Din hija blog li tikkonċentra fuq il-letteratura kemm Maltija kif ukoll barranija. Huma inklużi wkoll aċċenni għal ħwejjeġ interessanti marbutin mal-kultura. Ara wkoll il-blog tiegħi www.pagnawarapagna.blogspot.com għal reċensjonijiet u studji dwar kotba differenti.
Monday, October 27, 2014
Thursday, October 16, 2014
Poetry and music - the last frontier
SADNESS
IN THE WORLD
Our throats shout
with fear of plagues,
of wars,
of religions.
But it has been always
like that.
What changed are the news
on TV, on Ipad, from mouth to mouth,
which go from one end to the other
of the continents
and spike in our minds.
Is there a way
to restore joy
in this world?
Teresinka Pereira
IN THE WORLD
Our throats shout
with fear of plagues,
of wars,
of religions.
But it has been always
like that.
What changed are the news
on TV, on Ipad, from mouth to mouth,
which go from one end to the other
of the continents
and spike in our minds.
Is there a way
to restore joy
in this world?
Teresinka Pereira
SILENCE
About six miles from Maastricht, in the Netherlands, lie buried 8,301 American soldiers who died in "Operation Market Garden" in the battles to liberate Holland in the fall winter of 1944-.
Every one of the men buried in the cemetery, as well as those in the Canadian and British military cemeteries, has been adopted by a Dutch family who mind the grave, decorate it, and keep alive the memory of the soldier they have adopted. It is even the custom to keep a portrait of "their" American soldier in a place of honor in their home. Annually, on "Liberation Day," memorial services are held for "the men who died to liberate Holland." The day concludes with a concert. The final piece is always "Il Silenzio," a memorial piece commissioned by the Dutch and first played in 1965 on the 20th anniversary of Holland's liberation. It has been the concluding piece of the memorial concert ever since.
This year the soloist was a 13-year-old Dutch girl, Melissa Venema, backed by André Rieu and his orchestra (the Royal Orchestra of the Netherlands). This beautiful concert piece is based upon the original version of taps and was composed by Italian composer Nino Rossi.
Watch at full screen.
http://www.flixxy.com/trumpet- solo-melissa-venema.htm
Watch at full screen.
http://www.flixxy.com/trumpet-
Friday, October 10, 2014
Tuesday, October 07, 2014
A poem of hope by Teresinka Pereira
Difficult times for humankind. However, Teresinka Pereira sends us a positive message through poetry during October, the Month dedicated to Poetry.
BROTHERHOOD
In the darkness of destiny
I am looking for a quest.
In my verses, trip into a
puzzle,
I try to be humble, and give
the perfect love
raising my hands
to reach everyone...
Here I come, with all poets,
looking for a time to make
peace:
our verses will erase the
borders
and will enter the countries,
like the sea when if passes
through
obstacles to reach the sand...
We come with hopes and raise
our voices beyond the bells
in the celebration day:
we want to answer with words of
hope
for universal brotherhood
and we will wish peace
for the whole world.
Teresinka
Pereira
Friday, October 03, 2014
A poem and best wishes for the autumn from Greek poet, Zacharoula Gaitanaki
MY
COUNTRY GREECE
My country, I want to sing
your beauties, your picturesque islands and seas.
In the clear blue waters the life giving sun
is for everybody laughter, joy and friend.
In each holy stone of yours and every shrine,
History stopped to relax a while.
In stone mule paths and in white country chapels
in small harbors sheltered from wind, in heavenly places…
Wherever I look around, I see you everywhere
and with deep emotion, my Greece, I fill with tears.
My unique country, give me your inspiration
to say hymns for you to the end of the world.
ZACHAROULA GAITANAKI, IWA
ZONI Dimou Megalopolis *
220-22 * Arcadia * Greece
e-mail:
zgaitanaki@yahoo.gr
Sunday, September 28, 2014
IL-ĦSIEB TAL-MATERNITA’ FIL-POEZIJA TA’ DUN KARM minn Alfred Massa
Ix-xahar ta' Ottubru jintrabat mal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila. Dan huwa artiklu li parti minnu jidher fuq ir-rivista letterarja IL-PONT ta' Ottubru 2014.
L-omm hija l-egħżeż
persuna li jista’ jkollu l-bniedem. Dan
għax l-imħabba tagħha tiżboq kull imħabba oħra li teżisti fid-dinja. Għalhekk, ir-rabta bejn l-omm u wliedha
dejjem serviet bħala eżempju ta’ l-akbar għaqda. Mhux ta’ b’xejn, mela, li l-maternita’ sabet
post prominenti f’diversi fergħat artistiċi
- inkluża, naturalment, il-Poeżija.
Dun Karm Psaila
(1871-1961), il-Poeta Nazzjonali tagħna, dan fehmu tajjeb u tah prominenza
liema bħalha fil-poeżiji li ħallielna. Għalih
kienu jeżistu tliet ommijiet: l-omm naturali, l-omm patrijottika u l-omm
tas-sema. Naturalment, dwar dan is-suġġett tista’ tinkiteb teżi sħiħa, iżda
f’dan il-ħin (l-ispazju) limitat ser nipprova nagħti biss ħjiel ċkejken tiegħu.
Omm Naturali:
Dun Karm kellu rabta speċjali
m’ ommu. Wieħed ma jridx jinsa l-fatt li
hu kien saċerdot. Ma kellux mara ma’ min
jaqsam ħajtu. Għalhekk, lil ommu
Lunzjat, kif jgħid wisq tajjeb il-Prof. Ġuże’ Aquilina, “il-poeta qatt ma nesa lanqas fi xjuħitu”. (“Antoloġija”: A.C.
Aquilina, 1969).
L-imħabba li Dun Karm
kellu lejn ommu ħarġet f’diversi poeżiji li kiteb. Lil missieru Filippu qajla semmieh, ħlief
fil-poeżija Żjara lil Ġesù. Kitiblu wkoll sunett bit-Taljan A Mio Padre Morto. Sunett sabiħ, iżda ma damx ma ntesa għall-importanza
li tgawdi l-imħabba, li kellu lejn ommu.
Din l-imħabba materna
kultant il-poeta wrieha b’mod ċar u espliċitu, u kultant għaġinha ma’ mħabba ġenerika
li wieħed isib bejn l-omm u wliedha.
Insemmi b’eżempju poeżiji bħal Il-Wegħda,
Is-Salib, Biki ta’ Omm, Univers Ieħor u oħrajn. Imbagħad f’poeżiji oħra, Dun Karm kien aktar
miftuħ u dirett bħalma nsibu f’ Il-Jien u
lil Hinn Minnu, Waħdi, Żjara lil Ġesù, Int ma Tarġax u Il-Kelma t’ Ommi.
Iżda forsi l-aktar versi
qawwija li jikxfu x’kienet tfisser ommu għalih, Dun Karm nisiġhom lejn tmiem
it-tieni strofa tal-poeżija Żjara lil Ġesù.
“ ftakart fik u
donni
ħassejt li ma kellix iżjed
x’nambiha
din il-ħajja li tajtni hekk għażiża,
la darba ma kont nista’, ferħ jew
niket,
taqsamha miegħi; u taħt l-art ħanina
fit-tgħanniqa tal-mewt xtaqt
norqod miegħek.”
Omm Patrijottika
Il-poeti romantiċi kienu
jħobbu jippersonifikaw; u Dun Karm ma kienx xi eċċezzjoni. Mhux biss, imma f’diversi xogħlijiet huwa
immaġina lil art twelidu “mara għaqlija” (Liema?). Fuq kollox, immaġinaha diversi drabi “omm” bħalma
sejħilha fl-Innu-Talba li ħallielna biex ikun parti mill-identita’ dejjiema tagħna:
“L-Omm li tatna isimha”.
Dan kollu għax il-poeta
kien jemmen bis-sħiħ li m’hemmx imħabba isħaħ u aqwa minn dik li tgħaqqad
l-omm ma’ wliedha. U l-imħabba ta’ Dun Karm lejn Malta daqstant
kienet kbira ! Ħabbha fi żmien meta
bosta minn ħutu l-Maltin kienu “rieqda ġo sodda barranija” (R. Briffa: Jum ir-Rebħ). Iżda hu ma staħax, ma baqax lura milli stqarr
pubblikament imħabbtu lejn din l-omm patrijottika:
“Iżda daqsek lil ħadd O Malta
tiegħi
għax int biss ommi, int tajtni
l-isem
u
għadmek għadmi u demmek jiġri miegħi.”
Din l-istqarrija ta’ mħabba
fis-sunett Lil Malta tirbombja f’poeżiji
oħra; hekk kif jirbombjaw frażijiet bħal: “Malta tiegħi”, “Malta tagħna”, “maħbuba
Malta tiegħi”, “art ħanina”, u oħrajn.
Min-naħa l-oħra, minħabba li l-poeta ħabbha tabilħaqq lil art twelidu,
huwa ma naqasx li jwiddibha biex ma titbiegħedx mit-triq tas-sewwa kif għamel
fil-poeżiji Biki ta’ Omm u Lil Malta
tal-lum u ta’ għada.
Omm
tas-Sema:
Naturalment, kemm bħala kattoliku
u wisq aktar bħala qassis, Dun Karm ma setax jonqos li ma jħobbx b’imħabba speċjali
lill-Madonna. Għalih Marija kienet
it-tieni ommu tiegħu, jekk mhux l-ewwel.
Il-poeżiji Marjani ta’
Dun Karm huma diversi. Il-Prof. Ġuże’
Aquilina jgħid li, “Il-poeta tal-Madonna
fil-letteratura Maltija jibqa’ Cuschieri, b’dawk il-versi tan-nar u mħabba,
naturali ħafna mingħand Karmelitan, iżda bis-sunett Mater Purissima Dun Karm laħaq, u forsi għadda lil Cuschieri”
(“Antoloġija”: A.C. Aquilina, 1969). Dan
is-sunett Aquilina jsejjaħlu “ġawhra
tal-letteratura tagħna”.
Ma’ dan is-sunett jiena
nżid tnejn oħra: Bjuda u Id-Duluri. Wieħed jista’ bir-raġun kollu jistqarr li
f’poeżiji bħal dawn il-poeta wera tabilħaqq il-kobor ta’ Marija, effett
tal-Maternita’ divina tagħha. Għax
kollox hu frott tal-fatt li l-Madonna hija omm Alla. Għalhekk hija daqstant sabiħa, setgħana, ħanina;
għax hi omm il-Feddej. Hawn jinħass
jonfoħ ir-riħ tal-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni, li jispikka b’mod tassew eċċellenti
fl-aħħar terzina tas-sunett Bjuda:
“U ħlomt ħolma tal-ġenna -
dehra ġdida !
Rajtek tkebbeb, bħal star tfajla
Lhudija
Li kienet xebba u kellha ’l binha
f’idha.”
Iżda Dun Karm ried ipoġġi
quddiemna lill-Madonna bħala omm tagħna wkoll.
Ommna li tħobbna. Għalhekk isejħilha
“Int, omm li taf tagħder” (Mater
Purissima); “Int Omm minn tagħna” (Id-Duluri);
“Xemx ħanina” (Angelus); “Int l-omm
l-aktar sabiħa” (Il-Għanja ta’ Mejju).
Il-poeta għandu sejħat oħrajn lil Marija
imxerrdin f’diversi poeżiji.
L-imħabba ta’ Dun Karm
lejn il-Madonna twaħħdet miegħu sewwa.
Hu kellu fiduċja fiha daqskemm kellu f’Binha Ġesu’. Għalhekk bħalma Anastasju Cuschieri O.C.
fil-poeżija Fis-Santwarju tal-Madonna
tal-Karmnu talab lil Marija tersaq lejn soddtu fis-siegħa ta’ mewtu, naraw
li Dun Karm esprima l-istess ħsieb fil-poeżija Lil Ommi Marija:
“Deh, meta tersaq l-aħħar
Siegħa tal-ħajja tiegħi,
Nixtieq ingħannqek miegħi
Ngħajjatlek ‘Ommi’ u mmut.”
Din ix-xewqa takkompanja
oħra bħalha li tinsab lejn tmiem il-poeżija Saffika Il-Vjatku. Hawn il-poeta
sejjaħ lil Ġesu’ biex imur ukoll iżuru fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu:
“L-aħħar Ħabib, ejja ġo sidri, u
qiegħed
Qalbek fuq qalbi u minn kull dnub
saffiha;
Miegħek mgħannaq, Ġesu’ naqbad
bla biża’
it-triq ta’ dejjem.”
Għeluq:
~ertament li hemm ħafna
aktar xi tgħid dwar il-ħsieb tal-maternita’ fil-poeżija dunkarmjana, iżda minħabba
limitazzjoni ta’ spazju (tal-ħin), ma stajtx nelabora iżjed. B’danakollu, inħoss li s-sustanza tinħass
sewwa. Dun Karm ħares dejjem lejn
il-Madonna bħala omm. U jekk omm ma
tgħallimx lil uliedha, x’omm tkun? Għalhekk, huwa qiesha wkoll bħala għalliema
- OMM u GĦALLIEMA, kif
isejħilha fil-poeżija Sedes Sapienziae:
“Miġburin hawn madwarek, Madonna,
Bħalma darba kien jagħmel Ġesu’,
F’din l-iskola ta’ mħabbtek għidilna
It-tagħlim ta’ dan Ibnek x’inhu.”
F’Kitba oħra, jien sejjaħt lil Ħal
Tarxien Ir-Raħal ta’ Marija u
l-Oratorjo li ktibt għammidtu bl-isem ta’ Ħal
Tarxien, Iben Marija. Dan għax
nemmen bis-sħiħ fir-rabta li teżisti bejn dan ir-raħal u l-Madonna. Araw kemm statwi, kemm artali, għandna
fil-knisja tagħna li jfakkruna f’Ommna Marija!
Araw kemm għandna nisa u tfajliet li jġibu l-isem ħelu tagħha! Araw kemm statwetti maġenb il-bibien ta’
djarna, kemm niċeċ jinsabu mxerrdsin mar-raħal li jikxfu l-għożża li għandna
lejn din Ommna tas-Sema! Il-Banda tagħna
stess iġġib l-isem ħlejju ta’ Marija Annunzjata!
Kollox juri l-imħabba li
ta’ qabilna kellhom lejn Marija; imħabba li żergħuha fi qlubna u jalla li aħna
ngħadduha lil ta’ warajna. Għax dejjem
qisna lil din il-mara bħala omma ħanina, omm twajba, omm mitlufa wara
wliedha. Hekk għamel Dun Karm Psaila
fil-versi tiegħu; hekk għandna nagħmlu aħna fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.
Saturday, September 27, 2014
INTERVISTAT MANUEL CASHA DWAR IS-CD Maltese Traditional Melodies (2013)
Twieled il-Birgu . Trabba l-Kalkara u emigra lejn l-Awstralja meta kellu 18-il sena fl-1963. Attenda l-Kulleġġ De La Salle f’Malta u Taylors College u Swinburne College of Technology fl-Awstralja. Segwa korsijiet oħrajn fil-kitba kreattiva, il-kitba tal-iskripts u l-kitba għat-teatru. Ippubblika l-ewwel ktieb tal-poeżiji tiegħu flimkien ma’ Joe Axiaq u Philip Camilleri bl-isem ta’ Bejn Vjagg u Ieħor. Il-poeżiji tiegħu dehru wkoll f’Irjieħ u Frott Ieħor. Daqq f’diversi gruppi ta’ mużika popolari bejn is-snin sittin u tmenin. Ipproduċa għadd ta’ albums mużikali għal artisti Maltin f’Melbourne u kiteb bosta kanzunetti għal artisti Maltin lokali. L-album tiegħu NEON hu magħruf qatigħ fost il-Maltin li jgħixu barra minn Malta. L-album tiegħu TILA li ħareġ flimkien mal-għannej popolari Frans Baldacchino “il-Budaj” kien l-ewwel inizjattiva komuni bejn Malta u l-Awstralja , fejn Manuel ħoloq u rrekordja l-arranġamenti u Frans kanta l-lirika tiegħu flimkien mal-mużika. Manuel għadda dawn l-aħħar tletin sena jirriċerka dwar il-mużika indiġena tal-Għana u l-Prejjem, u ħareġ l-aħħar CD tiegħu Maltese Traditional Melodies fl-2013. Manuel ilu impenjat fi programmi tal-ilsien Malti fuq bosta radjijiet fl-Awstralja għal dawn l-aħħar erbgħin sena.
Ili ngħix fl-Awstralja mis-sena 1963. Matul dan iż-żmien kont involut fix-xena popolari lokali
Awstraljana. Meta waqaft, ikkonċentrajt fuq il-Mużika Tradizzjonali Maltija.
L-ispirazzjoni li niġbor u nesprimi dawn it-temi Maltin kien
mezz kif nuri, kif inwassal il-messaġġ tal-mużika Maltija f’dan il-kontinent.
Imma mhux speċifikament għall-Maltin biss, għax il-wirt kulturali Malti,
partikolarment il-mużika tradizzjonali tal-Għana u l-Prejjem, huwa mezz kif aħna
l-Maltin nuru li aħna għandna x'noffru kulturalment u mhux biss hekk, imma l-mużika
tradizzjonali tagħna fformat parti mill-iżvilupp tal-ħajja ta’ dan il-pajjiż mindu
nfetħet l-emigrazzjoni mill-Ewropa wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Aħna l-Maltin wasalna hawn bl-eluf wara li
nfetħet l-emigrazzjoni għall-Awstralja u huwa importanti li nuru l-karattru
kulturali tagħna flimkien ma’ nazzjonijiet oħra li ssetiljaw hawnhekk bħalna.
F'dak iż-żmien, it-taħlita multikulturali bdiet tħalli
l-influwenzi tagħha għax bdew jidhru bosta tipi ta’ mużika minn kull naħa
tal-Ewropa u aħna l-Maltin konna niffurmaw parti minn dan l-iżvilupp li llum
biddel il-fibra tan-nazzjon Awstraljan. Imma għalkemm dawk id-dilettanti li
kienu jħobbu l-kitarri Maltin flimkien mal-Għana Malti baqgħu jipprattikaw
il-mużika li kienu jgħożżu fil-privazija tad-djar tagħhom, ma rnexxilniex
noħorġu fil-beraħ u nuru l-wirt tagħna bħalma kienu qed jagħmlu nazzjonijiet oħra.
Matul iż-żmien sar progress u llum anki għandna clubs fejn tista’ tmur tisma’ l-kitarri u l-għana imma nħoss li
fix-xena mużikali popolari qatt ma rnexxielna nifirħu b'rixna, meta għanda tradizzjoni
rikka u ta’ min jiftaħar biha.
Kulma ppruvajt nagħmel fis-CD "Maltese Traditional
Melodies" huwa li nesprimi
il-melodiji antiki li jeżistu fit-tradizzjoni Maltija tal-Għana u l-Prejjem u
nippreżentahom f’dan il-kontinent b'mod li nispera li jappella mhux biss
għalina l-Maltin imma għan-nazzjonijiet l-oħra li jħobbu l-mużika ġeneralment.
2. Għal min hija
mmirata din it-tip ta’ mużika fejn tlaqqa’ l-melodija u l-akustika? Kif
tintlaqa’ mill-kbar u miż-żgħażagħ?
Il-mużika fis-CD
"Maltese Traditional Melodies" hija mmirata għal kull minn iħobb l-mużika
u partikolarment il-ħoss xi ftit aktar universali u poplari tal-kitarri. Però
ta’ min jgħid li dawk li jħobbu l-mużika tradizzjonali Maltija x'aktarx
jindentifikaw mal-melodiji aktar, għax wara kollox apparti minn żewġ
kompożizzjonijiet li għamilt bħala dedikazzjoni, il-kontenut huwa kollu ibbażat
fuq melodiji fokloristiċi Maltin
partikolarment tal-Ghana u l-Prejjem. Numru ta’ Cd's jinsabu għand nies
Awstraljani u nazzjonalitajiet oħra diversi għax wara kollox fit-temi
tradizzjonali tagħna l-Maltin hemm influwenzi Ewropej u anki tal-Lvant Nofsani.
Hawnhekk fl-Awstralja t-taħlita multikulturali hija qawwija għalhekk ma niskantax
li l-appell huwa aktar universali.
Is-CD għaddejtha lill-kbar u liż-żgħażagħ. Nemmen li
l-effett ta’ dawn il-melodiji fuq il-ġenerazzjojiet huwa differenti. Il-kbar
japprezzaw ċerti kwalitajiet nostalġiċi li x’aktarx ifakkruhom fi żmienhom f’Malta; allura hawn tidħol in-nostalġija, imma għaż-żagħżagħ
din il-mużika toħodhom lejn l-għeruq tagħhom. Hawnhekk hawn numru ta’ kitarristi
primi li twieldu f’dan il-kontinent u jħabbtuha mal-aħjar daqqaqa li kellna f’Malta.
Bosta minn dawn huma wlied l-għannejja u l-kitarristi, imma dawn twieldu hawnhekk
u l-influwenzi tagħhom huma tassew differenti minn dawk ta’ missirijiethom.
Lil dawn għaddejtilhom CD u għalkemm jien ikkonċentrajt
li noħroġ il-qalba tal-melodiji tat-temi tal-prejjem Maltin, dawn iż-żgħażagħ
kapaċi jimprovizzaw l-isbaħ prejjem li jinvolvu ċerti passaġġi tradizzjonali
kumplessi. L-influwenzi ta’ dawn iż-żgħażagħ kienu influwenzati minn daqqaqa bħal
Karmnu Kardona 'it-Tapp", Indri Brincat "il-Pupa", Lippu Gauci
'tal-Imqabba' u oħrajn.
Il-melodiji li użajt f’“Maltese Traditional Melodies”
huma bbażati fuq id-daqq ta’ kitarristi leġġendarji li dejjem ammirajt,
partikolarmet Indri Brincat "il-Pupa", imma kemm stajt ippruvajt
noħroġ il-melodija għalkemm hemm ukoll xi improviżazzjoni ħafifa wkoll. Dawn
m'humiex melodiji li kkomponejt jien, imma huma melodiji tradizzjonali Maltin
li huma wirt kulturali tagħna. Naturalment l-arranġamenti li għamilt jesprimu
d-daqq kif inħossu jien.
Rigward il-komunità Maltija ġenerali is-CD intlaqa’
tajjeb.
3. Dik li għażilt
hi mużika li tiġġenera sens qawwi ta’ nostalġija. Taħseb li hi apprezzata iktar
l-Awstralja u barra minn Malta, jew Malta? Għaliex?
Jista’ jkun li
l-melodiji jiġġeneraw sens ta’ nostalġija għax jippreżentaw id-daqq nazzjonali
tagħna. Nemmen li kull Malti, dilettant jew le tal-mużika tradizzjonali
Maltija, iħoss ċertu tqanqil meta jisma’ l-melodija tar-"re minore",
li fuqu jitkanta "l-Għana tal-Fatt". Ħafna Maltin jiftakru l-faxxikli
li kienu jiġu ppubblikati fl-imgħoddi bir-rakkonti u l-fatti ta’ "L-Għarusa
tal-Mosta", "Toni Bajjada" "L-Assedju l-Kbir", eċċ.
Din kienet il-pop mużik ta’ dak iż-żmien. U hawn ta’ min ifakkar li l-ewwel
diski li saru kienu diski tal-Ghana li kienu l-aktar mitluba f’dak iż-żmien.
Nemmen li d-daqq Malti huwa apprezzat ugwalmet,
sewwa f’Malta kif ukoll barra minn Malta fejn jgħixu l-emigranti. Naturalment meta
Malti jaghmel żmien ’il bogħod minn Art Twielidu t-tifsira ta’ affarijiet
Maltin issir aktar sinifikanti għalih/għaliha,
imma nemmen li f’Malta l-imħabba lejn id-daqq Malti fost id-dilletanti u
l-poplu ġenerali għadhom qawwija. Għalkemm għadha teżisiti ċerta stigma
fis-soċjetà Maltija kontra l-Għana Malti, nemmen li l-melodiji tradizzjonali
Maltin baqgħu l-aktar rappreżentattivi tal-poplu Malti. Eżempju ta’ dan kien
ix-xogħol tal-maestru Charles Camilleri li ħa s-sugu tal-melodiji Maltin u
pproduċihom b'temi klassiċi li sal-lum għadhom magħduda bħala kapolavur.
Ma ninsewx ukoll l-ewwel CD tal-Għana li sar
f’Malta kien ta’ grupp ta’ għannejja u kitarristi Maltin, Frans Baldacchino
'il-budaj', Manwel Parnis, John Saliba 'ta’ Birżebbuġa', Karmnu Bonnici ‘il-baħri'.
Dawn kienu taw numru ta’ preżentazzjonijiet f’Pariġi.
4. Minn xiex
inhu magħmul dan is-cd? Iddeskrivi fil-qosor il-biċċiet li għażilt.
Dan is-CD "Maltese Traditional Melodies" huwa
ġabra ta’ bċejjeċ ta’ melodiji tradizzjonali Maltin, partikolarment meħuda mill-qasam
tal-muzika tradizzjonali tal-Prejjem Maltin. Fl-espressjoni ta’ kif daqqejthom hemm
numru ta’ elementi moderni, skont l-influwenzi tal-qasam ta’ minn fejn ġejt
jien bħala mużiċista. Imma rigward il-melodiji Maltin, dawn huma dominanti fuq
kull stil u jżommu id-dinjità tagħhom f’diversi esperessjoni u stil.
1. FA
TAN-NOFS TON: Din hija melodija li hija użata biex fuqha jitkantaw fatti u
poeżiji. Anki dawk li m'humiex dilettanti tal-Għana Malti jagħrfu din il-melodija
mal-ewwel noti tagħha.
2. RE MINORE "TAL-FATT": Din hija
melodija li fuqha jitkantaw il-fatti bħal ngħidu aħna "L-Għarusa tal-Mosta".
Wieħed mill-aħjar protagonisti ta’ dan l-għana kien Manwel Cilia li għad hawn records tiegħu fil-ħwienet tad-diski.
3. EJJA WENZU: Din hija dedika
għall-għannej/kittieb/poeta/awtur Frans Baldacchino "Il-Budaj" li
kien ġenju fil-qasam tal-mużika Maltija. Frans kien ħoloq karattru li kien jużah
fuq il-programmi tiegħu fuq ir-radju li kien semmieh "Wenzu". Għal
ċertu żmien Frans 'il-Budaj"tant kien jippreżentah b'sens realistiku li l-udjenza
kienu jaħsbu li kien bniedem veru.
Kif jaf
kulħadd illum, Wenzu kien karattru fittizzju li kien ħoloq Frans
'il-Budaj". Matul iż-żmien ħloqt
din il-biċċa mużika bi stil Bluegrass
bħala tislima għal Wenzu. Frans il-Budaj kien ħabib u kollega. Il-memorja tiegħu
tgħix miegħi għal tul ħajti.
4. "LANCA ĠEJJA U OĦRA SEJRA" hija
melodija li llum tifforma parti mill-folkor Malti avolja għandha influwenzi Ewropej.
5. PINTO LANE hija stil Country and Western u kienet it-triq li kien jgħix fiha l-kitarrist
prim leggendarju Indri Brincat 'il-Pupa". Indri kien l-ispirazzjoni tiegħi
għall-mużika tradizzjonali Maltija. L-ewwel darba li smajtu kelli biss seba’
snin. Wara numru ta’ snin kont iltqajt miegħu u intervistajtu għal bosta sigħat. Indri kien l-idolu tiegħi fid-daqq
tradizzjonali Malti. Kull meta kont inżur Malta kont immur bosta drabi Pinto
lane fejn kien jgħix u jaħdem Indri Brincat 'il-Pupa".
6. LIL BAMBINU take 1: Din hija dedika għal Mikiel Abela
'il-Bambinu" li tant ta kontribuzzjoni qawwija lill-Għana Malti permezz
tal-Għana u l-Fatti tiegħu. "Il-Bambinu" kien ħare bosta diski li għadhom
fl-idejn sal-lum.
7. L-GĦANJA TAS-SUFFARA ħadet isimha minn għanja politika li kienet
ħarġet kmieni fis-snin sittin fl-eqqel tal-battalja Politiko-Religjuża ta’ dak
iż-żmien. Il-melodija kienet diġà dehret fuq
diska ta’ Manwel Mercieca 'is-Simmenza" li kien jisimha "Tifħir lil
Malta" imma darba reġgħet ħarġet b’suġġett politiku fis-snin sittin, fejn
l-għannej magħruf bħala "il-Papa" għanniha b'tema politika, l-għanja
baqgħet magħrufa bħala "l-Għanja tas-suffara".
8. IL-ĦANUT TA' DWINU: Din il-għanja meħuda
mit-tema prinċipali ta’ kummiedja mużikali
li kont ktibt ghall-Maltese Performing
Arts Association hawn f’Melbourne. Din ġiet ippreżentata fil-Lithaunean Theatre f’Melbourne għall-ewwel
darba u kienet ta’ suċċess. Aktar tard kienet reġgħet saret fil-Maltese Cultural Centre , f’Albion, għal
darb'oħra b’suċċess u attendenza massima.
9. IŻ-ŻEJTUN: Iż-Żejtun huwa magħruf bħala l-qalba
tal-Għana Malti. Dan ir-raħal ipproduċa ħafna mill-aħjar għannejja u kitarristi
leġġendarji. Din hija dedika speċjali għal dan ir-raħal.
10. GADANZI: Gadanzi hija interpretazzjoni ta’
varjazzjonijiet fuq il-kadenzi li jintużaw fl-Għana Malti. Dawn huma kollha bbażati
fuq kadenzi li smajt jindaqqu fiż-żmien li ili nirriċerka l-Għana Malti.
11. GĦANA BLUES: Dan hu esperiment ieħor kif
il-prejjem jistgħu jintużaw f’tempi oħra barranin. F’dan il-każ esperimentajt
bil-mużika Blues li hija influwenza
Amerikana.
12. IL-BAMBINU take 2: Din hija dedika għal
Mikiel Abela 'il-Bambinu" li tant ta kuntribuzzjoni qawwija lill-Għana
Malti permezz tal-Għana u l-Fatti tiegħu. "Il-Bambinu" kien ħareġ
bosta diski li għadhom fl-idejn sal-lum. Il-melodija hija ibbażata fuq waħda
mill-melodiji li kien jgħanni bihom.
13. Din hija bħal overture li tiġbor afna mill-melodiji li jinstemgħu f’dan is-CD u
tirriflettihom f’ġabra ta’ temi li jagħlqu x-xogħol.
14. Din hija melodija b'kitarra waħda, klassika,
li hija tislima speċjali għal Indri Brincat "il-Pupa" li miet fl-2010
u li kien l-ispirazzjoni sa minn tfuliti
għall-ġibda tiegħi lejn il-kitarra. Indri kien għallimni ħafna fuq il-teknika
tad-daqq tal-Prejjem u s-sistema tal-Għana Malti. Huwa kien bniedem li kien ilu
jdoqq u jakkumpanja l-għannejja sa minn tfulitu. Indri kien ġeneruż sal-aħħar
miegħi u kien għajnuna kbira fir-riċerka tiegħi fl-Għana Malti.
5. Kif tlaqqa’
l-mużika u l-poeżija flimkien?
Il-muċika, il-lirika u l-vers huma bħal ħoloq ta' katina
b’konnessjoni mal-emozzjoni u l-ispirazzjoni u kollha marbuta ma’ ċerta
spiritwalità u riflessjoni. Jekk tagħfas il-korda tar-"re minore"
fis-silenzju tal-lejl, diġà għandek mitt riflessjoni li jgħaddu minn moħħok li
huma ispirati mill-ħoss tal-korda minura.
Niftakar meta kont nippreżenta l-programmi tar-radju mal-qatt
minsi Dr Ġużè Abela, fil-bidu tax-xandir bil-Malti f'Melbourne, huwa kien talabni
biex nagħmillu sfond bil-kitarra għall-poeżiji tiegħu. Kien irrikordjahomli fi studio u smajthom darba mingħajr ma ħdimt
fuqhom. Meta ġejt biex nagħmillu sfond bil-kitarra, tfajthom dirett u daħħalt ċerti
noti skont kif beda jolqotni l-vers tiegħu. Dan ir-rikording għadu jintuża sal-lum
fuq stazzjonijiet varji bil-Malti hawnhekk. Kull nota ta’ sfond li daqqejt
kienet ispirata mil-lirika li bdejt nisma’ ta' Ġużè Abela. Il-vers u l-mużika
kienu katina fl-espessjoni tal-versi.
6. Għadek tikteb
poeżiji u f’liema okkażjonijiet?
Iva, għadni nikteb
poeżija imma ma tantx għadni naqra x-xoghol tiegħi fil-pubbliku. Kultant xi waħda
jew tnejn mill-poeżiji tiegħi jiġu ppubblikati f’xi ġurnal f’Malta imma b’anqas
frekwenza minħabba l-fatt li l-mużika ilha ftit tiddomina l-proġetti tiegħi dan
l-aħħar.
Dan iż-żmien ftit anqas prolifiku u aktar insib ruħi nnizżżel
ħsibijiet a la Stream of Conciouseness.
7. Proġetti għall-ġejjieni?
Il-proġetti tiegħi ma jiqfux. Waqt li għadni kif ħriġt is-CD
“Maltese Traditional Melodies” li ħadli parti kbira mill-ħin tiegħi, bħalissa qed naħdem fuq ktieb fuq Il-Muzika Tradizzjonali Maltija tal- Għana u
l-Prejjem. Dan nispera li joħroġ is-sena d-dieħla.
Nixtieq li niġbor għażla ta’ poeżiji tiegħi minn dawn l-aħħar erba’ diċennji u
nippubblikahom. Għandi wkoll dramm ġdid bl-Ingliż li jittratta fuq il-ġenerzzjoni
tieghi tas-sittinijiet hawnhekk fl-Awstralja, li konna affettwati bil-gwerra tal-Vietnam.
Xi wħud minn sħabi għajtulhom bil-lieva u anki servew f’din il-Gwerra. Il-play ġdida tiegħi Hello Goodbye tittratta fuq dawk iż-żminijiet. Il-play l-oħra The Last Days li kont ktibt ġiet ippreżentata minn STAG Theatre xi
tliet snin ilu. Din kienet tirrifletti l-ħajja tal-emigrant li wara diċennji jgħix’
il bogħod minn art twelidu, darba jitlef is-sieħba tiegħu jiddeċiedi li jerġa’
lura f’art twelidu u jerġa’ jipprova jkompli l-ħajja li ħalla warajh 50 sena
ilu. Naturalment il-konflitti huma bosta.
Matul iż-żmien li ili involut fil-komunità Maltija ktibt
u rrekordjajt bosta songs bil-Malti għal
artisti differenti. Kelli proġett f’moħħi fejn dawn nikwalizzahom u noħroġhom
fuq double CD. Insomma xogħol u ideat
għal proġetti huma bosta imma l-ħin u ż-żmiem jikkmandaw.
Patrick Sammut (Lulju 2014)
Tuesday, September 02, 2014
JOĦROĠ IL-PONT TA' SETTEMBRU 2014, NUMRU 24
Għadu kemm ħareġ IL-PONT ta' Settembru 2014, ħarġa numru 24. F'din ir-rivista letterarja online wieħed isib poeżiji b'ilsna differenti, aħbarijiet marbutin mad-dinja tal-letteratura, tagħrif dwar pubblikazzjonijiet reċenti u oħrajn inqas reċenti, kontribuzzjonijiet minn kittieba differenti, l-editorjal u iktar.
F'din il-ħarġa qed titħabbar għall-ewwel darba il-pubblikazzjoni tal-ktieb ġdid u postumu tal-mibki Frans Sammut, ĠRAJJET IT-TAGĦLIM F'MALTA. Dan permezz ta' intervista ma' iben l-awtur Mark Sammut, intervista li wieħed jista' jaqra sħiħa fuq din l-istess blog.
Kull min jixtieq jibda jirċievi din ir-rivista online jista' jikteb direttament lill-editur f'dan l-email: sammutpatrickj@gmail.com
Ara l-ħolqa: http://www.scribd.com/doc/238458750/Settembru-2014
Ara l-ħolqa: http://www.scribd.com/doc/238458750/Settembru-2014
KTIEB ĠDID TA' FRANS SAMMUT - ĠRAJJET IT-TAGĦLIM F'MALTA Vol. 1. Intervistat ibnu, Mark Sammut
1.
Intqal
li dan il-manuskritt instab b’kumbinazzjoni f’kompjuter antik li missierek kien
juża għal xi snin. Kien l-uniku dokument li rnexxielkom issalvaw minn hard disk sħiħa. X’ħassejt inti u taqra
dan il-manuskritt għall-ewwel darba?
Iva, meta ġie nieqes il-papà naturalment bdejna
naraw ftit x’kien hemm fost il-karti tiegħu. Hu proċess li għadna għaddejjin
bih, għax hemm minjiera sħiħa ta’ aktar minn 40 sena ta’ riċerka u kitbiet.
Fittixna fil-kompjuters ukoll. Il-papà kien għamel żmien twil jikteb fuq
Macintosh, u mbagħad qaleb għal PC. Dan il-manuskritt (Ġrajjet it-Tagħlim) sibnieh appuntu fuq il-Macintosh. Bdejna naqrawh ħija u jien, u f’ħin
bla waqt mietet il-hard disk. Tista’ timmaġina l-qatgħa! Il-kompjuter ħadnieh
għand tekniku, u dan il-manuskritt biss irnexxielna nsalvaw minn hard disk
sħiħa. Agħar minn hekk, ma konniex ilħaqna rajna x’kien hemm iktar fuqha dik
il-hard disk. It-tekniku tana diversi faljs, imma kollha kienu korrotti wisq
biex taqrahom. Dal-ktieb irnexxielna naqrawh minkejja li t-test tiegħu wkoll
saritlu xi korruzzjoni fid-data tiegħu, għad li ma kinitx biżżejjed biex ma
naqrawhx.
Ħija u jien konna nafu li l-papà jikteb iktar minn
kemm jippubblika. Dwar dan ma konniex sorpriżi. Imma naturalment, l-emozzjoni
kienet kbira, għax sibna dokument li ma konniex nafu bih. Qisek erġajt tkellimt
miegħu, għax hu diskors ġdid, biex ingħid hekk.
Avolja, jien għandi memorja ċara tal-papà jgħidli xi
ħaġa li mbagħad sibtha f’dan il-manuskritt. Kien qalli li f’Malta taħt
l-Ingliżi kien hemm żmien meta suldat Ingliż kien ittrattat aħjar minn avukat
Malti. Dal-kumment laqatni ħafna, tant li kkwotajtu f’saġġ dwar il-Kodiċi
Kriminali Malti li ppubblikajt f’Id-Dritt, il-ġurnal tal-GħSL fi ħdan
il-Fakultà tal-Liġi, l-Università, ftit wara mewt il-papà. Il-manuskritt qrajtu
xi xhur wara ... Għedt, Ara, kien qalli biha hu u jirriċerka! U għaġinhieli
fil-memorja!
Bla ma trid tibda tara t-twaħħid tal-awtur
tal-ħsieb fuqan mal-bniedem tal-ħajja mundana, kif ir-riċerka taqbeż il-konfini
tal-istudju u tidħol fid-diskors ta’ kuljum. Il-Professur Charles Briffa għamel
analiżi dwar kif il-professjoni ta’ awtur tiskula f’kitbietu. Dan hu każ
bil-kontra: meta kitbet l-awtur tiskula f’ħajtu ta’ kuljum.
In-niket hu li minn dik il-hard disk ma salvajnielu
xejn aktar. Is-suspett tiegħi hu li t-Tieni Volum kien għadu qed jaħdem fuqu
meta ħasditu l-mewt.
2.
Meta
nkiteb bejn wieħed u ieħor?
Inkiteb, fil-fehma tiegħi, bejn l-2003 u l-2004.
Ngħid hekk, għax dik l-osservazzjoni li semmejt qabel qalhieli xi għaxra,
ħdax-il sena ilu. Però naħseb li kien ilu jiġma’ l-materjal. Donnu dan kien
il-metodu tal-papà. Bħalmeta kien dam snin twal jiġma’ l-materjal għal Il-Ħolma Maltija. Jien naħseb li l-materjal beda
jibnih ftit ftit wara li kiteb Bonaparti f’Malta, li ħareġ fl-1997. Imbagħad beda jaħdem fuq il-Lexicon u Għajdun il-Għaqal, ta’ Vassalli, u taf kif inhi r-riċerka ... waqt li qed taħdem fuq
suġġett wieħed tibda ssib il-materjal għal ħafna suġġetti oħra. Ir-riċerka
mxiet bil-mod għax sadattant ħareġ żewġ kollezzjonijiet ta’ novelli (Newbiet
u Ħrejjef Żminijietna) u kiteb ktieb dwar San Ġorġ Preca, ieħor
ta’ attwalità, u ieħor dwar San Filep, barra milli ttraduċa ktieb dwar l-Istorja
ta’ Ħaż-Żebbuġ. U naħseb dan hu li ġara anki bit-Tieni Volum. Fis-sens li jekk
għandi raġun jien u l-Ewwel Volum beda jiktbu fl-1998, ħadlu 6 snin u lestieh
fl-2004 għax kien għaddej b’ħafna xogħol ieħor, allura t-Tieni Volum bdieh
fl-2004 jew 2005 u kien għadu għaddej jaħdem fuqu fl-2011 meta miet. Il-kobba
mħabbla li ma nistax inħoll hi: fejn qiegħed it-Tieni Volum? Fit-tieni nofs tas-snin 2000,
il-Macintosh ma kienx għadu jużah, għax kien reġa’ qaleb għal PC. Imma fuq
il-PC ma sibna xejn. Issa għandek tkun taf li hu mhux dejjem kien jaħdem fuq
il-kompjuter. Ngħidu aħna, mentri Il-Ħolma Maltija kitbu fuq PC Amstrad 512, it-traduzzjoni ta’ Għajdun il-Għaqal ta’ Vassalli kitibha b’idejh, mhux fuq
il-kompjuter. Meta ħarġu, fl-2006, kellha ssir dattilografija tal-manuskritt.
Jiġifieri ma rrid neskludi xejn.
3.
Kemm
kienu importanti għal missierek il-kelmiet “Storja” u “Edukazzjoni”?
L-Edukazzjoni kienet ħajtu professjonali u ħajtu
passjonali. Kellu passjoni għat-tagħlim. Ix-xogħol għalih kien pjaċir, għax
kienet l-għaxqa tiegħu jgħallem. Il-kitbiet tiegħu li m’humiex fiction,
huma kollha xogħlijiet ta’ divulgazzjoni, ta’ tagħlim. Hemm min anki fil-fiction tiegħu jara t-tendenza lejn it-tagħlim. Ma
naqbilx ma’ dan – minħabba f’dak li kienu jgħidli. Jien naħseb li x-xogħlijiet fiction kien jiktibhom b’filosofija ċara:
id-divertiment, kemm tiegħu kemm tal-qarrej. Ma naħsibx li kien jipprova jkun
pedagoġiku. Issa, jekk il-Professur Briffa għandu raġun f'dak li semmejna qabel, u l-professjoni tiddi
tagħmel x’tagħmel, allura dik storja oħra.
L-Istorja. Minn dejjem ħabbha, u r-raġuni naħseb
hi għax f’żgħoritu kien joqgħod jisma’ lin-nanna materna tiegħu, Generosa imma jgħidulha
Ġanna, tirrakkonta dwar żminijiet imbegħdin. Kien jgħidli li n-“Nanna Ġanna” (li
għexet aktar minn 90 sena) kienet tirrakkuntalu dwar żewġha Rafel (li kien miet
qabilha) u dwar l-antenati tiegħu Martin u Ċelestin u x’ġara fi żmienhom. Darba
qalli, “Jiġifieri n-Nanna Ġanna kienet taf il-ġrajjiet ta’ Żmien
il-Franċiżi!"
L-impressjoni li għandi tal-bużnanna tiegħi Ġanna
hi ta’ mara li kienet taf issensel ġrajja b’mod estetikament pjaċevoli filwaqt
li tirrakkonta dwar dawk is-sentejn imqallbin meta ġiet fi tmiemha ħakmet
il-Kavallieri u bdiet ħakmet l-Ingliżi.
4.
Għaliex
qarrej għandu jixtri dan il-ktieb bla jaħsibha darbtejn?
Għax il-ktieb jitfa’ dawl mhux biss fuq it-tagħlim
per se, fuq l-Edukazzjoni, imma hu interpretazzjoni interessanti ta’ ġrajjet
pajjiżna. Ma setax kien mod ieħor, għax hu u jitkellem dwar l-Edukazzjoni
bilfors kellu jirrakkonta x’kien għaddej minnu pajjiżna. Mela għandek dan
l-element interprettattiv. U dan hu siewi wkoll għal min mhux għalliem.
Naturalment għal min hu għalliem, il-ktieb jgħin
lil dak li jkun japprezza kif kien jgħix u jaħdem għalliem Malti f’ċirkostanzi
storiċi differenti u kif kienet is-sistema edukattiva f’pajjiżna fi żminijiet
oħrajn. Li tkun konxju dwar l-imgħoddi hu dejjem għodda utli għall-preżent u
l-ġejjieni.
5.
Għal
min hu intiż xogħol bħal dan?
L-ewwel nett għall-għalliema Maltin u Għawdxin.
Però hu intiż ukoll għal min jinteressa ruħu fl-istorja
kulturali u politika ta’ Malta.
6.
X’għandu
ktieb bħal dan li kotba tal-istess xejra tematika m’għandhomx?
Il-papà kellu stil inimitabbli, naħseb jien. Kellu
s-sengħa tal-għalliem-awtur li jaf jikteb b’mod li jżommok taqra waqt li qed
tifhem u ssegwi dak li qed taqra. Nemmen li l-personalità tal-awtur hi
fundamentali, anki għall-istess tema. Ejja nieħdu eżempju mill-mużika.
Mussorgski kkompona Kwadri
minn Wirja (Картинки с выставки) għall-pjanu; Ravel
ittraspona dak ix-xogħol għall-orkestra; Charles Camilleri għall-orgni; u
Emerson, Lake & Palmer għar-rock band. Huma kollha l-istess biċċa
mużika imma fl-istess waqt huma erba’ biċċiet differenti, għax kull biċċa hi
arranġament differenti. Issa għidli inti, x’għandu kull arranġament li
m’għandhomx l-oħrajn, meta kollha huma dwar l-istess tema? Hekk ukoll hu
x-xogħol tal-papà. Bid-differenza, m’għandniex xi ngħidu, li l-kompożizzjoni
tal-mużika hi artikolazzjoni sempliċi tad-diskors aktar vast u kumpless li hu
d-diskors tal-interpretazzjoni storika.
7.
Din hi
pubblikazzjoni oħra fejn missierek wera li kien riċerkatur u studjuż prim. Xi
tgħid dwar dan?
Inħalli f’idejn ħaddieħor li jiġġudika. Kulma
nixtieq ngħid hu li l-mibki Peter Serracino Inglott kien għamel stedina
indiretta fis-Sunday
Times, meta kiteb dwar il-papà ftit jiem
wara mewtu. Naħseb li tkun ħaġa sabiħa għall-kultura Maltija jekk ikun hemm xi
ħadd tajjeb fl-Ingliż jitħajjar jibda jittraduċi x-xogħlijiet tal-papà.
8.
F’ċertu
sens ktieb li qed jerġa’ jagħti l-ħajja lil missierek, anki permezz tal-ilsien,
l-idjoma u t-teknika partikolari li kien iħobb iħaddem. Xi tgħid dwar dan?
Iva, u dan billi għall-pubbliku hu xogħol ġdid.
Bħal bosta mix-xogħlijiet l-oħrajn tal-papà li ma humiex fiction,
il-Malti li juża hu anqas letterarju, għax aktar jixbaħ lill-Malti ta’ kuljum.
Hu għal dir-raġuni li jien nemmen li r-rumanzi u n-novelli tiegħu ma kitibhomx
b’filosofija pedagoġika. B’danakollu imma, ħalli ma niftihemx ħażin, jidhirli
li l-Malti ta’ Ġrajjet it-Tagħlim,
avolja mhux Malti letterarju xorta hu Malti mħaddem tajjeb. Jiġifieri, għad li
r-reġistru hu differenti, it-teknika xorta hi ta’ “mgħallem tas-sengħa”. Jien
naħseb li l-papà kellu teknika stilistika għar-rumanzi u n-novelli (it-teknika
tal-awtur) u teknika oħra għax-xogħlijiet storiċi (it-teknika tal-għalliem).
9.
Meta
se jkunu disponibbli għall-pubbliku l-ewwel u t-tieni volum ta’ Ġrajjiet it-Tagħlim f’Malta?
L-ewwel volum, jekk il-Bambin irid, joħroġ
għall-Fiera tal-Ktieb, f’Novembru li ġej.
It-tieni volum, forsi jitħajjar xi ħadd ikompli
fejn ħalla l-papà.
Subscribe to:
Posts (Atom)







