il-Qorti, ir-Rabat, il-Birgu jew Bormla, B'Kara, u jissemmew spiss il-kontabilit¿, in-negozju u s-safar, bla ma ninsew ir-rakkont Hajja ta' Bniedem. Hemm kurrenti awtobijografici fil-kitbiet tieghek?
Il-poeziji jehtigli miktibhom hekk li
jitfasslu f' mohhi billi dawn jitwieldu minn hsieb u f'lehha jiddammew
f'poezija shiha. Jekk ma inhazzizhomx mill-ewwel jintesew. Fil-kaz ta'
l-istejjer, dawn jinholqu minn nitfa ta' hsieb li jkun ix-xewka ta-rakkont li
mbaghad jiehu l-laham bil-mod hekk kif nifli nies ghaddejja fit-triq li jistghu
jilbsu ta' karattri fl-istorja. Ta' spiss nintebah li harsti fit-tul fuq
xi hadd tibda taghtih fastidju l-iktar jekk tkun mara li min jaf x'tahseb. Biss
jiena nkun qed nibni dak il-hin il-karattru mehtieg fl-istorja.
Barra min hekk iz-zmien li ghamilt il-Qorti
laqqghani ma' bosta nies ilkoll b'xejriet u hsibijiet taghhom - tahlita li
tnebbabni f'ghazla tal-bniedem li jixraq l-istorja.
6. Innutajt li fil-poeziji tieghek taghti iktar importanza lir-rima imma anki lil-livell riflessiv, milli lill-prosodija (tul ta' versi u accenti), u spiss thaddem certi licenzji poetici in extremis. Kif tirreagixxi ghal dan?
Huwa minnu u nghid li jiena hati dwar it-thaddim tal-poezija b'licenzja wiesgha bil-bosta izda kif ga ghedt il-poezija titwieled fiha lesta minghajr ma taghtini lok li nirrfinaha. Sa meta kont ghadni s-Seminarju kont ktibt dwar il-poeta Taljan Pascoli li " la poesia e' un attimo fuggente nella vita del poeta che vien colto sul nascere. Pero' l'assieme di questi attimi fanno la vita del poeta". Dan ghadni nemmnu sallum u ghalhekk nahseb li jekk infittex li nirrifina l-poezija kif giet f'mohhi nkun qieghed nitlef mis-sahha taghha kif inholqot.
AGĦTIH MULEJ IL-MISTRIEĦ TA' DEJJEM.
Lino Grech twieled fl-1940. Studja
s-Seminarju. Beda jaħdem maċ-Ċivil fl-1959 sakemm irtira fl-1996 minn Direttur
Ġenerali Reġistratur tal-Qrati tal-Ġustizzja. Membru tal-Għaqda Poeti Maltin.
Awtur ta’ għadd ta’ kotba fosthom: Ħajja
ta’ Bniedem (ġabra ta’ 13-il novella bil-Malti); Non Omnis Moriar (ġabra ta’ 11-il novella bl-Ingliż); u Għerf il-Bniedem (ġabra ta’ 38 poeżija
bil-Malti). Iggradwa fil-Maniġġjar tas-Sistemi Informatiċi meta kellu 56 sena.
Hawn se nġib intervista miegħu li kont għamiltlu fl-2008:
1. Lino Grech hu l-awtur ta' tliet kotba
godda: rakkonti bil-Malti, rakkonti bl-Ingliz u poeziji bil-Malti. Fejn hija
s-sahha ta' Lino Grech bhala generu letterarju u lingwa mhaddmin u x'inhu l-fil
komuni li jghaqqad dawn it-tliet kotba flimkien?
2. Minn fejn jitwieldu dawn il-kitbiet tieghek? Liema hu l-hin meta tippreferi tikteb?
Fuq kollox jiena nhares lejn il-hajja b'nofs tbissima li gejja minn gharfien tal-bniedem u hsibijietu hekk li l-kliem igelgel bhal nixxiegha naghzlu bejn dak li hu fieragh u dak li hu siewi biex nara sewwa l-persuna u dan il-loghob tal-kliem li jiena ukoll naghmlu nnissilli tbissima dejjiema fuq fommi u jwaqqaghni kultant f'cinizmu li dig¿ gejt akkuzat bih minn kritiku letterarju fil-media.
3. Bhala stili tuza ximindaqqiet il-komiku,
il-parodija, imma dawk tieghek huma wkoll kitbiet b'element morali qawwi wkoll.
Hemm imbaghad rakkont li jxaqleb lejn il-fantaxjentifiku (The Tunnel), iehor li
johodna fi zmien l-Inkwizizzjoni u s-shahar (Non Omnis Moriar). Xi
tghid dwar dan kollu?
Kien
ghalliem ta' l-Ingliz meta kont ghadni s-seminarju li hajjarni biex
nikteb bl-Ingliz billi kien joghgbu hafna l-istil li kont nikteb bih.
Imbaghad kien Dun Frans Camilleri, ghalliem iehor tieghi, li fetahli
t-triq ghall-kitba bil-Malti.
4. Bhala ambjentazzjoni spiss naqraw dwar il-Qorti, ir-Rabat, il-Birgu jew Bormla, B'Kara, u jissemmew spiss il-kontabilit¿, in-negozju u s-safar, bla ma ninsew ir-rakkont Hajja ta' Bniedem. Hemm kurrenti awtobijografici fil-kitbiet tieghek?
5. Inhoss li zewg elementi li jispikkaw
fil-proza tieghek huma l-qawwa tad-deskrizzjoni u l-gharfien ta' karattri
differenti fost il-generu uman. Xi tghid dwar dan?
6. Innutajt li fil-poeziji tieghek taghti iktar importanza lir-rima imma anki lil-livell riflessiv, milli lill-prosodija (tul ta' versi u accenti), u spiss thaddem certi licenzji poetici in extremis. Kif tirreagixxi ghal dan?
Huwa minnu u nghid li jiena hati dwar it-thaddim tal-poezija b'licenzja wiesgha bil-bosta izda kif ga ghedt il-poezija titwieled fiha lesta minghajr ma taghtini lok li nirrfinaha. Sa meta kont ghadni s-Seminarju kont ktibt dwar il-poeta Taljan Pascoli li " la poesia e' un attimo fuggente nella vita del poeta che vien colto sul nascere. Pero' l'assieme di questi attimi fanno la vita del poeta". Dan ghadni nemmnu sallum u ghalhekk nahseb li jekk infittex li nirrifina l-poezija kif giet f'mohhi nkun qieghed nitlef mis-sahha taghha kif inholqot.
AGĦTIH MULEJ IL-MISTRIEĦ TA' DEJJEM.
Saturday, February 15, 2014
VALENTINE EXPECTATION
of Toledo, Ohio
have decreed "Snow Alert!"
again today.
We stayed snowed in
with sad eyes behind
the closed window
looking at the white
mountains outside,
and the wind whiling
the snow flakes
on the streets...
I hope that this
VALENTINE day
the traditional chocolate gift
comes very warm and
filled with love!
TERESINKA PEREIRA
Tuesday, February 04, 2014
LEST WE FORGET
They were in hundreds, thousands,
eventually millions,
in long killer carriages.
They were in hundreds, thousands,
eventually millions,
taken afar, leaving behind them
only long trails of dense black
smoke,
or rather empty places, dehumanized,
places inhabited by absolute absence
where the Absolute was absent.
They were in hundreds, thousands,
eventually millions,
the men, women and children
one fate for all, one fatal only
goal.
And they arrived and did not see
nor light nor a way out,
but only their own end.
They were in hundreds, thousands,
eventually millions,
and the last things they remembered
was a dense black smoke,
a despair that screamed in despair.
Today the memory remains
of hundreds, thousands, eventually
millions,
a memory which few – or is it many?
would just eradicate;
today’s a faded image
humanity sans feeling,
utterly degenerate!
Patrick Sammut
(Translation by Alfred Palma)
Friday, January 31, 2014
INTERVISTA MAL-POETESSA MARLENE SALIBA
Marlene Saliba twieldet f’Santa Venera u ħadet l-edukazzjoni tagħha kemm f’Malta kif ukoll fl-Ingilterra. Kisbet Master’s degree fil-Letteratura Ingliża mill-Università ta’ Malta. Kienet waħda mill-fundaturi tal-Peace Education Programme, li wara ġie magħruf bħala Institute for Peace and Conflict Studies, fi ħdan il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali fl-Università ta’ Malta.
1. Liema huma dawk il-waqtiet,
esperjenzi u ħwejjeġ li jispirawk?
Il-waqtiet, esperjenzi u ħwejjeġ li jispirawni jistgħu jkunu kemm pożittivi
kif ukoll negattivi. Il-poeżiji mistiċi tiegħi huma x’aktarx ispirati minn
waqtiet ta’ ħemda u solitudni f’kuntest u f’ambjent naturali fil-kampanja jew
maġenb il-baħar jew taħt sema jiddi bil-qamar u l-kwiekeb jew f’xi bini sagru.
Il-poeżiji ta’ riflessjoni dwar is-soċjetà, kif ukoll il-poeżiji ta’ protesta,
għadd ta’ drabi huma mnebbħa mill-problemi individwali u soċjali ta’ madwarna.
Inebbħuni l-esperjenzi personali u l-esperjenzi li jġarrab ħaddieħor.
2. Liema huma
l-pubblikazzjonijiet poetiċi tiegħek u fiex jikkunsistu fil-qosor?
L-ewwel ktieb tal-poeżiji tiegħi kien bl-Ingliż bit-titlu ta’ Time-Faring u ġie ppubblikat fl-1994 u
t-tieni edizzjoni fl-2001. Dan jinkludi esperjenzi personali, versi dwar
is-soċjetà, dwar it-tkasbir tal-jeddijiet umani u tal-ambjent naturali, u
poeżiji dwar ir-rabta mistika individwali u kollettiva tagħna mad-dinja u
mal-kożmos.
It-tieni ktieb poetiku tieghi, Xbihat
tal-Antenati / Ancestral Visions, hu bilingwi (bil-Malti u bl-Ingliż) u ġie
mitbugħ fl-2011. Il-poeżiji tiegħi jirriflettu dwar il-valur intrinsiku
taż-Żmien Neolitiku għalina llum. Huma mnebbħa kemm minn nies paċifiċi li bnew
l-imqades Neolitiċi Maltin kif ukoll minn nies ta’ madwarna fis-seklu wieħed u
għoxrin. Il-poeżiji jħarsu lejn u jispekulaw dwar bosta ħwejjeġ, ċirkostanzi u
esperjenzi sekulari u sagri li kellhom in-Neolitiċi li donnhom baqgħu xi ftit
jew wisq simili għalina fil-ġurnata tal-lum, u dawk li jidhru li nbidlu, bħal
per- eżempju, is-safa tal-ambjent naturali u r-rabta spiritwali li kellhom dawn
l-antenati man-natura. Il-ktieb
jistieden lill-qarrejja jeżaminaw kemm dak li rbaħna tul dawn l-aħħar eluf ta’
snin, kemm dak li tlifna, kif ukoll dak li għad nistgħu nerġgħu niksbu.
F’din il-pubblikazzjoni inkludejt xbihat bil-kulur ta’ xogħlijiet ta’
artisti mis-seklu tmintax sal-lum imnebbħa mill-kultura Neolitika ta’ Malta u
Għawdex kif ukoll ritratti tal-imqades tagħna u ta’ fdalijiet li nstabu fihom.
Il-biċċa l-kbira ta’ dawn ir-ritratti tal-wirt Neolitiku huma ta’ Daniel Cilia.
3. Xi tgħid dwar l-għażla
tal-forom metriċi u prosodiċi li tħaddem?
Jien inħaddem l-aktar il-vers ħieles għax inħoss li b’dan il-mod poetiku
nista’ nesprimi aħjar it-temi, l-ideat u s-sentimenti tiegħi. Il- forma,
il-metrika u r-ritmu għalhekk x’aktarx
jiġu u jinbnew waqt li qiegħda nikteb il-poeżija mingħajr ma nippjanahom qabel.
Xi kultant nara l-bżonn ta’, pereżempju,
xi tip ta’ rima interna u esterna jew xi intonazzjoni partikulari u dawn
ukoll bħal jiġu waħedhom. Is-sintassi li nuża hi ġeneralment ċara u xi waqtiet
inħoss il-melodija tal-poeżija waqt li nibda niktibha u għandi għadd ta’
poeżiji li ktibtilhom il-mużika u għalkekk tista’ ssejjħilhom ukoll kanzunetti.
4. Għal min taħseb jappellaw
il-versi tiegħek?
Kelli ħafna feedback pożittiv
speċjalment minn dawk li għandhom għal qalbhom il-jeddijiet umani, l-ambjent
naturali, l-esperjenzi spiritwali u l-perjodu Neolitiku tal-Gżejjer Maltin. U
anki minn dawk li f’sitwazzjonijiet diffiċli, bħal, ngħidu aħna, meta ġarbu
l-mewt ta’ qraba jew ħbieb, sabu wens f’ċerti poeżiji tiegħi li jittrattaw
esperjenzi personali varji. Naħseb li
l-versi tiegħi jistgħu jappellaw lil nies ta’ età, edukazzjoni u kulturi differenti.
5. Temmen li inti bħala poeta
mara tittratta xejriet mill-ħajja tal-bniedem b’sensittività jew minn
perspettiva differenti milli kieku kont poeta raġel? Kif tirreaġixxi għal dan?
Naħseb li l-grad ta’ sensittività tal-persuna ma tiddependix fuq jekk din
hix mara jew raġel. Jidhirli li individwi differenti huma sensittivi għal
ħwejjeġ u ċirkostanzi differenti. Dan jiddependi minn għadd ta’ fatturi,
fosthom l-esperjenzi tal-ħajja li jgħaddu minnhom personalment.
Nemmen li l-esperjenzi li għaddejt minnhom bħala tifla u mara poġġewni
f’pożizzjoni fejn nista’ nittratta xi xejriet mill-ħajja minn perspettiva
femminili u poeta raġel ukoll jista’ jittratta xi xejriet mill-ħajja minn
perspettiva maskili. Għalkemm wieħed ma għandux ikun kategoriku u riġidu
żżejjed, ta’ min isemmi li hemm aspetti bijoloġiċi tal-mara u tar-raġel li jpoġġuna
f’sitwazzjonijiet u f’esperjenzi differenti. Aħna n-nisa u l-irġiel ugwali iżda
m’aħniex l-istess. Fatt ieħor hu li għalkemm il-liġi miktuba f’pajjiżna ssemmi
l-ugwaljanza sesswali, għad hemm ħafna liġijiet soċjali mhux miktuba ta’
sterjotipar sesswali, kondizzjonar u ta’ atteġġament li wkoll ipoġġu r-raġel u
l-mara f’sitwazzjonijiet u f’tiġrib differenti. U ta’ spiss dawn il-fatturi
jissarrfu f’ċerti pożizzjonijiet u
perspettivi differenti.
6. Naf li inti waħda minn dawk li
fhimt bl-importanza li vrusek jiġu tradotti għal ilsna barranin. X’vantaġġi
hemm wara dan?
Jiena nikteb poeżiji oriġinali bil-Malti u bl-Ingliż. It-tnejn huma ilsna
li nħossni komda nikkellem bihom. U meta nikteb poeżija bil-Malti nħoss li
għandi naqlibha għall-Inliż u viċeversa. Għandi poeżiji maqluba minn ħaddieħor
għall-Franċiż, għat-Taljan u għall-Ġermaniż. Il-vantaġġ wara dan hu li taqsam
l-esperjenzi u l-ħsibijiet ma’ aktar nies u minn din il-komunikazzjoni tifhem
iżjed kemm aħna l-bnedmin ta’ ilsna u anki kulturi diversi aħna simili
fl-emozzjonijiet u fix-xewqat tagħna u kemm nistgħu nkunu ta’ wens u ta’
għajnuna għal xulxin.
7.
Hemm min jgħid li huwa apprezzat bħala poeta aktar barra minn Malta milli
f’pajjiżu? X’inhi l-esperjenza tiegħek f’dan ir-rigward?
Diversi drabi ġejt mistiedna f’pajjiżi barra minn Malta biex naqra
l-poeżiji tiegħi f’avvenimenti letterarji u artistiċi u nħossni apprezzata
bħala poeta. F’Malta wkoll inħoss li hawn dawk li japprezzaw il-poeżiji tiegħi.
Jien l-aktar li nixtieq hu li dak li ngħid iqanqal il-moħħ u/jew il-qalb
tal-qarrejja u s-semmiegħa jew ta’ wħud
minnhom u li l-poeżiji tiegħi joffru u jagħtu l-qatra żgħira tagħhom biex nibnu
dinja aħjar.
8. X’jista’ jsir biex il-poeta u l-poeżija jingħataw spinta ’l
quddiem f’pajjiżna?
Naħseb li jista’ jsir ħafna. L-ewwel nett fl-iskejjel l-espressjoni poetika
tal-istudenti tista’ tiġi mħarrġa u żviluppata aktar. Il-linġwaġġ poetiku ħafna
drabi jorbot b’mod ħolistiku l-qalb u l-moħħ u anki jgħin l-istudenti biex
jesprimu u jaqsmu l-ħsibijiet u l-emozzjonijiet tagħhom b’mod sinċier.
Tajjeb li fil-klassi jkompli jsir diskors analitiku u deskrittiv u li jkun
hemm diskussjoni dwar il-poeżiji magħżula fil-kotba tal-iskola. Hu importanti
li fil-klassi niddedikaw ħin biżżejjed ukoll għall-esperjenza nfisha tal-kitba
poetika u tar-reċitar tal-poeżiji, anki ta’ wħud magħżula mill-għalliema u
mill-istudenti. Naħseb li fil-fond tiegħu kull individwu hu artistiku u li dawn
l-eżerċizzji fil-klassi jagħtu lill-istudenti sens ta’ parteċipazzjoni u anki
sens ta’ gost u apprezzament estetiku u jservu għall-iżvilupp mentali,
emozzjonali u għal aktar komunikazzjoni. Jafu jġibu djalogu profond u
interattiv fil-klassi li jħalli effett pożittiv ukoll wara fil-lezzjonijiet ta’
suġġetti oħrajn.
Naħseb li jservi ta’ għajnuna wkoll jekk fuq it-TV u fuq ir-radju jkun hemm
aktar programmi letterarji u ta’ varjetà li jagħtu spazju lill-poeti u l-kitba
poetika, jekk aktar poeżiji ta’ stili differenti jidhru fil-ġurnali u jinqraw
f’serati live fil-bliet u l-irħula
tagħna u aktar poeti jiġu mistidnin biex jieħdu posthom mal-kantanti u
l-mużiċisti. Il-poeżija tista’ tistimula l-ħsibijiet u s-sentimenti mhux
biss ta’ dawk il-ftit li jmorru xi serata letterarja u li jaqraw il-kotba
tal-poeżiji, iżda tal-poplu inġenerali. Bħala soċjetà jixraq napprezzaw aktar
il-valuri estetiiċi kif ukoll il-benefiċċji prattiċi tal-poeżija.
9. U l-poeta mara fiex tinsab?
Meta wieħed iħares lejn il-kitba tal-ewwel snin tas-seklu għoxrin isib biss
poeti rġiel li kienu jippubblikaw antoloġiji bil-Malti. Imbagħad,
fil-ħamsinijiet, naraw il-poetessa Mary Meylaq titfaċċa fost bosta poeti rġiel
u jirnexxilha toħroġ għadd ta’ kotba ta’ poeżija fost xogħlijiet oħra ta’
kitba! Aktar tard, fis-sittinijiet u s-sebgħinijiet, bdew jagħmlu isem
il-poetessi nisa Doreen Micallef, Lillian Sciberras u Rena Balzan, u
fid-disgħinijiet, Maria Grech Ganado. Illum insibu aktar poetessi li wkoll jippubblikaw
bil-Malti poeżiji ta’ valur letterarju.
Biex ikollna poeti nisa kontemporanji daqs kemm hawn poeti rġiel irridu
nħeġġu aktar lin-nisa biex jiktbu, u nippromovu l-kitbiet li hawn tal-poetessi
Maltin. U aktar minn hekk, fl-iskejjel, meta l-istudenti jkunu qegħdin irawmu u
jiżviluppaw it-talenti u l-aspirazzjonijiet tagħhom, ngħallmuhom il-kitba
kreattiva. Fuq kollox fl-iskejjel nesponuhom mhux biss għall-poeti rġiel iżda
wkoll għall-poeti nisa. B’hekk l-istudenti jassoċjaw il-kitba poetika anki mal-mara
u dan jgħin il-bniet psikoloġikament u jinkuraġġihom biex jitħajru jiktbu
huma. Dan jgħin lis-subien ukoll biex
ikunu aktar reċettivi għall-leħen u l-perspettiv femminili mhux biss
fil-letteratura iżda wkoll fil-ħajja ta’ kuljum.
Għas-sillabu biex jinkiseb iċ-Ċertifikat għall-Edukazzjoni Sekondarja (Ċes)
tal-Malti tal-2012 u tal-2013, fis-sezzjoni tal-letteratura nsibu 39 test ta’
poeżija u proza magħżula mill-antoloġija Qawsalla.
Dawn id-39 test huma kollha miktubin minn irġiel. Jiddispjaċini ngħid li ma
nsibu l-ebda vuċi femminili. Għas- sillabu biex jinkiseb l-istess ċertifikat
fis-sena 2014 insibu l-ktieb ġdid Bejn
Ħaltejn. Fis-sezzjoni tal-poeżija dan il-ktieb jinkludi 14-il poeta. Tnejn
minnhom huma poeti nisa. Il-poeżiji taż-żewġ nisa huma qsar u bejniethom
jokkupaw 2 paġni. Bejn Ħaltejn għandu 26-il paġna ddedikati
għall-poeżiji għax xi wħud mill-poeżiji magħżula tal-irġiel huma twal. Għalhekk
2 paġni biss minn 26 paġna poetika huma ddedikati lill-leħen femminili. Aħjar
minn xejn ... Imma taħseb li dan hu biżżejjed?
10. Waħda mit-temi favuriti tiegħek hija r-rabta
tal-bniedem ma’ elementi jew
entitajiet u spazji li jmorru lil hinn minn dak li hu tad-dinja. Xi
tgħid dwar
dan?
X’hinu tad-dinja? Naħseb li kemm l-esperjenzi
fiżiċi kif ukoll dawk mentali u spiritwali jistgħu jissejħu tad-dinja ġaladarba
nħossuhom f’did-dinja. Il-bnedmin, it-tkasbir tad-drittijiet tagħhom, l-ambjent
naturali tal-ħxejjex, il-bhejjem, il-blat, il-baħar ... dawn naħseb li huma
tad-dinja u fil-poeżiji tiegħi ta’ spiss nitkellem dwarhom. Biex wieħed ikun
realistiku u jżomm perspettiva bbilanċjata jidhirli li ma għandux jinjora
l-kuntess tagħna l-bnedmin ġewwa d-dinja li tinsab fl-univers immens u
misterjuż. Dan hu l-veru kuntest li aħna ngħixu fih kemm imqajmin u kemm reqdin
u tajjeb li nikkonsidrawh u nfakkruh meta nirriflettu u nispekulaw dwar
l-eżistenza tagħna. U għalhekk jien nitkellem ħafna anki fuq il-kwiekeb,
is-sema u l-kożmos mil-lenti umana. Għandi bosta poeżiji li fihom insemmi
esperjenżi spiritwali u reliġjużi ġewwa din id-dinja u anki l-ħajja jew it-tama
u l-ħjiel ta’ ħajja wara l-mewt. Dawn lt-tipi ta’ esperjenzi umani jinfluwenzaw
l-aġir tagħna u l-istil ta’ ħajja li ngħixu f’din id-dinja.
11. Inti fost dawk il-poeti moderni li għażlu
jiktbu versi mirqumin u neqsin minn
lingwaġġ oxxen,
sensazzjonalist u li jdarras bla ebda skop ulterjuri. Xi tgħid
dwar din l-għażla tiegħek?
Jidhirli li l-lingwaġġ li nuża jien mingħajr kliem oxxen u mingħajr
frażijiet sensazzjonalisti u li jdarrsu hu lingwaġġ addattat għat-temi u
l-istil tal-poeżiji li nikteb jien.
Naħseb li dawk li jiktbu versi li jinkludu lingwaġġ oxxen,
sensazzjonalist u li jdarras ikollhom l-għan jew l-għanijiet tagħhom.
12. X’tagħmel
Marlene Saliba meta ma tkunx okkupata bil-poeżija u l-kitba?
Proġetti għall-ġejjieni?
Sa ftit ilu kont ngħallem il-letteratura u l-lingwa Ingliża. Issa ħadt
il-pensjoni u għandi aktar ħin għall-kitba u għal affarijiet oħra. Tinteressani
ħafna s-saħħa ħolistika u fejn nista’ ngħin volontarjament f’din il-linja.
Bħala delizzji nieħu pjaċir immur xi passiġġata mal-ħbieb jew noqgħod waħdi
għall-kwiet ħdejn il-baħar jew fil-kampanja. Inħobb insajjar xi ikla tajba u
nisma’ stili diversi ta’ mużika u ndoqq xi ftit il-kitarra.
Proġett għal din is-sena hu l-pubblikazzjoni tal-antoloġija Nimirħu maż-Żmien, il-verżjoni bil-Malti
tal-ktieb tal-poeżiji tiegħi Time-Faring.
Il-verżjoni bil-Malti ktibtha jien ukoll
u xi wħud minn dawn il-poeżiji jinsabu f’antoloġiji Maltin. Aktar tard din is-sena għandi mnejn nilqa’
stedina biex immur l-Ingilterra ħalli nippromwovi l-ktieb Xbihat tal-Antenati / Ancestral Visions.
(April 2013)
Subscribe to:
Posts (Atom)



.jpg)











