Saturday, February 16, 2013

Two poems from USA and Greece


VALENTINE
                               Teresinka Pereira - USA

Inside
there is a hurry
in my heart beat,
a great passion.
But poetry lives
in this labyrinth
with delicious words
and colorful chocolates.
In fact it is so easy to say:
I LOVE YOU!


                               THE FESTIVITY OF SNOW

                             Zacharoula Gaitanaki - Greece

The nature, like a little girl
takes part in the endless
festive atmosphere of snow,
all around, dressed in white
enchantingly, silently, frosty.

While the snow is falling around
I want to lie down
on its white veil
and up there I’ll become
a pure white lily.

As a lily I’ll send out surplus odor
in the fields, neighborhoods
and country chapels.
I take part in the endless
festive atmosphere  of snow.




Wednesday, February 13, 2013

ŻEWĠ POEŻIJI MILL- KAV. JOE M. ATTARD Victoria-Għawdex


 F’dan iż-żmien għażiż tas-sena

Żmien sabiħ qed jerġa’ magħna –
jiem għeżież tal-Ġimgħa l-Kbira
illi fihom aħna nagħmlu
tal-mewt il-Mulej tifkira!

’Il fuq minn elfejn sena ilu
Kristu ssallab għall-bnedmin,
ċarċar demmu, ħalla ħajtu,
biex le nibqgħu midinbin.

It-tbatija illi sofra
ma tfissirha bl-ebda kliem;
għuda tqila ġarr fuq spalltu
li wasslitu lejn it-tmiem.

Fuq salib safa mdendel
qisu l-aqwa kriminal;
lil Missieru minn hemm talab
biex jaħfrilhom dan l-iżball.

Għaddew, tgerbu das-snin kollha –
lill-Mulej għadna nwarrbuh,
u lil qalbu nfieru, inweġġgħu,
dispjaċir wisq kbir nagħtuh!

Tafu xejn li bl-aġir tagħna
mill-ġdid qegħdin insallbuh
u fuq l-għolja tal-Qorriegħa
qegħdin nerġgħu nwassluh!

Ejjew nidħlu fina nfusna
u naraw li jisgħobbina;
nibdlu r-rotta, lilu nwiegħdu,
li naħarbu t-triq ħażina.

Ħalli wkoll nitfgħu ħarsitna
fuq Marija Addolorata
li mxiet it-triq ma’ Binha
b’rieda soda daqs ta’ blata.

Iżda min jista’ ifisser
it-tbatija li batiet!
L-ebda pinna mhi ser tfisser
il-mumenti li sofriet.

F’dan iż-żmien qaddis tas-sena
inwegħduk, Mulej Divin,
illi lilek qatt ma nonqsu –
ma nħallukx bi dnubna tnin!

Aħfrilna, Mulej, ħtijietna
u fis-siegħa ta’ l-hemm tagħna,
Ħalli nħaddnu lil salibek
biex henjin dlonk int tarana!


L-Irtirata

Aħbar li ħasdet lid-dinja
Kienet dik ta’ nhar it-Tnejn *
Meta l-Papa Benedittu
Deher ħosbien u bejn ħaltejn
 
Iżda sod u ċar fi kliemu
Qara l-messaġġ bil-Latin –
Illi l-Katedra ta’ Pietru
Kien se jħalli fi ftit ħin!

Fit-tmienja ta’ fil-għaxija
Fl-aħħar jum tax-xahar ta’ Frar
Kien se jabdika mit-tron tiegħu
Li tant ġablu ferħ u mrar!

Ir-raġuni waħda w vera
Li wasslitu għal dal-pass
Kienet in-nuqqas ta’ saħħa
Li dan l-aħħar huwa ħass.

Għal madwar tmien snin hu mexxa
Saltnet Alla fuq din l-art;
U żar popli, bliet w irħula
F’maltemp, bnazzi, ksieħ u bard.

Bniedem twajjeb, umli, mistħi,
Żamm bogħod mix-‘show’ u ċ-ċapċip,
Iżda l-pinna ħaddem bosta,
Le ma ntilef fit-tpaċpiċ!

Għaddew, tgerbu bosta sekli
Mindu ġrat storja bħal din,
Iżda kollox jista’ jiġri
F’din id-dinja tal-bnedmin.

Il-Papa kien riesaq sewwa
Lejn is-sitta u tmenin,
U l-moħħ u l-ġisem tiegħu
Bdew iħossu l-piż tas-snin.

Hu kien jaf li t-Tron ta’ Pietru
Jeħtieġ ħafna enerġija,
W għalhekk naħseb li stqarr waħdu:
‘Dal-post m’għadux jgħodd għalija!’

W għalhekk wara illi ħaseb
U bla dubju talab sħiħ,
Iddeċieda li t-tmun jgħaddi
Lil xi ħadd żgur inqas xiħ.

Issa huwa d-dmir tagħna
Li nitolbu lill-Mulej
Biex lil Knisja Huwa jagħti
Ragħaj għal qalbu għal li ġej!

*11 ta’ Frar 2013




Monday, February 11, 2013

A new book by Dr. Adolf Shvedchikov


About 2500 years after Pythagoras suggested that the Earth was round, 2320 years after Aristotle, following the teachings of the Pythagoreans, had asserted the same, and had declared that the great Asiatic Empire could be reached by sailing westwardly, 1940 after Seneca confirmed this view, and affirmed that India could be reached in this way, and 501 years after the Italian, born in Genoa, Christopher Columbus discovered America, a Russian, the well-regarded poet Dr. Shvedchikov, rediscovers America, in the same year, 1993, when the Pentium microprocessor for computers is produced, the World Wide Web is created, the light emitting diodes were invented, Space Shuttle Endeavour mission to repair an optical flaw in the Hubble Space Telescope takes place, and the US and Russia sign the Start II treaty calling for bilateral reduction of strategic nuclear weapons.
This book is based on Dr. Shvedchikov’s collection of notes about his first travel in the US, and on their translation in Russian. It must be mentioned that Barbara DeKovner-Mayer and Godfrey Harris had a key role in organizing and supporting this travel.
This captivating book, with very inspired and humoristic descriptions of his travels, will certainly have, together with his six poetry books, a visible place in the English and Russian literary space, and will also remind us of Seneca’s aphorism:
Si vis amari, ama (If you want to be loved, love).

Friday, February 08, 2013

Joħroġ IL-PONT ta' Frar 2013

Għadu kemm ħareġ IL-PONT ta' Frar 2013. Din hija rivista letterarja elettronika. Min irid jaqraha jista' jsibha f'dan il-link:

http://www.scribd.com/doc/124555856/Il-Pont-Frar-2013

Ħajr dejjem lil Omar Seguna għal-link u lil Hilary Spiteri għas-setting tar-rivista elettronika.

Imut Membru Onorarju tal-Għaqda Poeti Maltin

Nhar it-Tlieta, 5 ta’ Frar, 2013, miet is-Sur Marċel Mizzi, Membru Onorarju tal-Għaqda Poeti Maltin. L-Għaqda ħadet ħsieb li tibgħat kuruna f’ġieħu u nkitbet ittra ta’ kondoljanzi lill-familjari tiegħu.


Marċell Mizzi twieled fil-15 ta’ Marzu 1922, fir-Rabat, Għawdex, f’familja numeruża. Beda jistudja l-Università ta’ Malta fl-1939 imma kellu jitlaq il-kors tal-Liġi fl-1943 minħabba mard. Kien membru tal-Parlament bejn l-1955 u l-1958 u bejn l-1963 u l-1964. Bejn l-1955 u l-1958 kien ukoll student għal P.L. u ħa l-warrant fl-1958.

Agħtih Mulej il-mistrieħ ta' dejjem.

Thursday, February 07, 2013

My poem published in India

Milli jidher il-versi sempliċi li bgħatt lil ħbiebi l-poeti barranin fil-bidu tas-sena ntogħġbu fl-Indja. Tistgħu ssibuhom ippubblikati f'dan il-link tal-worldpeacepoetry.com:

http://worldpeacepoetry.com/patrick-sammut-2/

Grazzi lill-poeta Indjan Ashok Tholana Chakravarthy.

_______ o_______

Well Wishes, a simple poem which I mailed to my poet friends abroad was much appreciated in India. You can read it in the following link of worldpeacepoetry.com:

http://worldpeacepoetry.com/patrick-sammut-2/

A big thanks to Indian poet Ashok Tholana Chakravarthy.


Sunday, February 03, 2013

Intervista ma' Alfred Palma


(Fir-ritratt Alfred Palma jidher quddiem il-kappella fejn hemm midfun Dante Alighieri, fil-belt ta' Ravenna, Settembru 2008)

1. Meta tħares lura liema kien ix-xogħol l-iktar għal qalbek fil-qasam letterarju? Għaliex?

Meta nħares lura, l-aktar xogħol li kien, għadu u jibqa’ għal qalbi kienet it-traduzzjoni tad-Divina Commedia ta’ Dante li, barra li offrietli sfida f’żgħożiti, għallmitni s-sigriet tat-tenaċità, kif jaħdem moħħ il-bniedem u l-filosfija tal-ħajja.

2. Naf li inti involut f'attivitajiet ta' natura kulturali u letterarja fi ħdan Ħaż-Żabbar. Xi tgħid dwar dan?

 Iva, f’Ħaż-Żabbar jien involut f’diversi attivitajiet, l-aktar mal-Kunsill Ċiviku tal-lokal, għal snin twal immexxi b’tant dedika u  sagrifiċċji mis-Sinjura Grace Pace. Għalkemm m’iniex involut direttament fil-Kumitat, xorta  ngħin kemm nista’ biex bosta mill-attivitajiet li jkunu ppjanati jsiru, u jsiru b’suċċess. Ngħin ukoll bi programmi kulturali fuq Radju Hompesch, ir-radju tal-komunità Żabbarija, u noffri volontarjament is-servizzi tiegħi kulmeta l-Kunsill Lokali jitlobni l-għajnuna  f’attivitajiet kulturali, u dan ukoll nagħmlu bil-qalb għax nemmen li l-kultura hija r-ruħ tal-bniedem u mingħajrha l-bniedem jitlef kull skop li għalih inħoloq.

3. X'kien l-iktar xogħol letterarju reċenti tiegħek, u fuq xiex qed taħdem bħalissa?

L-aħħar xogħol li ppubblikajt kienet it-traduzzjoni tas-Sunetti ta’   Shakespeare. Dalwaqt noħroġ ukoll ġabra ta’ novelli, stejjer u kitbiet oħra, bl-isem Mill-kexxun t’isfel u, jekk ma jinqala’ xejn, aktar ’il quddiem it-traduzzjoni ta’ Candide ta’ Voltaire.


LILEK, ĦABIB…
(Lil Peter A. Caruana)

Pinġejt il-poeżija, tajtha sura,
Emmint sħiħ f’Alla,  ħabbejt in-Natura;
Tajt kulma  stajt lil martek, lil uliedek,
Erħejt f’idejn Mulejna tbatijietek;
Rajnik  tiċċajta, drabi xxerred demgħa,

Aħrax  ċanfart lil min Ilsienna rema.

Christine, Josette u Pierre, l-għażiża martek,
Aktar għeżież mix-xemx li ddawwal artek,
Raw fik missier  ħabriek, li għex għalihom,
U martek, Mary Grace, raġel li ħabbha.
Aħna ma ninsewk qatt u, bl-hena mxabba’,
Nilqgħuk hawn fostna, xħin fil-Kikkra tagħna
Arak  dlonk ma’ Dun Karm tissieħeb magħna!  

Alfred Palma                                 19 ta’ Marzu, 2012                   

(Dan hu materjal li deher fir-rivista letterarja elettronika IL-PONT ta' Jannar 2012)                         


Monday, January 28, 2013

Giornata della Memoria




GIORNATA DELLA MEMORIA.
STASERA 28 GENNAIO ALLE 23 SU REGGIOTV
PUNTATA  DEL PROGRAMMA HISTORIA
DI PASQUALE AMATO
SULLA "SHOAH TRA STORIA E ATTUALITÀ".

IL PROF. AMATO RICOSTRUIRÀ  
IL CONTESTO STORICO DI LUNGO PERIODO 
IN CUI NACQUERO E SI SVILUPPARONO LE IDEE E LE AZIONI 
CHE SFOCIARONO NELLA SISTEMATICA E ABERRANTE POLITICA DI STERMINIO. 
RACCONTERÀ I TRAGICI EVENTI DI QUEGLI ANNI BUI 
IN CUI SEI MILIONI DI PERSONE VENNERO ANNIENTATE 
DAPPRIMA NELLA LORO DIGNITÀ E POI FISICAMENTE CON I MEZZI PIÙ SPIETATI. 
SI SOFFERMERÀ INFINE SULL'ATTUALITÀ DELLA SHOAH
 IN UN MONDO CHE NON HA ABBANDONATO, 
ANCHE DOPO IL SECONDO CONFLITTO MONDIALE, 
LE TENTAZIONI AI GENOCIDI E ALLE PULIZIE ETNICHE. 
UN MONDO DOVE TUTTORA SERPEGGIANO 
I PREGIUDIZI E LA MALAPIANTA DEL RAZZISMO
 CHE GENERARONO QUELLA TRAGICA ESPERIENZA.

Wednesday, January 23, 2013

Per non dimenticare - Not to forget


DACHAU

Visita non pianificata
questa a Dachau.
Un’aria pesante
pende da centomila cipressi.
Entro dal cancello principale
e si apre di fronte
un largo spazio-cimitero
monumento che grida nel silenzio:
Vergogna! Vergogna! Vergogna!
Dolore! Dolore! Dolore!
Pace! Pace! Pace!

I miei passi emettono echi
di passi passati che pestarono
questi corridoi funesti.
Oggi sono solo un visitatore di passaggio
tutto carne, tutto vivo;
ieri si entrava e non si usciva.

Sui ciottoli ho scorso i nomi
di migliaia di anime sfortunate;
ogni ciottolo ha una voce che
sussurra parole-preghiere
e esorta l’uomo di oggi
a ricordare, a non dimenticare,
a creare un futuro-tela a colori
non piú in bianco e nero.

Cammino a testa bassa,
respiro lento come segno di rispetto.
Vorrei tanto piangere, disperarmi…
Vorrei che le ciminiere assassine
emanassero arcobaleni
non piú ceneri e fumo nero!

Dachau, 14/08/2012 9.45-10.45 a.m.


DACHAU 

An unplanned visit
this at Dachau.
Heavy air
hangs from a
hundred thousand cypress trees.
I pass from the main gate
white as a ghost
and in front of me opens
a wide space, cemetery like,
a monument that shouts in silence:
Shame! Shame! Shame!
Pain! Pain! Pain!
Peace! Peace! Peace!

My footsteps echo the sound
of past footsteps
which tread on these dismal corridors
and on the pebbles, millions of them,
I’ve read the names of millions of unfortunate souls.
Today I am only a passer-by
alive and kicking;
yesterday one got in here but not out!

I walk head bowed
I breathe slowly as a sign of respect
I want to cry, despair…
Every pebble has a name and a voice
whispering  words and prayers
exhorting today’s mankind
to remember, not forget,
create a future canvas in colour
no more in grey and black.

I wish that the assassin chimneys
emit rainbows,
no more ashes and black smoke!

Dachau, 14/08/2012 9.45-10.45 a.m.

Wednesday, January 09, 2013

Ħarġa ġdida ta' IL-PONT

Għadha kemm ħarġet ir-rivista letterarja elettronika IL-PONT ta' Jannar 2013. Min jixtieq jaraha jew jistampa kopja tagħha jista' jsibha f'dan il-link:

http://www.scribd.com/doc/119660414/Il-Pont

Minn hawn ħajr lil Hilary Spiteri għas-setting modern tar-rivista, u lil Omar Seguna talli għoġbu jtella' l-link.

Sunday, January 06, 2013

Intervista ma’ Manwel Cassar (Melbourne)


 Manwel Cassar twieled fl-1933 l-Imsida. L-Awstralja ħadem bħala għalliem, skrivan maċ-Ċivil, editur letterarju ta’ ġurnali u rivisti differenti, u intervistatur-korrispondent tar-Rediffusion. Fl-1959 waqqaf l-Għaqda tal-Letteratura tal-Maltin fl-Awstralja. Huwa pittur ta’ esperjenza u ko-awtur ta’ antoloġiji ta’ poeżiji bħal Driegħ ma’ Driegħ (1971), Mal-Ħmura ta’ Filgħodu (1982), Frott Ieħor (1992) u Riflessi Fiddiena (2000).

1. Illum inti għandek ’il fuq minn 80 sena u ilek li emigrajt lejn l-Awstralja sa mill-1955. Kif tħares lejn Malta u x’hemm minnha li baqa’ jinfluwenzak anki jekk imbiegħed minnha fiżikament u temporalment?

Għandek żball ċkejken, mhux għax jimporta ħafna. It-80 sena nagħlaqhom fit-3 ta’ Jannar 2013. Lil Malta għadni nħobbha, għad li ma nagħlaqx għajnejja għal xi nuqqasijiet li huma marbuta mal-insularità. Il-moralità hi ġeneralment tajba, speċjalment dik li trabbejt fiha li darrietni nirrispetta l-valuri sodi reliġjużi u sekulari, nifraħ li għadha tinfluwenzani. L-Ilsien Malti li spiss insemmi hawn fis-sens li naqra ta’ art għandha Lsienha u dammet bih letteratura ġmielha fil-kwalità, u fil-kwantità proporzjonalment.

2. X’inhi r-relazzjoni tal-poeta u artist Malti-Awstraljan mal-kontinent il-kbir? Kif toħroġ din fil-poeżija/arti tiegħu?

Il-poeta Malti-Awstraljan ġenwin, u mhux il-qabbiel newwieħi emozzjonament għal Malta, jidwi l-ġijografija mil-lat deskrittiv u l-metafora fl-espressjoni tal-kontinent li jinsab fih b’ħajja differenti. Meta jitħallat, kif tajjeb li jagħmel, mal-letteratura lokali, jintlaqat mill-oriġinalità, il-virilità u attitudnijiet li jħarsu lejn suġġetti globali kontemporanji b’moħħ wiesa’. Hemm fl-istess ħin ċerta daqqa  fix-xogħol Awstraljan li diffiċli tfissirha, imma tagħrafha. L-istess il-Malti-Awstraljan  jevolvi  mhux bilfors dejjem jew bl-istess kejl f’leħħa differenti minn ta’ Malta. Madankollu l-ħarsien tal-Malti korrett  bl-idjoma Maltija huma magħżużin.

Intervistajt għadd ta’ artisti Maltin-Awstraljani ta’ Victoria u ta’ New South Wales. Huma jew figurattivi jew ċerebrali. Hemm min għandu rabta ta’ memorja  Maltija, imma hekk jew hekk hawn abbundanza ta’ materjal  u ta’ opportunitajiet.

3. X’inhuma jagħmlu l-poeti u kittieba Maltin-Awstraljani hemmhekk biex iżommu kuntatt ma’ xulxin?

Sfortunatement, il-kittieba Maltin-Awstraljani ma tantx iżommu kuntatt ma’ xulxin. Imma f’Melbourne għandna  ċ-ċans li niltaqgħu darba fix-xahar  f’laqgħat  ta’ qari tal-Maltese Literature Group-Grupp Letteratura Maltija, u darba fis-sena f’kunċert mużiko-letterarju fil-Festival tal-Maltin.

Personalment, jiena ġieli nżid billi naqra xogħlijiet tiegħi f’laqgħat  ta’ qari tal-Awstraljani u multikulturali. Kemm jogħġobhom jistaqsu fuq l-Ilsien Malti u Malta u mhix l-ewwel darba li talbuni naqralhom poeżiji tiegħi bil-Malti meta nkun ippreżentajtilhom traduzzjoni bl-Ingliż!



Intervista ma’ Paul Vella, Melbourne, L-Awstralja.


Paul Vella, twieled Ħal Balzan 1944 għex il-Gżira. Kien jaħdem bħala Linotype Operator it-Times/Berqa fis-sittinijiet bikrin. Din hija intervista qasira li għamilt lilu lejn l-aħħar parti tas-sena 2012.

     1.     Issa li hemm fl-Awstralja dħaltu fir-rebbiegħa x’inhuma l-pjanijiet tal-Maltese Literature Group? Grupp bħal dan kemm hu effettiv biex ilaqqa’ flimkien il-Maltin fl-Awstralja?

Issa li spiccat ix-xitwa u qeghdin fir-rebbiegha, se nergghu nibdew niltaqghu filghaxija fl-ahhar Gimgha tax-xahar ghax matul ix-xhur tax-xitwa konna qed niltaqghu l-ahhar Hadd tax-xahar wara nofsinhar kemm minhabba li hafna jsibuha bi tqila biex isuqu fid-dlam u x-xita u kemm minhabba l-ksieh. Issa fi hsiebna li jkollna l-Laqgha Annwali Generali u l-Festin tal-Milied fejn niltaqgu fuq il-proprjeta` tal-membri taghna Frank u Draga Bonett u naghmlu barbecue bla hlas ghall-membri. Il-Grupp taghna dejjem ihajjar lill-komunita` biex tattendi l-laqghat taghna u forsi jsiru membri imma niehdu gost meta jigu gh-all-Programm Muziko-Lettararju li naghmlu kull sena u niehdu gost ukoll li kulhadd jibqa’ hemm sal-ahhar avolja l-programm idum xi tliet sieghat. Kulhadd jiehu pjacir u japprezza.

     2.     Inti personalment fiex inti impenjat bħalissa?

Jiena, barra li jien il-PRO tal-Grupp Letteratura Maltija u niehu hsieb il-Folju ta’ kull xahar, jien ukoll PRO tar-Reskeon Maltese Associaiton, wahda mill-eqdem u wahda mill-ikbar ghaqdiet Maltin f’Melbourne, segretarju tar-Reskeon Seniors Group, ghaqda ohra kbira u jien xandar ta’ programmi Maltin fuq radju Komununitarju f’Melbourne, 3ZZZ, li programm taghna jistghu jinstemghu minn fuq l-internet ukoll ghax idumu hemm gimgha shiha.

      3.     Kif iħarsu lejn Malta l-Maltin li jgħixu fl-Awstralja llum?
Il-Maltin ta’ hawn, hafna minnhom huma anzjani u ghandhom nostalgija kbira ghal Malta u ghadhom ihobbu u mxenqin minn dak kolllu li hu Malti. Ghalhekk ihobbu jisimghu il-programmi Maltin ghaliex ihossuhom aktar qrib Art Tweldihom.

FEJN KONT?

Fejn kont
Xħin sħab sewdieni
Dallam lil ħajti?
Pruvajt infittex
Lil min iwennisni,
Jimlini bit-tama
Biex ngħix il-ħajja ferħana
Li dejjem kont naf.

Fejn kont
Xħin saħħti ġarrbitni
U ħsibtni qed nara
Tiegħi t-tmiem?
Fittixt lil min nafda
Ħalli jwennisni
U jerġa’ jabbini
Fuq il-karru tal-ħajja
Tas-saħħa li tlift.

Fejn kont
Matul ħajti
Meta mwarrab
Ħassejtni mirbugħ?
Xtaqt il-wens tiegħek
Biex terġa’ tibnili
L-fiduċja li kelli
Matul ħajti kollha
U li issa kont tlift.

Fejn kont?
Għidli: fejn kont?

Kont hawn...
Dejjem ħdejja!

PAUL VELLA
Melbourne, Mejju, 2012