Monday, February 13, 2012

Intervistat Oliver Friggieri


     
      1.      Ħafna qraw dwarek f’intervisti bħala kittieb ta’ rumanzi, novelli u l-bqija. Hawn xtaqt nistaqsik tgħid ftit dwarek innifsek kemm bħala bħala missier u anki bħala nannu.

L-esperjenza tiegħi ta’ missier hi marbuta ma’ binti Sara, tifla li llum hi għalliema u omm ta’ żewġt itfal li bis-saħħa tagħhom bdejt nitgħallem x’jiġifieri tkun nannu. Fir-rumanzi It-Tfal Jiġu bil-Vapuri u La Jibbnazza Niġi Lura pppruvajt nibni l-figura ta’ nannu u ta’ nanna, imma sa dak iż-żmien kont għadni ma sirtx nannu. Hi esperjenza sabiħa ħafna, mimlija tagħlim, paġna miftuħa fil-ktieb tal-misteru tal-ħajja, mixja fiż-żmien.

      2.       Kif irrikonċiljajt dawn iż-żewġ rwoli ma’ dawk ta’ Professur tal-Letteratura u kittieb matul is-snin? Kif seta’ r-rwol tiegħek bħala missier u nannu għen fil-qasam tal-kitba u anki tat-tagħlim?

Dejjem kelli liberta’ sħiħa, il-ħin kollu li kelli bżonn kuljum għall-istudju u għall-kitba, u anki għar-riflessjoni, jiġifieri l-ħinijiet twal li ngħaddi kuljum naħseb, u mhux biss nikteb. Il-ħajja professjonali u l-ħajja letterarja qatt ma fixkluni fir-rwol familjari tiegħi. Anki kieku rrid, ma nistax naħli l-ħin għaliex ix-xogħol jibda tiela’, u l-kitba tkun trid tinkiteb... Fil-qasam tal-kitba, tar-rumanzi u tan-novelli, il-ħajja ta’ missier u ta’ nannu kienet għalija għajn ta’ ispirazzjoni kbira. M’iniex se nitkellem fuq ix-xogħol tiegħi, imma naħseb li kull qarrej jista’ jintebaħ li l-bijografija tħalli influwenzi qawwija.

      3.       Inti wieħed minn dawk il-ftit kittieba stabbiliti li jiktbu wkoll fuq il-ġurnali dwar kwestjonijiet differenti. Insemmi fil-każ tiegħek kitbiet fil-ġurnali dwar Malta u l-Ewropa , u anki dwar id-divorzju. Temmen li dak li għandu jgħid il-kittieb jasal aktar permezz tar-rumanz jew tal-ġurnal? Għaliex dan?

Ili nikteb regolarment fil-gazzetti sa mis-snin sittin. Għamilt snin twal nikteb kolonna regolari ta’ kull ġimgħa f’gazzetta jew f’oħra. Hemm imbagħad is-sensiliet ta’ programmi li għamilt fuq ir-radju,ecc. Dejjem ħassejt li kelli nagħti s-sehem tiegħi fit-tiswir tal-ħsieb Malti. Ir-rumanzi tiegħi huma mezz ta’ xandir ta’ ċerti ideat, u għalhekk huma estensjoni tal-kitba ġurnalistika. Ma nafx liema ġeneru hu l-aktar effettiv. Naf żgur li hawn Malta hawn ħafna u ħafna nies li japprezzaw, kemm ktieb u kemm artiklu. Inħossni grat immens.

      4.      Min huwa l-intellettwali per eċċellenza għalik? Kif tiddeskrivih?

Għalkemm mal-wasla tal-Perestrojka, tal-Glasnost, il-kunċett romantiku tal-intellettwali tbiddel jew inħela, xorta waħda jibqa’ jeżisti l-fatt li hemm persuni li s-sehem tagħhom lis-soċjeta’ jistgħu jagħtuh l-aħjar billi jaħsbu. Hekk hu l-qasam akkademiku, fejn għandha taħkem biss il-kompetenza, u mhux l-opinjoni faċli, improvviżata. L-intellettwali llum, wara l-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin, hu l-espert, il-bniedem imħarreġ fil-ħsieb, u li jgħix il-ħin kollu jitħarreġ fil-ħsieb. L-akbar ħsara li tista’ ssir fi żmienna hi sewwasew mill-opinjoni, għaliex din twassalna biex naħsbu li nafu kollox fuq kollox. Intellettwali per eċċellenza hu kull min jispeċjalizza f’suġġett fil-livell akkademiku u jkun kapaċi japplikah għas-sitwazzjonijiet ta’ żmienu. Hu xi ħadd li jaf li jaf ftit. L-akbar tagħlimiet tiksibhom aktar ma tikber. Hu diskors twil.

      5.      Xi tgħid dwar ir-rwol tar-rivisti reliġjużi lokali llum f’rabta mal-qasam reliġjuż imma fuq kollox mal-qasam kulturali?

 Ir-Reliġjon hi l-għajn ta’ kull ġid. Pajjiż li jitlef ir-reliġjon tiegħu hu pajjiż li jkun qiegħed jipperikola s-saħħa tiegħu stess. Ir-rivisti reliġjużi fostna huma xhieda ta’ kemm il-Maltin iħobbu jaqraw, u l-aktar fuq il-fidi tagħhom. Malta hi pajjiż li jħobb ħafna l-qari – ara l-kwantità ta’ materjal stampat li joħroġ biż-żewġ ilsna – u fuq kollox iħobb jaqra fuq il-fidi tiegħu.

    6.      Xi tgħid dwar il-pluraliżmu fix-xandir lokali? Dan sewa ta’ ġid jew ta’ deni rigward il-livell kulturali/edukattiv imma anki morali tal-poplu Malti in ġenerali?

Bi pluraliżmu nifhmu diversitajiet li jgħixu flimkien. Il-pluraliżmu jkun ta’ ġid meta jkun ikkontrollat, meħlus mil-liġi tal-ġungla, l-uniku pajjiż fejn kulħadd jagħmel li jrid – pajjiż ta’ inġustizzja. Ix-xandir jista’ jagħmel il-ġid daqskemm il-ħsara. Fl-Ewropa l-pluraliżmu tax-xandir kiber wara l-waqgħa tal-ideoloġiji, u b’hekk twieldet ideoloġija ġdida: l-opinjoniżmu. X’taf tgħid fuq kollox. Hi fażi perikoluża, u hi inġustizzja kontra t-tfal u ż-żgħażagħ u l-vulnerabbli.

     7.      Inti u l-esperjenzi tiegħek lil hinn minn xtutna f’rabta mar-rwol tiegħek fil-qasam tal-letteratura. Hemm xi episodji li ħallew marka fuqek u li ma tinsa qatt? Tista’ ssemmi fil-qosor tnejn jew tlieta?

Għamilt madwar tletin sena nieħu sehem regolari f’kungressi fi bliet barranin. L-episodji huma ħafna, imma l-aktar li niftakar hu li darba fi żmien il-komuniżmu fi Praga, kittieb ħabib tiegħi qalli li ma kienx jemmen f’Alla għaliex il-partit ma kienx iħallih. Kont staqsejtu, allura, jekk kienx se jiddeċiedi li jemmen kieku l-partit kien iħallih jemmen. ‘Yes, yes, surely, I will believe.” 

    8.      Inti għandek wara spallejk snin twal ta’ tagħlim u kuntatt maż-żgħażagħ. X’tibdiliet innutajt għall-aħjar jew għall-agħar rigward ir-relazzjoni żgħażagħ/għalliema/tagħlim matul dawn is-snin? Kemm taħseb li s-sistema edukattiva attwali qed tgħin liż-żgħażagħ ikunu kritiċi fis-sens pożittiv?

Fl-esperjenza tiegħi fit-tagħlim, fil-livell sekondarju daqskemm terzjarju, ippruvajt ngħallem skont is-sillabu u ħafna drabi ‘l barra mis-sillabu. Naħseb li l-edukazzjoni għandha (1) turi kemm ninsabu fi pjaneta li ma nafuhiex; (2) turi l-bżonn tal-akbar għerf, li hu l-umiltà u s-sens tal-limitu; (3) tippreżenta l-lezzjonijiet il-kbar tal-ħajja li huma mixtieqa quddiem Alla u quddiem il-ħolqien: imħabba, ġentilezza, sabar.

9.      X’jagħmel Oliver Friggieri meta ma jkunx medhi bil-kitba jew bi ħwejjeġ marbutin ma’ xogħol? Liema huma dawk il-ħwejjeġ  jew waqtiet li fihom issib il-veru mistrieħ?

Għaddejt ħajti nistudja u nikteb biss. Ma nafx, illum, x’naf nagħmel aktar minn hekk. Inħossni kuntent u sodisfatt ħafna. Ma nafx ngħidlek meta nsib il-veru mistrieħ. Naf żgur li l-kitba mhux biss hi sfida diffiċli, imma hi wkoll sodisfazzjon kbir. Wara ħajja ta’ aktar minn ħamsa u erbgħin sena mgħoddijin fit-tagħlim u fil-kitba, ma nixtieq xejn aħjar minn dan. Dejjem bqajt ngħix l-istess ħajja ma’ niesi fil-Furjana, u għalhekk qatt ma rajt li hemm xi differenza bejn il-verità tat-triq u l-verità tal-ktieb li ridt nikteb. L-ispirazzjoni hi dejjem it-triq, in-nies u l-annimali li qegħdin ibatu. In-narrattiva tiegħi hi dejjem imnebbħa minn nies komuni, qabelxejn minn ommi wild il-Kottonera. It-tbatija hi waħda, l-istess. Ma hemmx verità oħra, lanqas fl-epoka diġitali. In-natura ma timpressjona ruħha b’xejn, u x-xjenza hi dejjem għarkobbtejha quddiemha.

     10.  Personalment nara li l-modestja hija fattur ewlieni fil-karattru tiegħek. Minkejja dan kif tixtieq li n-nies tibqa’ tiftakrek?

Nixtieq li min jibqa’ jiftakarni, anki skont il-kotba tiegħi, ikun jista’ jgħid li jien qatt ma weġġajt lil ħadd, la annimal u lanqas bniedem, għaliex it-tbatija hi waħda u l-istess. Hekk nixtieq li jiftakruni: xi ħadd li kiteb il-kotba biex inaqqas l-uġigħ, ir-regola suprema ta’ din il-pjaneta misterjuża.  Nibki quddiem il-weġgħa ta’ dudu bħalma nibki bil-weġgħa ta’ bniedem bħali. L-uġigħ iweġġa’ lil kulħadd l-istess, u Alla jibki f’kull każ l-istess. Hu Missier wieħed.

(Patrick Sammut)
  

                    

Sunday, February 12, 2012

Una Giornata per la difesa della Lingua Materna


 
Il 21 febbraio di ogni anno, da un po’ di tempo ormai, è la Giornata della Lingua Materna. È stata l’Unesco nella sua XXIX Sessione della Conferenza generale a proclamarla tale. Las proposta era partita dal Bangladesh ed era appoggiata da 28 paesi. La data vuole ricordare la sollevazione avvenuta nel 1952 dell’allora Pakistan orientale in difesa del Bangla, madre lingua di buona parte del paese.
Difendere la diversità linguistica e culturale e il plurilinguismo nel mondo è tra gli obiettivi principali dell’Unesco. Gli sforzi per promuovere la diffusione delle lingue madri, che costituiscono il piú importante strumento per la salvaguardia e lo sviluppo del nostro patrimonio materiale ed immateriale, sono finalizzati non solo ad incoraggiare la diversità linguistica e l’educazione plurilinguistica, ma anche a sviluppare una piú profonda consapevolezza delle tradizioni linguistiche e culturali nel mondo e una solidarietà basata sulla comprensione, la tolleranza e il dialogo.
La Giornata è quindi uno strumento di salvaguardia del Patrimonio linguistico culturale dell’umanità, messo oggi in pericolo dalla globalizzazione e dalle tendenze all’utilizzo di un’unica lingua con i conseguenti rischi di progressiva marginalizzazione e sparizione delle altre.
L’azione dell’Unesco è volta a creare le condizioni ambientali, sociali, intellettuali e mediatiche per lo sviluppo del plurilinguismo inteso come strumento di accesso democratico al sapere di tutti gli uomini, quale che sia la loro lingua madre.
L’Unesco che da moltissimi anni è presente sul fronte della mediazione linguistica tra culture è particolarmente attento al problema del rischio di scomparsa di oltre 3000 delle 6000 lingue parlate nel mondo.
Le lingue materne si difendono con l’adozione di una lingua neutra per la comunicazione internazionale. A tale può benissimo assolvere l’esperanto, lingua di tutti in generale e di nessuno in particolare, che ha tutte le caratteristiche per tale scopo: facilità, flessibilità, neutralità, foneticità, ecc.
Notizie sull’esperanto si possono trovare, in particolare, in http://www.esperanto.it, dove http://www.esperanto.it/materiale-informativo, si può anche scaricare materiale informativo.
 
Amerigo Iannacone
 

Wednesday, February 01, 2012

Esibizione di fotografia a ROMA


Il Laboratorio Fotografico Corsetti

è lieto di invitarLa al vernissage della mostra


Oltre il caos
di
Enrico Nicolò



venerdì 10 febbraio 2012 ore 18

catalogo in sede


In mostra fino al 24 febbraio


Laboratorio Fotografico Corsetti
Via dei Piceni 5/7
Roma

E-mail: enrico.nicolo@yahoo.com
Website: 
www.enriconicolo.it
Facebook: 
www.facebook.com/enrico.nicolo
 

Tuesday, January 31, 2012

Final results of World Poetry Contest "Seeking a Poem" are out


31.1.2012 - DECISION OF THE JURY IS ONLINE...
133 poets from 37 countries Worldwide competed for the Competition "Seeking for a poem" organized by DIOGEN pro culture magazine (Sarajevo, Bosnia and Herzegovina) and Association La stanza del poeta (Gaeta, Italy)....http://diogen.weebly.com/ — with Jury members, writers and poets Sabahudin Hadzialic and Giuseppe Napolitano. Among the participating poets 5 were from the island of MALTA: 
Geoffrey G. Attard (http://diogen.weebly.com/uploads/4/6/8/8/4688084/47.pdf)
Maria Grech Ganado (http://diogen.weebly.com/uploads/4/6/8/8/4688084/80.pdf)
Therese Pace (http://diogen.weebly.com/uploads/4/6/8/8/4688084/120.pdf)
Alfred Palma (http://diogen.weebly.com/uploads/4/6/8/8/4688084/12.pdf) and 
Patrick Sammut (http://diogen.weebly.com/uploads/4/6/8/8/4688084/100.pdf).
THE WINNERS ARE: 
1. Teuta Butuči, Zagreb, Croatia (Poem: “ Dying and cold coffee“) 
2. Patrick Sammut, Mosta, Malta (Poem: „Crossing the Julian Alps“)
3. Solmaz Beghman, Mashad, Iran (Poem: "Niagara Dreaming") 

One can download and read all of the 132 poems and be introduced to all participating poets and poetess, including Decision of the Jury as of 31.1.2012. from the Official site of the Poetry competition "SEEKING FOR A POEM": http://diogen.weebly.com/ seeking-for-a-poem-international-poetry-competition-2011.html
A BIG THANKS TO THE ORGANISERS, SABAHUDIN HADZIALIC AND GIUSEPPE NAPOLITANO

Sunday, January 29, 2012

Laqgħa Ġenerali u Kumitat Ġdid għall-Għaqda Poeti Maltin

It-Teżoriera Doris Chircop; l-ex-President Alfred Massa; u l-President il-ġdid Charles Magro.

Il-Membri preżenti għal-Laqgħa Ġenerali 2012.

Uħud mill-Membri tal-Kumitat il-ġdid.

Nhar is-Sibt, 28 ta' Jannar 2012, fid-9.30 a.m., saret il-Laqgħa Ġenerali Triennjali tal-Għaqda Poeti Maltin. Inqraw ir-rapport amministrattiv mis-Segretarju Charles Magro, ir-rapport finanzjarju mit-Teżoriera Doris Chircop, u sar id-diskors tal-President Alfred Massa. Massa ħabbar li se jħalli postu bħala President. Il-membri preżenti vvutaw għall-kumitat il-ġdid li għas-snin 2012-2014 hu magħmul hekk:

President: Is-Sur Charles Magro
Segretarju: Is-Sur Salv Sammut
Teżoriera: Doris Chircop
Membri: Dr. Joseph Axiaq
              Is-Sur Charles Mifsud
              Is-Sur Patrick Sammut
              Is-Sur Omar Seguna

Aktar tagħrif dwar il-karigi l-ġodda fi ħdan il-Kumitat il-ġdid jitħabbru aktar tard.
           

Contemporary Maltese novels from Australia now out as e-books

Lou Drofenik's fifth novel Beloved Convict  is going to be launched in February. Her 4 other novels can be downloaded as e-books from Amazon.  It is great that people can read about Maltese culture and traditions anywhere in the world. 


For those interested please see:


http://www.amazon.com/s/ref=nb_sb_noss/188-1855431-1051027?url=search-alias%3Daps&field-keywords=Lou+Drofenik






















Clemente Zammit's novel - TIEQA FUQ IT-TRIQ – is also available for purchase online.

TIEQA FUQ IT-TRIQ is a fiction in Maltese.  It tells the tale of two young people who fall in love at first sight as they ride the waves of the Sixties in Malta, in a world that beneath the surface is more passionate than one would imagine; a world, however, still largely untainted by the complexities of modern lifestyles.


Where to purchase the book
Smashwords
(a single purchase from Smashwords gains access to all Ebook reading formats, including the PDF format that is good for reading the book on computer or for home printing)
Apple’s iBooks Store (for Apple’s i/Pad)
(search for Tieqa fuq it-Triq by Clemente Zammit in iBooks Store on your iPad)
Diesel eBook Store
The author can be contacted on clementezammit@optusnet.com.au

Monday, January 23, 2012

GIOVANNI CURMI - Kittieb u edukatur ta' veru


Fis-sena 1994, bint Giovanni Curmi, Ileana, kitbet hekk f’artiklu għar-rivista tal-Għaqda Poeti Maltin, “VERSI”: “Fraħt meta Alfred Massa talabni nikteb xi ħaġa għal ‘Versi’ fuq Giovanni Curmi, poeta. Fraħt mhux biss għax Giovanni Curmi missieri u dejjem nieħu gost meta xi ħadd jitlobni xi tagħrif dwaru imma anki għax wara għoxrin sena minn mewtu hawn ġenerazzjoni sħiħa, jekk mhux tnejn, li taf ftit li xejn dwaru u din hi okkażjoni tajba ħafna biex isiru jafuh – u forsi jitħajru jaqraw xogħlijietu.” Illum, 39 sena wara mewtu, jiena wkoll xtaqt nikteb xi ħaġa dwar dan il-kittieb, intellettwali u edukatur li ddedika tant enerġija lil dak li kien iħobb, l-aktar il-letteratura u l-lingwa Taljana, imma anki lil pajjiżu. U dan qed nagħmlu anki wara li ltqajt wiċċ imb wiċċ ma’ bintu Ileana, bniedma simpatiċissima u li lesta tkompli bl-aqwa mod ma’ min ikun irid jitkellem dwar missierha u r-relazzjoni tagħha miegħu.

 L-10 ta’ Jannar ifakkar fid-data tat-twelid ta’ wieħed mill-kittieba Maltin ewlenin, l-aktar fejn jidħlu l-letteratura u l-ilsien Taljan: Giovanni Curmi. Huwa twieled fis-sena 1900. Kien it-tieni iben u r-raba’ wild minn ħames ulied ta’ ġenituri tal-klassi l-għolja u ta’ twemmin reliġjuż profond. Missieru, ukoll Giovanni, kien studja fl-Ingilterra u ngħaqad mas-Servizz Ċivili meta ġie lura Malta. Ommu, Lucy Caruana, kienet bint l-arkeologu magħruf, A.A. Caruana, Direttur tal-Iskejjel, tal-Mużew u tal-Biblijoteka, u Rettur tal-Università. Ta’ 22 sena Giovanni Curmi, l-iben, kien diġà ggradwa bħala avukat mill-Università ta’ Malta. Minkejja dan huwa qatt ma pprattika l-Liġi, u minflok ipprefera jgħallem it-Taljan (kien jagħti lezzjonijiet privati fil-Latin ukoll) u jikteb b’dan l-ilsien ta’ Dante. Kien matul is-snin tiegħu fl-Università meta Giovanni Curmi student ipparteċipa fl-istrajk tal-istudenti u fil-ġlied tas-“Sette Giugno” (1919). Kien wieħed minn dawn l-istudenti li ġabru l-flus għall-familji tal-vittmi ta’ dan l-episodju ikrah. Kien ukoll membru tal-Giovine Malta, klabb ta’ natura soċjali u kulturali. Hawn kien sar jaf ħabib kbir tiegħu, Vincenzo Frendo-Azopardi, li bħalu qatt ma ħadem bħala avukat minkejja li ġġradja hekk, u kien kittieb u għalliem.

Giovanni Curmi fil-qasam tal-kitba u tal-edukazzjoni:

L-ewwel poeżiji tiegħu kitibhom meta kien student l-Università. Ileana tgħid li l-iktar poeżija antika li sabet kienet Chiaror di Luna u magħha hemm it-tagħrif “S. Giuliano, il 25 marzo 1918”, mela meta kellu 18-il sena. L-ewwel poeżiji li ppubblika f’Malta dehru fil-“Voce del Popolo” tat-30 ta’ Ġunju 1920. F’Ġunju 1923 Curmi ra l-ewwel poeżija tiegħu ppubblikata barra minn Malta li kienet Tra fanciulli li dehret fi “Prime Scintille” (Sarno). Is-sena 1923 rat il-pubblikazzjoni tal-ewwel ktieb tiegħu, il-ġabra ta’ poeżiji Liriche, ippubblikat f’Katanja. Skond Ġużè Chetcuti dawn kienu l-poeżiji tal-ewwel fażi, dik taż-żgħożija u tal-imħabba, poeżiji li bihom Curmi ġie rikonoxxut bħala poeta stabbilit. Huwa kkontribwixxa b’kitbietu f’diversi rivisti u gazzetti mhux biss lokali (bħall-“Melita”) imma anki Taljani (bħal “La Lettura”, “Augustea”, “Noi e il Mondo”, “La Tribuna” u “L’Osservatore Romano”), u Italo-Amerikani (bħal “Corriere d’America” u “Rivista d’Italia e d’America”). Kien jikteb prinċipalment artikli dwar Malta u l-istorja tagħha.

Kien editur tar-rivista “Malta Letteraria” bejn l-1926 u l-1939: hawn ippubblika għadd ta’ manuskritti storiċi mill-arkivi tal-Biblijoteka Nazzjonali ta’ Malta, fosthom Apoftegmi e proverbi maltesi tal-Kanonku Ġan Franġisk Agius De Soldanis, Disavventure marinaresche tal-Kmandant Fabrizio Cagliola, u L’occupazione francese di Malta nel 1798 ta’ Felice Cutajar, Segretarju ta’ Alexander Ball. Giovanni Curmi kien ta wkoll għadd ta’ diskorsi pubbliċi, fosthom Glorifichiamo la Nazione!, li sar fit-8 ta’ Settembru, 1924, wara invit min-naħa tal-Comitato della Festa Nazionale.

Giovanni Curmi żżewweġ lil Lucy Savona (bint il-Maġġur Edward Savona, wieħed mit-tliet ulied u uffiċjali tal-armata tal-politiku u edukatur Sigismondo Savona) fl-1932 u marru joqogħdu Tas-Sliema. Kellhom bint waħda, Ileana, li twieldet fl-1933. Ftit xhur wara Curmi beda jgħallem it-Taljan u anki ftit il-Latin fil-Liceo. Bejn l-1932 u l-1940 huwa ppubblika 7 kotba, kollha hawn Malta. Frammenti di vita (1936) kienet ġabra ta’ rakkonti qosra; erba’ volumi bl-isem ta’ Cento Novelle Paradossali (Città in fiamme, 1937; La rivolta della materia u Il club dei suicidi, it-tnejn tal-1938; u L’abbandono della terra, 1939); Il delitto di Villa Crèmera (1940), li kienet ġabra oħra ta’ rakkonti qosra; u Il canzoniere della bambina (1940) li kienet it-tieni ġabra ta’ poeżiji tiegħu. Din tal-aħħar kienet ispirata mit-twelid u t-tfulija ta’ bintu Ileana.  Ġużè Chetcuti jorbot din il-ġabra mat-tieni fażi ta’ Curmi poeta, dik tal-maturità u tal-familja.

Matul il-gwerra l-familja ta’ Curmi (li ħadem bħala pulizija speċjali) għexet fir-Rabat, eżattament fi Pjazza San Duminku, nu. 24. Kien ukoll membru tal-Home Guard. Marru lura Tas-Sliema fl-1944. Fl-1945 Curmi ġie appuntat bħala Additional Lecturer tal-Letteratura Taljana fl-Università Rjali ta’ Malta. Fl-1951 huwa waqqaf is-Società Universitaria di Letteratura Italiana u ta’ din għamel il-“Malta Letteraria” bħala l-organu uffiċjali. Fl-1955 kellu jħalli postu bħala Lecturer fl-Università, u dan minħabba dak li bintu ssejjaħ “cruel machinations”.

L-ewwel ktieb li Curmi ppubblika wara l-gwerra kien Antologia Italiana (1946) f’żewġ volumi, li kienet immirata għall-istudenti tal-Liceo u tal-iskejjel sekondarji. Fl-1948 ħareġ l-Italian Course (ukoll f’żewġ volumi) għall-istudenti adulti li kienu jsegwu l-korsijiet ta’ filgħaxija fil-Liceo, u anki Storia della Letteratura Italiana għall-istudenti tal-Università. Is-sena 1954 rat il-pubblikazzjoni ta’ L’anima poetica del Novecento (Malta) u Sei dialoghi (Siena), dawn tal-aħħar djalogi satiriċi bejn personaġġi tal-letteratura Taljana. Sena qabel (fl-1953) huwa ħareġ ir-rumanz Bufera (Malta), Questa è vita (1955, Malta), u Nel Palazzo degli Anguillara (1956, Milano), din tal-aħħar “detective story”, apparti xogħlijiet ta’ proża oħrajn. F’dan il-perijodu kiteb ukoll “Daħliet kritiċi” għal ġabriet ta’ poeżiji ta’ Albert M. Cassola (1950) u Dun Karm Psaila (1954).

Kif spiċċat il-gwerra Curmi kompla jikkorrispondi ma’ kittieba u kritiċi Taljani u jibgħat artikli, poeżiji u stejjer qosra lil bosta rivisti Taljani ewlenin, fosthom “Scena Illustrata”, “Cenobio” u “La Fiera Letteraria”. Għamel ukoll bosta diskorsi pubbliċi fl-Università u anki fl-Istitut Kulturali Malti, li bosta minnhom ġew ippubblikati aktar tard. Kien fl-1951 meta Curmi waqqaf is-Soċjetà ta’ l-Awturi Maltin u kien elett il-President tagħha. Viċi-President kien patri Ġużè Delia, S.J., Segretarju, Karmenu Vassallo, Teżorier, Vincenzo Ungaro u fost il-membri kien hemm Ġużè Chetcuti. Għall-ewwel darba soċjetà bħal din ġabet flimkien il-kittieba Maltin kollha (kittieba ta’ xogħlijiet ta’ letteratura, storja, filosofija, xjenza jew arti), li kienu jiktbu b’ilsna differenti. L-għan ewlieni tagħha kien: “li tlaqqa’ u tgħaqqad flimkien l-awturi kollha Maltin bil-fehma li jitħarsu l-interessi u l-jeddijiet tagħhom sew individwali kemm kollettivi.”

Aktar tard il-kitbiet ta’ Giovanni Curmi dehru f’pubblikazzjonijiet lokali bħal “Lo Zibaldone”, “Il-Polz” u “The Malta Cultural Institute Bulletin”. Curmi baqa’ jgħallem it-Taljan fil-Liceo sal-1949 meta laħaq Assistent Kap. Fl-1957 laħaq Surmast, fl-1958 Spettur tal-Grammar Schools, u fl-1959 Assistent Direttur tal-Edukazzjoni, biex fl-1960 irtira minn maċ-Ċivil. Wara dan baqa’ bħala eżaminatur tat-Taljan (l-eżami orali) f’rabta mal-eżamijiet lokali tal-Università ta’ Londra u reġa’ beda jagħti lezzjonijiet privati. Kellu aktar ħin biex jieħu sehem f’attivitajiet letterarji anki billi pparteċipa f’konkorsi letterarji Taljani, imma b’xorti ħażina dan kellu jintemm għax sofra trombosi ċerebrali.

L-aħħar ħames kotba li ppubblika Giovanni Curmi kienu kollha ġabriet ta’ poeżiji: Colloqui e cronache (Milan, 1956), Cenere (Malta, 1958), Epistolario romantico (Milan, 1961), Quante cose di te (Milan, 1962) u Il destino del fulmine (Firenze, 1963). Dawn, skond Ġużè Chetcuti, kienu jagħmlu parti mit-tielet fażi ta’ Curmi poeta, il-fażi tal-meditazzjoni, jiġifieri meta huwa beda jikteb fuq it-tiġrib iebes tal-ħajja.

Il-pubblikazzjonijiet kollha ta’ Curmi ġew milqugħin tajjeb mill-gazzetti kemm lokali kif ukoll Taljani. Fost il-gazzetti Taljani li kkummentaw u kellhoim reċensjonijiet dwar ix-xogħlijiet tiegħu ta’ min isemmi “La Civiltà Cattolica”, “Il Duemilista”, “Corriere Siciliano”, “L’Eco di Bergamo”, “Il Popolo di Roma”, “Pagine Libere”, “La Nuova Italia Letteraria”, “Quaderni di Cultura Critica”, “La Nuova Antologia” u oħrajn. Bosta kittieba u kritiċi Taljani magħrufa kkummentaw b’mod pożittiv ix-xogħol ta’ Curmi, fosthom Ada Negri, Guido Mazzoni, Antonio Baldini, Francesco Flora, Giuseppe Gerini, Giuseppe Villaroel u bosta oħrajn. Meta Curmi fl-1955 ippubblika L’anima poetica del Novecento, il-kritiku Rolando Certa f’“Pagine Libere” (gazzetta li kienet toħroġ fil-Veneto), sejjaħlu kritiku oġġettiv, ħieles u onest, u “un uomo di cultura educato a un clima letterario di origine ottocentista.”

Kritiċi letterarji kitbu dwar ix-xogħlijiet poetiċi u ta’ proża tiegħu kemm f’kotba u anki f’perjodiċi, f’Malta u fl-Italja. Fost dawn kien hemm Oreste Tencajoli fil-ktieb tiegħu Poeti Maltesi d’Oggi (Ruma, 1932), Grazia Gasperoni Battaglia fil-perjodiku “Sentimento” (Ravenna, 1954) u Ġużè Chetcuti fil-perjodiku “Il-Malti” (Malta, 1955-56). Bosta kitbiet minn tiegħu huma inklużi f’antoloġiji Taljani magħrufin, u anki Maltin. L-istudenta universitarja Helen Costa fl-1972 kitbet it-teżi tagħha għall-Baċellerat (Hons.) fit-Taljan dwar Curmi u semmietha La poesia italiana di Giovanni Curmi. Hemm imbagħad bosta xogħlijiet minn tiegħu li ġew maqlubin għall-Malti. Ir-rumanz Bufera inqaleb għall-Malti minn Karmenu Vassallo fl-1956 bl-isem ta’ Riefnu, u ż-żewġ ġabriet ta’ poeżija Cenere u Epistolario romantico inqalbu għal ilsienna minn Ġużè Chetcuti bl-isem ta’ Irmied (1961) u Epistolarju Romantiku (1965). Dawn kollha ġew ippubblikati f’għamla ta’ ktieb. Ħafna mix-xogħlijiet ta’ Curmi xxandru fuq ix-xandir lokali, uħud bit-Taljan u oħrajn fil-verżjoni tradotta Maltija, xi ftit adattati għal radju-drammi. Xogħlijiet oħra tiegħu xxandru fuq ir-radju Taljan u Svizzeru. Ir-rakkont qasir Fili, li nqaleb għall-Ungeriż minn Alice Almassy, inqara fuq radju Ungeriż fl-1937. Ta’ min jgħid ukoll li jeżisti xogħol mhux ippubblikat ta’ Dr. Ġorġ Mifsud li jġib l-isem ta’ Giovanni Curmi: Ħajtu u Ħidmietu.

Peress li Giovanni Curmi kien jipparteċipa regolarment f’konkorsi letterarji Taljani, kien rebaħ għadd imdaqqas minnhom, apparti numru ta’ okkażjonijiet fejn xogħlijietu ġew imsemmijin b’ġieħ. Fl-1960, f’Pisa, rebaħ l-ewwel premju fil-4ͦ Concorso Nazionale di Poesia e Narrativa għat-taqsima tan-Narrattiva bis-saħħa ta’ rakkont qasir. Medalja tad-deheb oħra rebaħha fl-1968 fil-Premio Nazionale di Poesia ‘Spiga d’Oro’. Fl-1962 il-Gvern Taljan onorah bil-Medaglia Culturale d’Argento bħala rikonoxximent fl-oqsma tal-kultura u l-ilsien Taljan.

Giovanni Curmi miet fl-Isptar San Luqa fl-4 ta’ Ġunju, 1973. Miegħu kien hemm il-ħabib, kollega u konfessur tiegħu, il-Prof. Andrew Vella, O.P. Il-merti tiegħu bħala kittieb u edukatur ġew rikonoxxuti wara mewtu meta fl-1975 issemmiet triq għalih f’Ħal Lija, u fl-1987 issemmiet wara ismu skola fl-Imsida, “The Giovanni Curmi Higher Secondary School”. Giovanni Curmi huwa midfun fil-“Metropoli Chapel” fl-Addolorata.

Il-“Kollezzjoni Giovanni Curmi”:

Fl-1994 ittellgħet wirja tax-xogħlijiet ta’ Giovanni Curmi f’Għawdex bħala parti mill-proġett Wirjiet Awturi Maltin. Kien proprju f’dan iż-żmien (l-1 ta’ Lulju) meta fl-aħħar bintu Ileana ddeċidiet li tibda torganizza x-xogħlijiet ta’ missierha – għaliha wirt speċjali. Dan kien proċess li dam tliet snin. Hija kklassifikat u kitbet inventarju tal-kotba, perjodiċi, partijiet minn gazzetti, ittri, noti u kitbiet oħrajn ta’ missierha. U dan minkejja li min-natura tiegħu Giovanni Curmi kien bniedem ordinat u organizzat ħafna. Din kellha tkun “The Giovanni Curmi Collection”.  Ileana kellha diġà idea ta’ x’kien hemm ladarba snin qabel kienet ġiet mitluba tikteb sensiela ta’ artikli dwar missierha għall-perjodiku “Civilization”.  Biex tikklassifika x-xogħol kollu ta’ missierha Ileana ddeċidiet li torganizza l-kollezzjoni minn perspettiva tematika. Iddeċidiet li taqsam il-materjal kollu fi 12-il taqsima ta’ daqs egwali u li setgħu jidħlu f’kaxxi li setgħu jiġu ttrasportati bla tbatija lejn il-Biblijoteka tal-Università ladarba l-parti l-kbira tar-riċerka sseħħ hemmhekk. Qassmet ukoll il-materjal skond jekk kienx miktub minn missierha jew dwaru. L-idea kienet li tagħmel ix-xogħol kemm jista’ jkun faċli għal min ried jirriċerka dwar Giovanni Curmi.

L-inventarju huwa maqsum fi tliet partijiet, jilħaq kważi 300 paġna u jinkludi bejn wieħed u ieħor 3000 oġġett, fosthom rumanzi, rakkonti qosra, poeżiji, ittri, ritratti (bintu Ileana tgħid li Giovanni Curmi kien abbli ħafna fil-fotografija), diplomi, apprezzamenti ta’ natura kritika u letterarja, perjodiċi, siltiet minn gazzetti, reċensjonijiet, kontribuzzjonijiet ta’ Giovanni Curmi lill-gazzetti u rivisti lokali u barranin, manuskritti, kotba tal-iskola, xogħlijiet mhux ippubblikati ta’ Curmi, kitbiet reviżjonati, diskorsi pubbliċi, katalgi ta’ wirjiet u programmi ta’ serati letterarji, kitbiet għar-radju, kuntratti ma’ pubblikaturi, traduzzjonijiet għall-Malti, premjijiet mirbuħa f’konkorsi letterarji Taljani, noti għall-istudenti, materjal marbut ma’ karriera u promozzjonijiet, materjal marbut mal-ħajja privata ta’ Curmi u ħafna iktar.

Konklużjoni:

Kienu bosta dawk il-kittieba Maltin li esprimew tiġribhom bl-ilsien ta’ Dante Alighieri. Dan jintrabat mal-fatt li l-kultura Taljana, flimkien mal-ilsien Taljan, kienu għadhom ewlenija fil-gżejjer Maltin sa qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Għandi f’moħħi kittieba u poeti bħal Arturo Mercieca, Vincenzo Maria Pellegrini, u l-istess poeta nazzjonali, Dun Karm Psaila, li sa qabel l-1912 kien għadu jikteb biss versi bit-Taljan. Bosta kittieba bħal dawn – apparti Dun Karm – għad jeħtieġ li jsibu riċerkaturi serji biex xogħlijiethom joħorġu għad-dawl u jingħataw il-ġieħ li ħaqqhom. Bosta, bħal Giovanni Curmi stess, taw l-enerġija kollha tagħhom lil din l-imħabba tagħhom bla ma qatt ġew rikompensati b’mod xieraq min-naħa tan-nazzjon Malti. Il-kitbiet tagħhom jibqgħu parti importanti mill-wirt kulturali ta’ pajjiżna, anki jekk miktubin b’ilsien differenti mill-Malti.

Kitbiet ikkonsultati:

CURMI, Ileana, Giovanni Curmi Poeta 1900-1973, “VERSI”, Id-Disa’ Sena, 1994 (1).
CURMI, Ileana, Giovanni Curmi, educator and writer, “The Sunday Times”, June 6, 1993, p. 30.
CURMI, Ileana, Preparing the Giovanni Curmi Collection for University Library, “The Sunday Times”, April 6, 1997, pp. 44-45.
CURMI, Ileana, Portrait Giovanni Curmi, “Civilization – An encyclopedia on Maltese Civilization, History and Contemporary Arts”, No. 4, pp. 109-112.
Giovanni Curmi (1900-1973), f’“Wirjiet Awturi Maltin”, Ministeru tal-Edukazzjoni, Ġunju 1993.
“Pagine Libere – Portavoce dei letterati e degli artisti liberi”, Anno II. N 1, Gennaio-Marzo 1955.
“The Malta Cultural Institute Bulletin”, No. 114, May-June, 1963.
 “The Times”, Friday, November 25, 2005.

Ħajr: Lis-Sinjorina Ileana Curmi li pprovdietli l-materjal kollu biex stajt nikteb dan l-istudju qasir u li b’tant paċenzja u dedikazzjoni qagħdet tirrakkontali tifkiriet u tiġrib f’rabta ma’ missierha Giovanni Curmi.
Lis-Sur Alfred Massa, President tal-Għaqda Poeti Maltin, li għaddieli l-kopja tar-rivista VERSI fejn hemm materjal dwar Giovanni Curmi.

Poeżiji ta’ Giovanni Curmi:

ILEANA, BUON COMPLEANNO!!!

Tutto passa:
passa il vento,
e le nubi,
ogni momento.
Passan gli anni,
e gli affanni,
e la gioia,
e la noia.
Tutto passa,
tutto va:
non l’amore
di papà.

(12 taSettembru 1963, poeżija miktuba għal għeluq snin bintu Ileana. Minn VERSI, 1994 (1) )

OTTIMIŻMU

Ħdejn dik id-dalma ta’ l-uġigħ dewwiem
u ta’ l-iżmna bla tmiem, u ta’ l-ispazji
kbar u wesgħin, miżgħuda kollha kwiekeb
tiegħek it-tbissima ħafifa nqiegħed,
o tfajla sbejħa mingħajr ħsieb u nkwiet.
Xinhu li ma jaqbilx? Le, mhux tbissimtek:
imma l-wesgħat, iż-żminijiet, l-uġigħ,
għaliex, għad li bla sens, dik it-tbissima
li tgħaddi hekk malajr w hi hekk sabiħa,
timla bil-ferħ waqt wieħed illi joħloq
dinja aktar mingħajr tmiem iż-żminijiet,
ikbar mill-istess wisa’ tal-ħolqien,
u jxejjen kull uġigħ li nħossu f’qalbna
kif riefnu jxejjen torri kbir tar-ramel.

(minn IRMIED, traduzzjoni ta’ Ġużè Chetcuti, 1961)

NEL GIARDINO DI MIO PADRE

Albero antico, dopo tanto tempo,
nel giardino paterno ti rivedo
e della dolce infanzia mi rammento.
Me vecchio han fatto della vita l’ansie,
e il problema e i misteri dell’esistere:
tu sei lo stesso ancora, come quando
sotto le tue ombre giocavo io bambino.
Tu con le piogge scherzi e con i venti
perpetuamente, e ti rafforzi al sole,
beato di tua splendida ignoranza,
di tua divina indifferenza al tutto.
E neppur sai che le tue verdi frondi
dalle radici succhiano la vita,
e che le foglie, che ti strappa il vento,
fan da concime al suolo che ti nutre.

(mill-ġabra Quante cose di te, Milan, 1962)

IL-KATAPULTA

Għandu d-Destin f’idejh
katapulta tassew stramba:
biha biex igħaddi ż-żmien jithenna
jwaddab ġie fejn ġie t-twelid tan-nies.
Min, kif jitwieled, jaqa’ f’post
w eroj isir,
min jaqa’ x’imkien ieħor
u jsir raġel ħażin.
Lil wieħed infaħħruh
u l-ieħor immaqdruh
bla ħajr u ħeġġa,
għax fil-kburija tagħna u fl-injoranza
ma rridux nifhmu
li m’aħniex ħlief pupi
li jġebbed id-Destin kif jogħġbu w kif irid.




(minn IRMIED, traduzzjoni ta’ Ġużè Chetcuti, 1961)