Din hija blog li tikkonċentra fuq il-letteratura kemm Maltija kif ukoll barranija. Huma inklużi wkoll aċċenni għal ħwejjeġ interessanti marbutin mal-kultura. Ara wkoll il-blog tiegħi www.pagnawarapagna.blogspot.com għal reċensjonijiet u studji dwar kotba differenti.
Thursday, October 17, 2013
Saturday, October 05, 2013
Patrick Sammut jintervista lil Maria Grech Ganado
Konversazzjoni, mixja waħdi fil-kampanja, biċċa mużika jew pittura, il-qari, is-sinjifikat jew il-problemi tal-ħajja, l-imħabba jew in-nuqqas tagħha, eċċ. Kollox jista’ jispirani – però forsi l-iżjed hu l-ħsieb dwar l-esperjenzi li l-bniedem jgħaddi minnhom, kemm ħaddiehor kemm jiena stess. Jispirani ħafna l-kunċett taż-żmien. L-ilma jaffetwani ħafna – fil-baħar jew fil-banju, taħt id-doċċa, inħossni iżjed riċettiva.
2. Liema huma l-pubblikazzjonijiet
tiegħek u fiex jikkonsistu fil-qosor?
Bħala ġabriet għandi erba’ kotba bill-Malti: Iżda Mhux Biss, Skond Eva, Fil-Ħofra Bejn
Spallejha u l-Monografija li ppubblikat
l-Università. Bl-Ingliż, hemm Ribcage, Cracked Canvas u
Memory Rape. Jikkonsistu lkoll minn
poeżiji varji. Għandi ħafna poeżiji ppubblikati f’antoloġiji kemm Maltin kemm barranin,
kif ukoll poeżiji tradotti f’xi 11-il lingwa differenti, jew poeżiji bl-Ingliż
li rebħu xi kompetizzjonijiet. Għandi wkoll stejjer qsar pubblikati f’xi magażin
kif ukoll online. Imbagħad hemm
it-traduzzjonijiet għall-Ingliż ta’ poeżiji ta’ ħaddieħor ġo ma nafx kemm-il
magażin jew antoloġija, kif ukoll xi artikli fil-gazzetti lokali. The Drunken Boat immexxi online minn Rebecca Seiferle, ippubblika
ħarġa dwar il-poeżija Maltija li tiegħu kont l-editur.
3. Xi tgħid dwar l-għażla
tal-forom metriċi u prosodiċi li tħaddem?
M’għandix wisq x’ngħid għax qatt ma naħdem b’forom
tradizzjonali ħlief free verse.
Nikteb poeżiji qsar, pjuttost liriċi u għar-ritmu niddependi fuq widnejja. Anzi,
hemm drabi meta r-ritmu jiġi bħal biċċa mużika qabel il-kliem. Xi drabi nuża
anki r-rima u nħobb ħafna r-rima interna. Iżjed nikteb spontanju milli mod ieħor.
Hemm xi poeżiji li ndum nirrevidihom, l-iżjed wara ħafna żmien, imma s-soltu
poeżija tiġini kważi kompjuta f’daqqa u jekk ma nniżżilhiex mill-ewwel,
tintilef fl-arja.
4. Għal min taħseb jappellaw
il-versi tiegħek?
Naħseb għal dawk li jħobbu l-ideat metafiżiċi, il-metafori
u l-mużika ta’ poeżiji. Imbagħad hemm in-nisa li jgħiduli li nesprimi dak li
jħossu huma. Dalaħħar skoprejt li anki liż-żgħażagħ jappellaw, avolja hemm min
isibhom kumplikati meta jridu jistujawhom bilfors għal xi eżami. U minħabba
dal-fatt jiddispjaċini ħafna għax nixtieq li jistgħu jagħtu biss pjaċir L.
5. Temmen li inti bħala poeta
mara tittratta xejriet mill-ħajja tal-bniedem (bħall-imħabba u l-erotiżmu,
il-qasam soċjali, ir-relazzjoni bejn il-‘jien’ u l-‘int’) b’sensittività jew minn perspettiva differenti milli kieku kont poeta raġel? Kif
tirreaġixxi għal dan?
Nittama li iva. Imma ma nħobbx nissejjaħ
femminista għax ma jogħġbunix it-tags.
Kull ma nagħmel hu li nittratta esperjenzi ġenwini ta’ persuna li nzertat
kienet mara f’soċjetà għadha
patrijarkali. Anki l-esperjenzi ta’ ħaddieħor, ovvja li jgħaddu (jiġu
ffiltrati) minn għajnejn u qalb ta’ mara. Ħafna jaħsbu li l-poeżija Iżda Mhux Biss tista’ titqies bħala
l-manifest tal-kitba tiegħi.
6. Naf li inti waħda minn dawk
li fhimt bl-importanza li vrusek jiġu tradotti għal ilsna barranin. X’vantaġġi
hemm wara dan?
Il-vantagg li l-poezija Maltija tinxtered ma’
pajjiżi oħra, le? U li aħna l-kittieba niltaqgħu ma’ kittieba u nżuru pajjiżi
barranin. B’hekk jespandu l-ispirazzjoni, l-ideat u l-perspettivi tagħna.
Għandna bżonn ukoll stimuli ġodda dejjem biex l-ispirtu ma jgħajjix.
7.
Hemm min jgħid li huwa apprezzat bħala poeta aktar barra minn Malta milli
f’pajjiżu? X’inhi l-esperjenza tiegħek f’dan ir-rigward?
Naqbel mija fil-mija. Meta nżur xi festival jew
konferenza barra minn Malta niltaqa’ ma’ interess u rispett li rari nsibhom f’Malta.
U dan mhux għax inkun lok fejn kull min hemm hu anki hu jew hi kittieb, għax
jiġu ħafna nies jisimgħu u jieħdu interess fil-kitba, il-lingwa u l-pajjiż ta’
ħaddieħor.
8. X’jista’ jsir biex il-poeta u l-poeżija jingħataw spinta ’l
quddiem f’pajjiżna? U l-poeta mara fiex tinsab?
Malta wkoll għadna festival tal-letteratura
mtella’ mill-Inizjamed li għalih jiġu kittieba barranin. Kull sena dal-festival
qed jikber u qed tiżdied l-udjenza. Inizjamed ukoll bdiet korsijiet tal-kitba
li qed jiġbdu ż-żgħażagħ. Qed ikun hawn iżjed kotba li jiġu pplubbikati, avolja
l-poeżija ma ssib lil ħadd li lest ħa jippubblikaha għax ma tinbigħx wisq. Però, b’You
Tube u iġjed u iġjed b’Facebook, wieħed għandu l-opportunità jaqsam il-poeżiji tiegħu u jirċievi l-ġudizzju
tal-oħrajn. Il-poeta mara għandha l-istess status ta’ raġel f’dan il-qasam –
anzi naħseb li hawn iżjed nisa qed jiktbu tajjeb bħalissa. Nittama li dal-interess
jikber biżżejjed biex ’il quddiem jippubblikaw anki kotba mhux self-published biss.
9.
X’tagħmel Maria Grech Ganado meta ma tkunx okkupata bil-poeżija u l-kitba?
Proġetti għall-ġejjieni?
Illum mhux wisq għax għalaqt is-70 u mhux dejjem
niflaħ. Naqra ħafna, nimxi fil-kampanja, nisma’ l-mużika u nieħu ħsieb tiegħi
nnifsi u d-dar. Però,
meta kont iżgħar rabbejt familja, kont ngħallem fid-dipartimenti tal-Ingliż fl-università, il-Junior College u anki skejjel
sekondarji. Attwalment, kelli ħajja mżewqa mhux ħażin, eż. studjajt fl-Universitajiet
ta’ Cambridge u Heidelberg fi żmien li rari kienu jkomplu jistudjaw it-tfajliet
Maltin. Kont nirreċta. Kont inħobb niddiskuti. F’ħaġa waħda qatt ma tbiddilt u
qatt ma jien se ninbidel – ngħaddi ħafna żmien niċċassa u noħlom.
Wednesday, October 02, 2013
Interview with Patrick Sammut on Diogen Pro Culture magazine
Please click on the following link for the interview:
http://www.diogenpro.com/interview-patrick-sammut.html
Many thanks to poet and editor Sabahudin Hadzialic and author Tatjan Debeljacki.
http://www.diogenpro.com/interview-patrick-sammut.html
Many thanks to poet and editor Sabahudin Hadzialic and author Tatjan Debeljacki.
Tuesday, September 17, 2013
Tuesday, September 10, 2013
A poem by TERESINKA PEREIRA
9-11-2001
The symbol of courage
that stays firm
in our souls since
the terrorist attack in New York
is not hatred,
It is not vengeance,
It is not the bombing
of innocent people
in other countries,
It is not the pride of being
citizens of the most rich
and powerful country
in the world.
It is the conviction that
only hope for justice,
and belief in equality and
universal solidarity
work in opposition
to patriotic hate.
Someday we will make
simple humanitarian love
our first welcome wish
to all dissidents of our
politics of power.
Wednesday, September 04, 2013
LEJLA TA’ POEZIJA MILL-GĦAQDA POETI MALTIN, FIR-RABAT, GĦAWDEX
![]() |
| Il-poeti, kantanti u mużiċisti li pparteċipaw waqt is-serata |
![]() |
| Il-President tal-GħPM, Charles Magro |
Nhar is-Sibt, 31 ta’ Awwissu, l-Għaqda Poeti Maltin tellgħet Lejla ta’ Poeżija u Mużika fil-Ministeru għal Għawdex, fir-Rabat. Is-serata kienet preseduta mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Anton Refalo. Waqt id-diskors tiegħu l-president tal-Għ.P.M., Charles Magro, qal ukoll li attendenza sabiħa bħal dik tagħmel kuraġġ lill-kumitat bies jerġgħu jittellgħu serati simili fil-ġżira ta’ Għawdex. L-attendenza kienet tajba ħafna u dan seħħ anki bis-saħħa tal-għajnuna tal-kittieb, poeta u rappreżentant għal Għawdex tal-Għaqda Poeti Maltin, Charles Bezzina. Inqraw poeżiji bil-Malti u bl-Ingliż, minn poeti ta’ ġenerazzjonijiet differenti, fosthom ta’ membri onorarji tal-Għ.P.M. bħall-Kelinu Vella Haber, il-Kan. Joe Mejlak, Ġanninu Cremona u l-mibki Marċell Mizzi. Ħadu sehem ukoll il-kantanti Josephine Marie Grima u Rosabel Pavia, il-kitarrist Joe Engerer, u l-flawtista, Charlene Portelli. Waqt is-serata ngħataw ukoll mill-president tal-GħPM plakek ta' tifkira lill-Ministru, lil Charles Bezzina u lill-kantanti u mużicisti li pparteċipaw. Il-kittieb u poeta Għawdxi Charles Bezzina ta lill-Ministru għal Għawdex għadd ta’ kotba minn tiegħu bħala tifkira tal-okkażjoni. Mexxiet il-Lejla, Miriam Ellul. Wara kien hemm ukoll riċeviment żgħir.
![]() |
| Il-pubbliku li attenda għas-serata, inkluż l-Onor. Ministru għal Għawdex, Anton Refalo |
Lucilla Maclaren Spillane’s ANOTHER SEEING & OTHER POEMS
Matador PRINT AND EBOOK www.troubador.co.uk
Lucilla Maclaren Spillane’s
collection draws on personal experience. The sixty poems in Lucilla Maclaren Spillane’s collection are
written with a keen eye for detail and draw on her wide range of experiences in
several countries. Some of the poems deal with disabilities, including the
author’s own epilepsy. “I hope that my poems will provoke thought on the
broader implications of disability, on the way others respond to it, and the effect
it can have on a person’s life and that of their relatives and friends,” says
Lucilla. “In poetry we can put into words our most acute thoughts and feelings
and can express them in a concise form. There are many people who sincerely
believe they will never enjoy poetry and I hope that, in publishing this
collection, I may be able to enlighten them and help them to recognize, appreciate and enjoy what I regard as true
poetry””
Lucilla Maclaren Spillane was
born in Oxford, England, of Scottish parentage and now lives in Malta and
Ireland. Her poetry has been described as “simple, effective and sometimes
extremely beautiful.” Her poem, “A Child in Freedom Square,” won first prize in
the 2009 Petersham Festival Poetry Competition. Another Seeing is her first
book of poetry.
Written in traditional form and
with an ear for harmony, her poems are memorable and easy to read. They range
from the deep understanding she shows in “Another Seeing” for the child and the
blind man depicted on the cover of the book, through the beauty of “The Lake”
in Wisconsin, “The Fountain” in Oxford and “Street Lamps” in Malta to the stark
humanity of “The Beggar,” “The Widow” and “A Lonely New Year.” “Lift Off”
re-creates the tension of a Space Shuttle launch; “Dragon” reveals the secret
fears of a child with epilepsy; “No Time to Die” the redemption of an
alcoholic; “Sunday Bells” the frustrations of the writing process; whilst
“Haggis Night” vividly depicts the fabled Hogmanay Hunt for Haggis in the
Highlands of Scotland.
The notes to the poems contained
within this volume give added depth and interest to the poems, explaining how
and where they were inspired and what it was that prompted her to write each of
them. The afterword explores her influences, philosophy and beliefs with regard
to poetry.
PUBLICATION DATE 1st Sept 2013 ISBN
9781783060696 (9781783068982 ebook)
Price: £9.99/€11.49
TROUBADOR, 9 Priory Business
Park, Wistow Road, Kibworth, Leics. LE8 0RX, UK
The book can be bought from Amazon and leading bookstores and as an
eBook on Kindle.
Queries to Dr M G Spillane email
Another-Seeing@outlook.com Phone: 00-356-2784-2788
PRE-PUBLICATION REVIEWS
Barry Spurr, Professor of Poetry and Poetics, The University of
Sydney: ‘Lucilla Maclaren Spillane has a wide-ranging lyrical voice, expressing
rare sensitivity to the natural world and its creatures and changing moods, and
the perceptive human being's response to them. Her poems are well-crafted and
often arresting. Another Seeing will have wide appeal to lovers of the
well-tuned poetic voice'.
Simon. C. Fysh BA (Hons), Conwy, North Wales: Lucilla’s poems are
‘…wide in scope. She has a natural way with the written word which cannot be
learnt... It’s a gift. She shows real sympathy with nature and the human
condition in general [and] her social comment has a timeless quality. Overall,
a wonderful collection.’*
John E. Hallwas, Professor Emeritus of English Literature, Western
Illinois University: ‘Lucilla’s poetry ‘invites re-reading and prompts readers
to appreciate more intensely their own experience in both the social realm and
the natural world. She has the courage to share her own experience of
disability and struggle due to epilepsy,’*
Dr. Simon Mercieca, University of Malta: ‘True poets are those who
are capable of transmitting hidden sensations in simple words. Lucilla succeeds
in conveying not just her ingrained feelings but also her most secretive
thoughts. [Her] poems are 'up front,' recounting the depth and reality of
day-to-day struggle of existence … a love for the simple things of nature
within the complex humility of human behaviour.’*
Andrew J. M. Maund, MA (Cantab), MPhil, Education Advisor to The
Housman Society and Head of English, The King’s School, Worcester: ‘This
collection ‘echoes the complex mix of influences and hardships that formed
Lucilla Maclaren Spillane’s literary education. The range of poetic styles,
registers and tones … is extraordinary and every page is a new delight.’*
Mrs. Celine Hollowell, Northampton: ‘I find [Lucilla’s poetry] has
words with meaning and I take great comfort from it. She uses simple words,
easy to understand, but with great depth.’
Dr. Lilias Fraser, Edinburgh: ‘I enjoyed reading Lucilla’s poems
and like to think that I can hear in them the sort of spare, lyrical tone that
bewitches me in Housman or later in Ian Hamilton Finlay. They are poems with a
seductive, unsettling and timeless musicality.’
Marie Benoit, Malta Independent, Malta, 25 March, 2012: ‘Lucilla
Maclaren Spillane …writes poems which are simple, effective and often extremely
beautiful.’*
Dr. Alia Shuaib, Writer and Poet, Media and Publishing Limited,
Kuwait: ‘Lucilla’s poems have ‘...a soft and sensitive sense …The language is
sweet, colorful, and sensitive. They … touch your soul, and reach deep into
your secrets and most intimate corners: a beautiful work indeed.’*
Dr. David Mervin, University of Warwick (author of the Guardian
obituary for Roger Duclaud Williams, whose coping with blindness inspired the
poem): ‘…the poem, “Another seeing,” movingly evokes the spirit of my dear friend.’
* Indicates that a full review or
press piece can be seen at http://www.troubador.co.uk/book_info.asp?bookid=2295
The title poem, to which the image on the cover relates, is:
Another Seeing
“The leaves are red,”
the child said,
“and yellow and gold and brown.”
The blind man smiled
and spoke to the child,
“I hear them falling down….
I know their damp smell,
I know it well,
Autumn brings me joys.
I hear the wind hushing them,
as we walk, crushing them,
and I love their gentle noise.
In this wooded place,
feel them touch your face,
a leaf river flowing.
As quietly we stand,
use your ears, nose and hand,
A note by Lucilla Maclaren Spillane herself:
1: “Another Seeing” (Petersham, 2009; Malta, 2012) was inspired by the late Dr. Roger Duclaud-Williams at the University of Warwick. He had been blind from the age of eighteen months and I was amazed at the way in which he had overcome this, treating it as an inconvenience, rather than as a disability. He had read Law at Oxford and then, armed only with his white stick, he had roamed the USA on Greyhound buses. When I met him, he was totally at ease, a constructive conversationalist with a puckish sense of humour. He moved around the Warwick campus at will and without a stick or dog and functioned in the Department of Politics as a highly regarded academic, renowned by both his fellow academics and by his students. On reading the poem, Dr David Mervin, author of the Guardian “Other People” obituary for him (23 July, 2012), commented:”Poetry is not really my thing, but this one movingly evokes the spirit of my dear friend.”
Monday, September 02, 2013
It-Tmienja ta’ Settembru ta' Kav Joe M Attard, Victoria Għawdex
L-istaġun
tal-festi jinsab riesaq lejn it-tmiem tiegħu.
Naħseb li kellna għadd sabiħ ta’ festi li tgawdew sew mill-poplu
tagħna. Jidher li niesna għadha tħobb u
tgħożż il-festi għax dawn jipprovdu okkażjoni biex il-familja tiltaqa’ madwar
mejda waħda, jiġu fostna ħutna l-emigranti, il-kummerċ jiġġenera xi ftit iktar
mis-soltu u l-ferħ jaħkem ma’ kullimkien.
Il-festi kkuluriti tagħna jinteressaw ukoll lill-barranin li jiġu
jżuruna matul is-sajf u jipprovdu divertiment ieħor barra l-baħar nadif u
ċar. It-treqat jilbsu l-libsa tal-festa
u fil-knisja ma jonqsux il-funzjonijiet sbieħ, mużika melodjuża, tiżjin u mixegħla
u priedki fuq il-patrun jew il-patruna.
F’xi nħawi jsiru wkoll xi wirjiet kif ukoll it-tlielaq tal-bhejjem. In-noti ferrieħa tal-qniepen ukoll jgħinu f’din
l-atmosfera sabiħa flimkien mal-logħob tan-nar tal-art u tal-ajru.
Intant waħda
mill-festi sbieħ li tfeġġ lejn tmiem il-Kalendarju tal-festi hija bla dubju ta’
xejn il-festa ħelwa tal-Bambina, it-twelid tal-Verġni Mbierka, magħrufa wkoll
fostna bħala l-festa tal-Vitorja. ‘Tal-aħħar
ibaħħar’, jgħid il-Malti u allura niesna tiffolla biex tgawdi din il-festa li
nistgħu ngħidu ġġib fi tmiemu l-istaġun tal-festi. Mhux darba u tnejn li t-temp ikun beda
jħawwad xi ftit, imma insomma xi ftit tas-sirda tagħmel tajjeb biex ittaffi
s-sħana tal-marċijiet u x-xorb li niesna tlegleg biex tiffessteġġja
lill-patrun. Il-festa tal-Bambina
titfakkar kemm fix-Xagħra Għawdex kif ukoll f’xi nħawi ta’ Malta u jien illum
beħsiebni nikteb xi ftit versi fl-okkażjoni tal-festa tal-Bambina fil-Mellieħa,
billi dan huwa l-lokal l-iktar qrib tagħna.
Nistqarr is-sewwa ma nistax ngħid li għandi xi partita ħbieb hawnhekk
imma bla dubju għamilt żmien ngħaddi minn hawnhekk kemm domt nistudja għall-għalliem
f’St Michael’s Training College f’Ta’ Ġiorni f’San Ġiljan u hawn għad għandi xi
żewġt iħbieb li konna għalliema flimkien.
Naf ukoll xi Għawdxin li jaħdmu fl-iskola primarja tar-raħal. Ma rridx inħalli barra lill-ħabib tiegħi,
Alla jagħtih mitt Ġenna, il-kantawtur Sammy Bartolo, li għolla kemm felaħ lill-
isem dan raħal twelidu. Insellem ukoll
lil dawk kollha li jsegwu minn hawnhekk ta’ kull nhar ta’ Erbgħa filgħaxija
l-programm li jien nippreżenta fuq Calypso Radio.
Taqblu miegħi li l-festa
tal-Bambina hija festa kbira u ferm popolari.
Sant Anna u San Gwakkin, li fil-bajja pittoreska tad-Dwejra, taħt ir-riħ
ir-raħal ta’ San Lawrenz, insibu
daqsxejn ta’ kappella ddedikata lil omm il-Madonna, naħseb li kienu l-iktar
ġenituri xxurtjati li taw lid-dinja lil dik il-kejatura li kellha ssir Omm
il-Feddej. Il-festa tal-Bambina tfakkarna wkoll fiż-żewġ Assedji li minnhom
għaddiet Malta u allura bid-dritt kollu din il-festa hija mlaqqma wkoll bħala
l-Festa tal-Vitorja għaliex kien fit-twelid tal-Bambina, fit-8 ta’ Settembru
1565 li l-Maltin flimkien mal-Kavallieri marru jroddu ħajr lil Ommna Marija
wara li raw jgħibu fuq l-orizzont l-aħħar ġfien tal-Mislem illi kieku seta’
kien ijassarna u jġibna fix-xejn. Kien
ukoll fit-8 ta’ Settembru li kien ġie ffirmat l-armistizju biex tintemm
it-tieni gwerrra (1939-45), wara li pajjiżna kien ġie bbumbardjat u mfarrak
mill-bombi tal-Alleati. U allura bi
dritt kollu din hija btala pubblika. Ħalli nħallu xi ftit mill-Muża tiegħi tagħmel
hawnhekk il-parti tagħha għax ibqgħu ċerti mhux wieħed u tnejn kitbu fuq
il-festa u dak kollu li nsibu marbut magħha kif fil-fatt se naraw ukoll iktar
‘il quddiem f’din il-kitba qasira tiegħi.
L-istaġun tal-festi tagħna
issa riesaq lejn it-tmiem;
festa ġejja u oħra sejra
kif itir malajr iż-żmien!
U wasalna f’tal-Mellieħa
fejn infakkru lill-Bambina --
Il-Madonna tal-Vittorji
li maż-żmien riedet tagħtina.
Kien fit-8 ta’ Settembru
li l-Mislem ħalla xtutna
wara l’għamel ħiltu kollha
sabiex jeqirdilna ‘l ruħna!
Maż-żmien tfaċċaw l-Alleati
li tefgħu bombi bi sħiħ;
ħasdu l-ħajja ta’ tant ħutna
u żergħu qerda qatigħ.
Tieħu ħsiebna kien hemm dejjem
dil-ħelwa ċkejkna Bambina
li mal-medda tas-snin kollha
mis-Smewwiet baqgħet tħarisna.
O Bambina lill-Mellieħa
la titlaqx minn taħt idejk;
lil uliedha seddaq, bierek,
żommhom taħt ħarset għajnejk. -- jma
Kif stqarrejt
iktar ‘l fuq, il-festa tal-Otto Settembre hija wisq kbira u għandha sinjifikat
ferm qawwi fin-nisġa tal-istorja ta’ pajjiżna u allura ma setgħetx tiżgiċċa
mill-attenzjoni tal-kittieba tagħna u sabet postha fil-Letteratura tagħna. Marbuta mal-Assedju l-Kbir, nsibu bosta
poeżiji sbieħ li jmorru lura u jiftħu tieqa fuq dak kollu li għadda minnhom
il-poplu Malti meta l-qawwa Torka riedet akkost ta’ kollox teħodna taħt idejha. Isimgħu lill-Poeta Nazzjonali tagħna,
Monsinjur Dun Karm Psaila f’waħda mill-poeżiji patrijottiċi li kiteb biex
ifakkar din il-ġrajja mbiegħda.
Il-poeżija jisimha Dehra tat-V111
ta’ Settembru 1565
Sidru ta’ ljun, ħarstu bin-nar mimlija,
bix-xabla f’idu li ma tafx mistrieħ,
hemm rajtu, fuq il-Prexxa, fl-ewwel dija
lill-qawwi La Vallette; ma’ dwaru sbieħ
fil-ħerba tagħhom siekta qalb id-dmija
rajt idaħħnu l-iswar; u smajt ferrieħ
leħen ta’ qniepen f’mota dewwemija
jagħti l-aħbar tar-rebħ mal-erba’ rjieħ;
imbagħ’d kotra ta’ nies hienja fil-ħsara
tħares mix-xtut, u qlugħ donnhom maħruba
jitbiegħdu fuq il-mewġ biex jieħdu l-bxara.
Oh dehra kbira ta’ Settembru! Ejja
ġdida kull sena fuq din l-art maħbuba ,
u feh’mha kif għar-rebħ għandha tithejja.
Dun Karm ma
kitebx biss fuq dan l-episodju mdemmi ta’ mijiet ta’ snin ilu imma jitkellem
ukoll dwar it-tieni Assedju, din id-darba dak li kellna nġarrbu kemm mill-baħar
kif ukoll mill-ajru bejn is-snin 1939 u 1945.
Kien fit-8 ta’ Settembru wkoll li dawn il-gżejjer raw ifeġġu fuqna jiem
ta’ paċi wara tant ħerba u mwiet. Imma
sakemm wasalna fil-port tas-sliem, kellna naraw tant fuq wiċċna. Wieħed mill-episodji tal-biża’ li kelhom
jaraw niesna u uliedhom kien l-attakk feroċi li sar fuq il-Port il-Kbir minn
għadd ta’ laneċ tal-għedewwa, imma ħalli mill-ġdid inħallu f’idejn il-Poeta
Nazzjonali biex ifissrilna x’ġara sew f’dawk il-ftit sigħat tal-biża’,
fil-poeżija tiegħu E-Boats.
Sbatax-il waħda ġew, minn art imgħaddba,
Ħfief fuq il-mewġa bħal għasafar fl-ajru,
Mgħammra b’għodda qerrieda biex l-imriekeb
Li ġiebu l-ħajja lill-Maltin itajru.
Ġew fil-qalba tal-lejl, biex ikun wenshom
Id-dlam li ma jarax; bid-deh’n tal-ħjiena
Resqu bla ħoss lejn fomm il-port u kiefra
Rażżnu ġo qalbhom kull tqanqil ta’ ħniena.
U x’naf xi
ħadd li mtamma kien imexxi
Il-miġfna ċkejkna għala rebħa kbira,
Kienx beda jfantas ta’ ġieħ kbir il-għelma
U ta’ hena bla tarf ġarrabx tferfira.
Iżd’għarriexa fid-dlam kien hemm moħbija
L-imħabba għajjura ta’ din l-art ħanina;
Hi rat u semgħet u tħejjiet imħeġġa
Għal taqbida bla nifs, tajba u ħażina.
Ingħata l-amar; minn kull borġ imwettaq
Infetħu ħluq tan-nar , u nebħu sewwa;
L-ajru mtela twerdin, damdim li jtarrax,
U xita tal-azzar ġiet fuq l-għedewwa.
Damet sejra t-taqbida, għax qalbiena
Kienu ż-żgħażagħ li ġew għall-qirda tagħna;
Iżda Malta ma nsietx id-drawwa tagħha;
Tiġġieled, tirbaħ u bil-ġieħ tistagħna.
Sbatax-il waħda ġew, sbatax-il waħda
Sabu qabarhom fuq ix-xtut tal-gżira;
Anqas waħda ma reġgħet lejn pajjiżha
Biex tgħid il-għajb ta’ din it-telfa kbira.
Minn dan
ix-xogħol bla dubju joħroġ il-kuraġġ u d-determinazzjoni tal-poplu tagħna matul
il-jiem imwiegħra tal-gwerra imma mill-banda l-oħra dan ma jistax ikun mod
ieħor la darba l-Bambina hija dejjem magħna.
Lejha l-poplu tagħna dejjem irrikorra u ittama biex teħilsu minn kull
mard, saram, niket, pesta, terremoti u gwaj ieħor. U allura ma nistgħux ma nħarsuhx dan il-Jum
tat-8 ta’ Settembru u nistennewh b’ħerqa kbira.
Din il-festa ma tistax ma tispikkax fost ħutha l-festi l-oħra għax ma
hix biss il-festa tax-Xagħrin, tan-Naxxarin, tas-Sengleani jew tal-Melliħin,
imma hija l-festa ta’ poplu sħiħ li mal-medda tas-snin għadda minn bosta gwerer
u tbatijiet, imma l-Bambina kienet dejjem hemm, sur qawwi u nvinċibbli. Lilha nbnewlha
tempji mill-isbaħ li fihom issaltan l-istatwa artistika tal-Bambina li toħroġ
ferħana fuq l-ispallejn f’jum il-festa fost l-isparar, iċ-ċapċip, id-daqq
tal-banda u l-logħob tan-nar.
Dan kollu sabiħ u
ta’ min jinkorraġġih; importanti wkoll
il-preżenza tagħna fil-knisja għal tant funzjonjiet sbieħ li jsiru ad unur
Ommna Marija fit-twelid tagħha. Nifirħu
għalenija fil-jiem tal-festa imma ħbieb nibqgħu qrib tagħha l-jiem kollha
tas-sena meta llum d-dinja tagħna qed tinħakem minn tant Materjaliżmu u Konsumiżmu. L-Ewropa bil-progress kollu tagħha donnha qed
taħseb li tgħaddi mingħajr Alla, iżda fejn Alla ngħata l-ġenb saltan il-kaos u
l-firda. Bosta drabi hija l-Omm tiegħu
li żżommlu driegħu biex ma jikkastiganiex, u allura ejjew ħbieb infittxu l-kenn
tal-Bambina biex tissokta tressaqna lejn l-Imgħallem Divin.
Jien se ntemm din
il-kitba tiegħi fl-okkażjoni tal-festa tat-Twelid tal-Verġni Mbierka għand
il-ġara taghna l-Mellieħa billi mill-ġdid nissellef il-versi tal-Poeta Dun Karm
Psaila li nsibu fis-sunett tiegħu Talba
lill-Bambina Marija:-
Issa l-waqt; la tinsiex, Ommna Marija,
Li dejjem Int ħarist lill-gżejjer tagħna;
Jekk ġradi u mard, jekk theżhiżiet qawwija,
Lilek sejjaħna u dejjem sibniek magħna.
U meta l-Mislem mgħaddab fil-ħruxija
Hejja miġfna bin-nar u n-nies setgħana,
U ħaxken lil din l-art fix-xogħ’l medhija,
U ħalef bil-Qoran li jrid jiblagħna,
Lilek sejjaħna – tixhdu l-isbaħ Storja –
U int weġibt hekk ħelu li għalina
It-twelid tiegħek sar igħid “Vittorja”.
Għalhekk dan issa l-waqt: tinsiex, Madonna;
Kif kont fl-imgħoddi kun illum ħanina,
Jekk trid li nibqgħu tiegħek bħalma konna.
INTERVISTA MAL-POETA ACHILLE MIZZI
Minn fejn u meta twieled l-interess tiegħek fil-poeżija u
fil-kitba in ġenerali?
Jiena bdejt nikteb meta kelli xi sittax-il
sena u kont għadni qed nistudja. B'xorti tajba kelli għalliema li huma stess
kienu poeti tajbin... bħal Dun Frans Camilleri, Ġorg Zammit (ta' Wenzu u Rożi)
u oħrajn. Dawn kienu jispjegaw il-poeżija tant tajjeb li nisslu fija mħabba
għal-letteratura, li ma ħallietni qatt. Naturalment il-poeta jrid ikollu d-don
mitwieled miegħu biex jikteb. Barra minn hekk irid ikun immaġinattiv u
intellettwalment kreattiv. Irid ikun imkisser ukoll fis-sengħa tal-kitba,
speċjalment fl-użu tal-kelma (il-lingwa). Fuq il-kreattività artisitika Francis Bacon kien
qal hekk "The creative process is a cocktail of instinct, skill, culture, and
a highly creative feverishness...”
Liema huma
dawk il-waqtiet, esperjenzi u ħwejjeġ li jispirawk?
It-temi
tal-poeżija tiegħi huma s-suġġetti filosofiċi li ħabbtu l-bnedmin tad-dinja
kollha mill-bidunett, talanqas dawk li għandhom moħħ biex jaħsbu. Il-bidu
tal-ħolqien, il-bidu tar-razza umana fuq wiċċ l-art, it-tnissil u t-twelid tal-individwu,
il-mewt tal-bniedem u tant u tant enimmi oħra li minkejja l-iżviluppi
tax-xjenza għadhom u jibqgħu jħabbtuna. Forsi l-akbar enimma hija l-istess
eżistenza ta’ Alla - li bih ħajjitna tista’ tidher imjassra u mxekkla imma li
mingħajru hija baħħ bla sens. Jien għadni nfittex u ngħarrex bħal ħafna mill-poeti,
mill-filosfi u mill-mistiċi ta’ qabli. L-istess tiftixa għal Alla hija fiha
nfisha att tal-fidi.
Fil-poeżija
ċċelebrajt il-misterji tal-ħajja li hija tant għanja fl-organiċità tagħha -
fejn kollox huwa inter-relatat. Parti minn din il-glorja tal-ħolqien u tal-ħajja
hija l-manifestazzjoni tax-xjenza u ta’l-iżviluppi teknoloġiċi tad-dinja
moderna.
Dwar
ix-xjenza forsi kont jien l-ewwel u
l-uniku esponent fil-poeżija Maltija. Tant hu hekk li Peter Serracini Inglott
f“Linji Ġodda” kien kiteb hekk fuq il-poeżija “Dawl”: Fost il-poeti l-ġodda, kien Achille Mizzi l-ewwel li fisser
b’oriġinalita` li tispikka mqar fil-kwadru tal-poeżija moderna dinjija
l-interess tal-bniedem tal-lum, imqanqal mill-kixfiet kbar tax-xjenza fil-Bidu
– il-bidu ta’l-Univers, il-bidu tal-ħajja, - il-bidu tal-bniedem (Fil-poeżija
ta’ Mizzi tinħass ukoll il-kuxjenza tal-kixfiet kbar tal-psikoloġija u
l-antropoloġija).
Id-dinja
moderna tax-xjenza mhux talli ppruvajt nifhimha imma talli għannejtha fil-bidu
tal-karriera tiegħi meta ħadd ma’ kien għadu
ħolom li jagħmel ħaġa bħal din
fil-poeżija Maltija.
Xi tgħid
dwar il-kompromess jew taħlita bejn imgħoddi u preżent fil-versi tiegħek?
Fir-realtà iż-żmien - l-imgħoddi, il-preżent
u l-ġejjieni, flimkien mal-ispazju, huma kunċett wieħed skond il-ħassieba
moderni. Aħna ngħixu f’dak li jissejjah spacetime continuum. Dan huwa kunċett li l-popli
tal-Andes għadhom iżommuh sal-lum
Jiena ngħid li mal-mixja taż-żmien il-bniedem
jgħaddi bħal f’ħolma minn tiġrib ta' ferħ u niket li jimmaturah u jbiddillu
l-atteġġjament tiegħu. Kull ma tmur il-vista tagħna dejjem izjed titwassa'
fil-perspettiva tagħha permezz tal-esperjenzi. Dan huwa bla dubju ta' xejn dak
li jirrendi l-poeżija aktar matura, profonda u nieqsa mis-superfiċjalità li wieħed
isib f’xi wħud mill-kittieba ta’ qabilna. Mistoqsija tremenda hija jekk din
l-esperjenza li qed inġarrbu ISSA għadx ikollha tmiem meta mmutu jew inkella
għadx titkompla wara l-mewt meta nitwaħħdu mill-ġdid man-natura.
Għal min
taħseb jappellaw il-versi tiegħek?
Il-versi tiegħi huma indirizzati għal kull min
għandu moħħ biex jifhem u japprezza...għal min għandu sensittività biex jaħseb u
jħobb dak li hu tajjeb u sabiħ. Biex inti tirċievi xbihat u messaġġi televiżivi
jrid ikollok ir-riċevitur meħtieġ. Aktar ma jkun sofistikat dan l-apparat aktar
il-messaġġ jolqtok u jissummak. Il-poeżija tiegħi hija msejsa fuq il-metafora
densa li hija l-bażi ta’ kull arti. Il-metafora tevoka fil-friegħi kollha
tal-arti ċerti ideat u esperjenzi imlewnin, irkaċċati u mkebbsin fuq iż-żnied
tal-paragun... tax-xebħ u tal-immaġinazzjoni
Min jaqra
l-poeżiji tiegħek jeħtieġ dizzjunarju (l-aktar il-ġenerazzjonijiet żgħażagħ)
għax fihom hemm l-użu tal-Malti semitiku xi drabi arkajku, drabi oħra element
qawwi tal-Malti li ġej mit-Taljan, anki erudit. Xi tgħid dwar dan?
Hija sfortuna kbira għan-nazzjon tagħna li
sezzjoni ġmielha miż-żagħżagħ Maltin qed jitilfu l-mezz tal-komunikazzjoni li
ħallewlna missirijietna. Jien ngħid għalija dik il-lingwa li nikteb biha hija
dik l-istess lingwa, sabiħa, pura u naturali li tawni ommi u missieri. Jekk
in-nies tal-lum tilfu ċerti idjomi u espressjonijiet li kellna f’żogħżitna
jfisser li l-ispektrum tal-esperjenzi
strettament Maltin qed jidjieq u jintilef. Jiena nħossni kburi għal kif
irnexxieli ħafna drabi nżewweġ l-element semitku u dak romanz u nagħmel minnhom
għodda artistika tal-ogħla espressjoni poetika.
Anki fuq
livell ta’ xbieha l-versi tiegħek mhumiex ċari jew sempliċi. Dan tqisu bħala
preġju (fis-sens li jippreżenta sfida għall-qarrej) jew difett (għax jistgħu
jgħajjew lil dak li jkun)?
Il-poeżija tiegħi hi dik li hi u ma tistax
tkun mod ieħor biex togħġob lill-qarrej. Hija ritratt perfett tal-karatturu u
l-kultura tiegħi. Dan ġej l-ewwel nett mill-fatt li nistinka biex il-metafora
tiegħi qatt ma tkun clichè imma
pjuttost friska u oriġinali b’tali mod li tolqot lil dak li jkun. Hemm imbagħad
ċerta kumplessità fin-nisġa tal-ħsieb. Nemmen bis-sħiħ li l-misterju u l-ambigwità
huma parti mill-istrateġija poetika. Dwar dan inkiteb volum sħiħ mill-poeta u
kritiku William Empson bl-isem SevenTypes
of Ambiguity. L-aqwa poeżija dejjem kienet dik li jkun fiha ħafna
sulari.Is-sublimi fil-poeżija joħroġ meta l-poeżija tkun għanja
fl-interpretazzjonijiet u fl-allużjonijiet. Dwar Shakespeare u Dante inktitbu u
għadhom jinkitbu volumi sħaħ fejn tiġi analizzata kważi kull kelma. Jiena
konxju li tkun ħasra meta l-komunikazzjoni ma sseħħx bejn il-kittieb u
l-qarrej. Hemmhekk niġu għall-problema tal-poeti ermetiċi bħal Ungaretti u Quasimodo li madankollu huma meqjuma fost l-aqwa poeti
fil-letteratura taljana tas-seklu għoxrin u l-aħħar wieħed fosthom rebaħ
saħansitra l-Premju Nobel.
Inti fost
dawk il-poeti moderni li għażlu jiktbu versi mirqumin u neqsin minn lingwaġġ oxxen, sensazzjonalist u
li jdarras bla ebda skop ulterjuri. Xi tgħid dwar din l-għażla tiegħek?
Qatt ma emmint f’mezz irħis bħall-oxxenità
biex inbiegħ lili nnifsi. Dan jgħodd wisq aktar meta l-awtur jinqabad biċ-ċar
li qed ideffes dawn l-elementi barra minn lokhom bħala pretest. Dan ma jfissirx
li f’ċerti poeżiji minn tiegħi ma kontx
senswali għall-aħħar. Imma pornografiku
ma kont qatt. Għannejt dak li Oliver Friggieri
sejjaħlu l-innu lis-senswalità u
l-poeżija tas-setgħat passjonali.Dan il-kritiku kbir ikompli jżid li
l-poeżija tiegħi...tinżel fis-saffi
tal-ispirtu bis-saħħa tal-istess senswalità. Jekk jitgħaqqdu ż-żewġ naħiet
l-iżjed imbiegħda ta’ din il-viżjoni, tista’ tinstab is-sintesi: il-profondità qaddisa
tas-senswalità, jew is-senswalità ta’ kull ma huwa fundamentali fl-eżistenza.
Kemm hu
apprezzat il-poeta f’pajjiżna? X’jista’ jsir biex il-poeta u l-poeżija
jingħataw spinta ’l quddiem f’pajjiżna?
Il-poeta mhux apprezzat kemm imissu jkun.
Ċertament l-istudju u l-apprezzament tal-poeżija qed jonqos minħabba diversi
fatturi, fosthom il-fatt li s-sillabu tal-iskejjel illum twessa’ u
l-letteratura, mhux tal-Malti biss, naqqset fl-importanza. Hemm ukoll enfasi
wisq akbar fuq ix-xjenzi naturali (fiżika, kimika eċċ) u fuq ix-xjenzi soċjali
(ekonomija, socjoloġija eċċ). Barra minn hekk hemm wisq distrazzjonijiet bħat-televiżjoni
u l-kompjuter li għamlu lill-bniedem passiv u għażżien.
Madankollu wieħed irid iżid li l-poeżija hija
mhux biss dik konvenzjonali, li nsibuha f’forma ta’ poeżija miktuba, imma wkoll
dik li naraw fil-films, fil-produzzjonijiet televiżivi, fil-kanzunetti u f’mitt
ħaġa oħra.
X'taħseb dwar l-opportunitajiet li joffri l-internet lil poeti
bħalek?
Bla ma nidher li qed
nikkontradiċi dak li għidt aktar ’il fuq dwar il-kompjuter ngħid li fl-internet
hemm sorsi wisq għanja dwar il-poeżija. Illum għandek mhux biss enċikolopediji
letterarji imma kampjunarju ta’ kull ma nkiteb mill-kbar tal-letteratura.
Għandek ukoll rivisti bla għadd dwar il-poeżija. Hemm faċilità wkoll biex
wieħed ikollu aċċess għall-istess għodod tal-kitba tal-poeżija bħalma huma
rimarji, teżawri ta’ kliem u fonti oħra ta’ ispirazzjoni bħalma ma huma web sites eċċ.
Inti għaraft ukoll il-ħtieġa li l-poeta Malti jkollu vrusu
maqlubin f’ilsna oħra? Xi tgħid dwar dan?
Minn qaddisu l-poeta jrid u
jixtieq li jxerred il-poeżiji tiegħu mal-erbat irjieħ. Jien dan għaraftu minn
kmieni u kienu bosta l-poeżija tradotti f’antoloġiji lokali u barranin kemm
bl-ingliż kif ukoll bit-taljan u bil franċiz. Madankollu jien kont dejjem
konxju tad-diffikultà biex insib nies kapaċi jittraduċi x-xogħol tiegħi b’mod
sodisfaċenti. Kien hemm drabi fejn m’għaraftx lili nnifsi fil-poeżiji tradotti.
F’każijiet oħra fejn it-traduttur kien kapaċi, xorta l-verżjoni tradotta kont
naraha mitruħa u bla ħajja. Kien għalhekk li ħtaft, meta nħolqot, l-opportunità
li jkolli lill-mibki Dun Peter Serracino Inglott li b’entużjażmu liema bħalu
medd għonqu għax-xogħol biex temm volum sħiħ ta’ traduzzjonijiet li jagħmel
ġieħ mhux biss lilu imma wisq iżjed lili.
Kif twieġeb lil min jgħid li Achille Mizzi hu poeta elitist?
Il-kelma ‘elitist’ fiha ħafna tifsiriet.
Jien sa neħodha li qed tirreferi
għall-fatt li l-poeżija tiegħi ma tantx hija aċċessibbli u ħafifa għal xi wħud
min-nies. M’hijiex il-poeżija rħisa li tiftiehem kif ġieb u laħaq minn kulħadd.
Il-poeżija tiegħi jew tħobbha jew tobgħodha. Hija poeżija retiċenti imma
daqstant ieħor hija profonda u stimulanti.
Hija poeżija li troddlok bil-mija fil-wieħed l-isforż li tkun għamilt
biex taqraha u tifhimha. F’ħafna każijiet il-kumpens ħafna drabi jkun moħbi u
jintradd bħal leħħa ta’ berqa li ddawwal u tagħti sodisfazzjon lill-menti
tiegħek. Biex idduq il-benna ta’ gandoffla trid titħabat biex tofroq il-qoxriet.
U dan li qed ngħid jgħodd għall-friegħi kollha tal-arti u l-letteratura. Hawn
min jidħol fil-katidral ta’ San Gwann daqs li kieku kien bla għajnejn, u billi
ma jkunx imeħejji bi sfond kulturali kif imiss, ma jsib xejn x’jolqtu u
x’jelevah. F’dak il-każ in-nuqqas ma jkunx fl-opra imma fl-ispettatur.
Li wieħed jimplika li jien poeta
elitist ma tkiddni xejn għax naf li l-opra poetika tiegħi hija frott ta’ viżjoni
intima, u bħala tali għandha tinqara minn min għandu t-tħejjija meħtieġa biex
jista’ japprezza testi bħal dawn. Lanqas m’għandu xogħli jiġi ġġudikat biss
minn poeżija waħda, imma għandu jitqies u jinqara fl-intier tiegħu bħala korp
ta’ xogħol organiku.
Kollox ma kollox jien nistabar li
ġejt dejjem milqugħ bl-akbar approvazzjoni mill-kritiċi kollha minkejja li jien
qatt ma mbuttajt lili nnifsi b’pubbliċità żejda. U dan jgħodd saħansitra
għall-ewwel poeżiji li wrejt lill_Professur Aquilina meta kelli biss xi
tmintax-il sena, Xogħli dejjem intlaqa’ b’superlattivi – ħaġa li lili hennietni
u għamlitli ħila ta’sur. Huwa biżżejjed
li niġi apprezzat minn min jifhimni għax wara kollox għandi sens qawwi
tal-frugħa tal-fama u naf li f’din
il-ħajja kollox huwa għaddien. Għalija huwa biżżejjed apprezzament bħal dak li
kien għaddieli l-Profesur Oliver Friggieri, l-aqwa kritiku tal-letteratura
Maltija “F’għadd ta’ sensi Mizzi hu
l-werriet denn ta’ Dun Karm; il-versi tiegħu huma sottilment, sikwit, żviluppi
maturi u kisbiet tipiċi tal-poeta nazzjonali. Il-klassiċità miksuba
romantikament minn Dun Karm hi hawnhekk imġedda u adattata għal qagħdiet u
ambjenti poetiċi differenti”.
X’jagħmel
Achille Mizzi meta ma jkunx okkupat bil-poeżija u l-kitba? Proġetti
għall-ġejjieni?
Għalkemm nagħtiha importanza kbira, il-kitba
propja tal-poeżija ftit teħodli ħin minn ħajti. Wisq aktar ngħaddi ħin naqra, nixtarr,
nisma’ u nġarrab internament l-avventura tal-eżistenza. Ħbieb kbar tieħi huma
l-letteratura, l-arti u l-mużika, speċjalment dik klassika. Imbagħad niddelitta
wkoll nimxi ħdejn il-baħar u fil-kampanja u ngawdi l-ambjent ta’ madwari.
Għalkemm in-nies inħobbhom ma niddejjaq xejn ingawdi s-solitudni. Bħal Ċiċerun
intenni li “Qatt ma nkun inqas waħdi, daqs meta nkun waħdi” (Nisi
solum, quam solum esset. De officis 3.1).
Illum li nħossni qisni l-patrijarka Abram, imdawwar b’erba’ wlied u
tmien neputijiet, intaffi ftit mit-toqol tas-snin li għandi billi ngawdi l-kumpannija
tagħhom, meta dawn ikunu jistgħu jiġu jżuruna.
Proġetti għall-ġejjieni ma tantx jista’
jkolli issa li l-orizzonti qed jingħalqu madwari...
Is-sit uffiċjali ta' Achille Mizzi hu www.achillemizzi.com
Is-sit uffiċjali ta' Achille Mizzi hu www.achillemizzi.com
(Intervista minn Patrick Sammut, 12 ta Marzu 2013)
Saturday, August 10, 2013
Toħroġ edizzjoni oħra ta' IL-PONT
Għadha kemm ħarġet edizzjoni ġdida tar-rivista letterarja online IL-PONT - Awwissu 2013. Bħal dejjem din il-pubblikazzjoni virtwali mqassma fuq tmien paġni għandha l-Editorjal li jittratta t-tema tal-misħutin klikek anki fil-qasam letterarju lokali; żewġ paġni ddedikati lill-aħbarijiet f'rabta mad-dinja letterarja; l-intervista, din id-darba mal-kittieb Godwin Ellul; żewġ kontributi interessanti mill-Professur Oliver Friggieri u mill-kittieb Charles Casha; paġna ddedikata lill-poeżija; u fl-aħħarnett, paġna ddedikata lil kotba li ħarġu dan l-aħħar. Għal min jixtieq jara din il-pubblikazzjoni online jista jara l-ħolqa:
Minn hawn nirringrazzja dejjem lil Hilary Spiteri għas-setting ta' IL-PONT, u lil Omar Seguna talli għoġbu jtella' din ir-rivista online.
Subscribe to:
Posts (Atom)
.jpg)







.jpg)
