Thursday, July 19, 2012

Mio filglio Andrew alla Finale Coppa Europa 2012, Kiev

My son, Andrew, at the European Cup Final 2012, in Kiev

E' stata una grande sorpresa quando abbiamo ricevuto una telefonata da McDonalds che ci ha informato che mio figlio, Andrew, 9 anni, era uno dei due ragazzi maltesi che aveva vinto la competizione nella quale ha presentato un disegno intitolato "Il mio sport preferito", e che avrebbero accompagnato uno dei campioni prima della partita della Finale. Allora  non sapevamo mica che una delle squadre finaliste sarebbe stata proprio l'Italia.
Dopo tanta attesa il giorno era arrivato. Andrew e' stato accompagnato da suo zio preferito, Winston, siccome lui e' piu' sportivo e gli piace piu' lo sport e il viaggiare. Noi qui a Malta abbiamo acceso la televisione sulla Rai, Primo Canale, e abbiamo aspettato. Che sorpresa poi vedere Andrew nella sala d'attesa insieme a De Rossi e a tanti altri ragazzi e ragazze da tutta Europa, e campioni (inclusi quelli della squadra spagnola)! Momento bellissimo e poetico, indimentcabile, e' stato vedere mio figlio durante l'Inno Nazionale italiano, di fronte a Pirlo e a tutta la squadra italiana. Una bellissima esperienza per lui, ma anche per noi genitori.




Andrew che accompagna De Rossi prima della partita


Andrew di fronte a Pirlo durante l'Inno Nazionale italiano


Andrew insieme agli altri ragazzi e ragazze accompagnatori e alla squadra italiana


Sunday, July 08, 2012

Tislima lil J.J. Camilleri


Twieled il-Mosta u wara l-primarja kompla jistudja l-Liċeo. Iggradwa mill-Kulleġġ tat-Taħriġ tal-Għalliema u fl-1964 ħa l-B.A. mill-Università ta’ Malta u għamel studji fuq l-edukazzjoni fl-Istitut tal-Edukazzjoni ta’ Londra fejn ħa l-Associateship of the Institute of Education. Ħa l-grad ta’ M.A. bir-riċerka fuq l-edukazzjoni lokali fis-seklu dsatax bit-teżi Can. P. Pullicino, His Life and Place in the History of Local Educational Development (1968). Bħala professjoni kien għalliem u lekċerer fl-Università u kellu bosta karigi fosthom ta’ kap ta’ skola u Chairman tal-Bord Konsultattiv tal-Edukazzjoni. Huwa kien eżaminatur u membru ta’ bosta kumitati u kunsilli fosthom tal-Awtorità tax-Xandir. Xandar għadd ta’ programmi mir-radju fosthom Mill-Arkivji ta’ Santu SpirtuIl-KonsumaturL-Edukazzjoni ta’ Wliedna.

J.J. Camilleri kien imsieħeb fil-Moviment Qawmien Letterarju kif ukoll fl-Akkademja tal-Malti. Ko-awtur fl-antoloġiji poetiċi Kwartett (1965) u Antenni (1968). Kiteb ħdax-il rumanz, fosthom Aħna Sinjuri (1965, 1991), L-Għar tax-Xitan (1973, 1982), Is-Sejħa ta’ l-Art (1974), Ulied il-Qawsalla (1992), Luteru (1998),Illum f’Daqqa Waħda (2002), Ħabbejtkom it-Tnejn (2003), Riħ ta’ Siegħa (2006), Kriżi ta’ Mħabba u huwa awtur ta’ għadd kbir ta’ xogħlijiet li jifirxu fuq għadd ta’ suġġetti: riċerka dwar l-istorja, il-folklor, l-ambjent lokali, drammi, poeżiji u novelli.

Friday, June 29, 2012

Il-poeżija ta Emmanuel Cachia


Dan tal-lum huwa eżempju ta' bniedem li jikteb il-poeżija fuq kollox bħala passatemp iktar milli għall-pubblikazzjoni. Dawn ta' Emmanuel Cachia huma poeżiji li drabi dehru fil-paġni letterarji ta' gazzetti lokali. Bħal Emmanuel Cachia hawn bosta li jiktbu l-versi biex ħafna drabi jħalluhom magħluqin fil-kexxun. Kemm huwa aħjar li joħorġu għad-dawl ix-xogħol tagħhom, dejjem bl-idea li jistgħu dejjem iktar itejbuh? 
                                                                                                                

Nota Bijografika:
Emmanuel Cachia għandu 48 sena. Imwieled l-Isla u jgħix f’Ħ'Attard. Huwa miżżewweġ lil Marisa u għandu tifel ta' 16-il-sena, Ryan. Jaħdem bħala Principal – Knowledge Services fil-Bank Ċentrali ta' Malta. Huwa dilettant ta' dak kollu li għandu x'jaqsam mal-Isla u supporter kbir tat-timijiet tal-Manchester United u tal-Cagliari. Iġemma’ l-ingravati u statwi tal-allat Griegi u Rumani. Iħobb jaqra, l-arti u t-teatru. Jidher li hu bniedem ferħan u pożittiv imma bħal bosta minna jgħaddi minn perjodi spissi ta' delużjoni u vojt ġewwieni. Terapija biex jimla dan il-vojt hija l-istudju tal-psikoloġija u tal-filosofija, u l-poeżija.
Il-poeżija tiegħu:
L-14-il poeżija huma kollha msejsin fuq metrika u prosodija tradizzjonali. L-għażla tal-poeta tmur fuq il-kwartina b’rima mqabbża, mela ABĊB. Il-versi jvarjaw fit-tul, imma huma kollha versi sempliċi: senarji, settenarji, ottonarji u novenarji. Jinħass li r-ritmu tal-ottonarju huwa anki dak tal-marċ (ara Back to Innocence – Poeżija tal-Milied) u l-passi jew daqqiet tiegħu huma b’saħħithom tant li jibqgħu jidwu f’moħħ dak li jkun.
Mill-ewwel Emmanuel Cachia juri wkoll familjarità mal-opri tal-arti f’rabta mal-pittura u l-fotografija. Dan billi ma’ kull poeżija jorbot immaġni partikulari li b’xi mod jew ieħor tirrifletti l-kontenut tal-poeżija jew parti minnha. Poeti u pitturi minn kull epoka u minn pajjiżi differenti jispiraw ruħhom mill-istess ħwejjeġ li ilhom madwarna sa mill-bidu nett. Dan jinħass f’Qamar fejn il-poeta solitarju jsib kenn u kumpanija anki fil-ħlejjaq naturali. Huwa jaqsam mal-qamar ġrajjiet personali, imma anki umani u għalhekk universali. Hawnhekk imgħoddi, preżent u ġejjieni jitwaħħdu f’sensibbltà unika li hija maħkuma minn din il-preżenza li tnissel sentimenti u tifkiriet ta’ mħabba fil-poeta. Eros (imħabba) u Thanatos (mewt) isiru ħaġa waħda, bħalma jsiru waħda s-sens tal-ħtija fuq naħa u x-xewqa fuq in-naħa l-oħra.
Hemm imbagħad waqt meta l-poeta jispira ruħu wkoll mill-qasam tal-mużika kontemporanja: dan narawh fil-poeżija El Tango di Roxanne, ispirata mill-kanzunetta tal-grupp Police, Roxanne. Quddiem il-prostituta Roxanne l-poeta jħoss li jixtieq iqabbadha t-triq it-tajba: dik li joffrilha ħajja mill-ġdid u mkenna mid-dnub.
Jinħass mill-ewwel li Cachia huwa bniedem sensittiv u li japprezza s-sabiħ filwaqt li jitnikket bil-ħażin u bl-ikrah. Spiss jinħass li l-poeżija sservi bħala duwa kontra l-uġigħ u s-solitudni tal-poeta. F’Invierno hemm sens ta’ vojt ġewwieni li ġej mill-fatt li l-“int” tbiegħed mill-“jien”. Huwa sens li jitwassal permezz ta’ referenzi għal sensazzjonijiet bħalma huma r-“riħ” u l-“kesħa”, imma anki bis-saħħa tal-istaġun xitwi.
Spiss Cachia jitlaq mill-ambjent naturali u mill-istaġuni biex wara jgħaddi għall-ħsus personali u ġewwiena. Dan jagħmlu wkoll f’Ħarifa fejn l-ilwien naturali (il-griż, l-isfar) jirriflettu burdati ġewwiena. Il-ħarifa ġġib magħha ċ-ċpar u b’hekk bidla fil-burdata ta’ dak li jkun. Huma f’waqtiet ta’ “ċpar” jew ta’ diffikultà meta l-poeta jirrikorri għall-fidi (“Mulej, int għadek tħobbni?/ Fil-każ, ħenn ftit għalija.”) Il-ħajja hija ppreżentata bħala ċirku, mela tintrabat ma’ sens ta’ diqa u monotonija. Il-poeta jħossu barrani u forsi għalhekk, soluzzjoni għal dan kollu tista’ tkun il-mewt (“Inħossni f’dinja żejjed,/ Qed naħli biss iż-żmien,/ Mhux ħlief mifni bid-dwejjaq,/ Forsi... l-aħjar it-tmiem.”)
Il-faxxinu tal-ambjent naturali fuq il-poeta narawh ukoll f’Baħar (B’dedika lil M). Hawn Cachia jaħrab mill-għagħa biex isib ftit kwiet ħdejn il-baħar. Nassistu għat-twaħħid finali tal-poeta mal-baħar. Anki hawn element naturali (il-baħar) jirrifletti l-burdati differenti tal-bniedem. Il-baħar jinftiehem ukoll bħala dak l-ispazju li jesa’ s-sigrieti u l-ħtijiet tal-poeta, imma anki bħala terapija kontra l-problemi tal-preżent. L-ottonarju b’xi mod jew ieħor jirrifletti r-ritmu ħafif tal-istess mewġiet.
Il-mewt, jew aħjar is-suwiċidju, jissemmew f’Tislima lil Gary Speed (Manager tat-Tim Nazzjonali tal-futbol ta’ Wales 1969-2011). Hija poeżija marbuta ma’ żmien u persuna partikolari, mela mar-realtà. Anki l-bniedem tal-ikbar suċċessi għandu l-waqtiet ta’ wġigħ u ta’ kriżi tiegħu, u dawn kapaċi jwassluh għal soluzzjonijiet estremi.
Il-versi tat-twemmin jidhru f’Il-Madonna u Ommi. Cachia jindirizza lill-Madonna, omm Kristu tarbija. Jagħmlilha wkoll għadd ta’ mistoqsijiet proprju f’Jum il-Milied. Aktar tard tidħol il-figura tal-omm bijoloġika li tibqa’ toffri kenn lill-iben anki meta jikber jew tiġi nieqsa minn din id-dinja. F’versi bħal dawn Cachia jesprimi ċ-ċokon tiegħu. F’waqtiet ta’ “toqol” jirrikorri għax-xewqa t’ommu, dik li jiftakar fil-Madonna u jirrikorri għall-fidi. Il-figura tal-omm li toffri kenn lil binha tidher ukoll f’Baħar (B’Dedika lil M): hawn il-poeta jsib il-kenn anki fl-imgħoddi jew fit-tifkira tat-tfulija: “Kemm nixtieq inniżżel sieqi,/ u nċafċaf ftit bħal dari,/ waqt li ommi trossni magħha,/ b’idha l-oħra tmelles xagħri.” Versi ta’ twemmin oħra huma Il-Grampun: hemm ix-xbihat tal-grampun (dak li miegħu tqabbad ħwejjeġ differenti) u tal-istilla (simbolu tad-dawl, rigal dirett minn Alla). Il-poeta hawn jammetti li kien hemm waqtiet meta “Għall-istilla li bagħat Alla,/ Jiena bqajt indifferenti” u “Il-grampun li mlejtu b’kollox,/ Ħlief bl-imħabba tal-Mulej.”
Fuq bażi ta’ xbihat u lessiku Cachia jagħżel li jkun sempliċi u dirett. Hemm biss il-piż tas-sinċerità u tal-umiltà, tal-bniedem li jagħraf fuq kollox id-dgħjufijiet tiegħu bħala tali.
Il-Milied jerġa’ jissemma f’Back to Innocence – Poeżija tal-Milied, imma fuq kollox dawn huma versi ta’ natura soċjali għax jikxfu n-nuqqasijiet tas-soċjetà moderna u materjalista (jissemmew ix-xalar, il-ġirja għar-rigali, id-droga, ix-xorb u l-“Inċidenti tal-karozzi”). Cachia jqiegħed f’kuntrast il-preżent korrott (l-ewwel parti tal-poeżija) mal-imgħoddi innoċenti (it-tieni parti). Għalhekk din il-poeżija tieħu l-għamla ta’ talba biex il-bniedem jerġa’ lura għall-oriġni sempliċi, mhux mittiefsa minn “niket żejjed” u mix-“xjaten ġewwa l-menti”.
Quddiem ħajja li m’għandha xejn mill-ideali, Cachia jiftaħ il-poeżija Kieku l-Ħajja Kienet bl-ipotetiku. Huwa jistħajjel jew jixtieq ħajja ideali fejn jaħkmu l- hena, l-imħabba, il-ħbiberija, u l-bilanċ f’dak kollu li jsir u nagħmlu. Alla hu preżenti anki hawnhekk: l-utopija hi frott Alla, imma hu l-bniedem stess li biegħed lilu nnifsu minn stat ideali bħal dan.
Cachia ma jibżax ikun introspettiv u jikteb versi qrara. Hekk jagħmel f’Forsi Dementia? Naraw mill-ġdid ir-relazzjoni bejn il-“jien” u l-“int”. Mhux kollox sejjer sewwa, anzi l-“jien” bħal lest li jġorr it-toqol tal-ħtija ta’ dak li mar żmerċ. Hemm l-idea tal-ħajja anki bħala illużjoni; dik li jekk tidher kif verament hija tista’ taqsam qalb il-poeta. Allavolja hi poeżija dwar l-imħabba u t-tradiment, il-firda, l-uġigħ. Ir-ripetizzjoni insistenti fuq il-kelma “Allavolja” trid twassal lill-qarrej il-fatt li t-tifkira tal-persuna maħbuba tippersisti f’moħħ min qed jikteb.
L-“int” f’O Kemm Hu Sabiħ jista’ jkun kemm preżenza femminili daqskemm Alla. Żgur li l-“int” hawn inissel fil-poeta sens ta’ kenn, armonija, hena, serħan u ċertezza. Dawn ta’ Cachia huma versi pożittivi, imnissla minn min hu mġarrab u b’hekk jaf japprezza tassew it-tajjeb u s-sabiħ tal-ħajja.
F’48 sena Cachia jfakkar li t-tiftixa tal-“jien” tibqa’ għaddejja minkejja li l-bniedem ikun laħaq l-età tal-maturità. Il-bniedem għaref huwa dak li jaf li l-proċess tat-tagħlim ma jispiċċa qatt, u li jagħraf in–nuqqasijiet tiegħu. Mill-ġdid għalhekk għandna l-awtodikjarazzjoni tal-umiltà: “Għad jibqa’ biss il-kliem,/ Ta’ raġel mill-komuni”. Huma wkoll versi eżistenzjali: il-vjaġġ tal-ħajja xi darba jintemm u jibqgħu biss it-tifkiriet tat-tiġrib permezz tal-poeżija. Il-poeta jikteb għalih, imma fl-aħħar mill-aħħar bis-saħħa tal-poeżija jaqsam tiġribu mal-qarrejja. Anki f’Allavolja l-kitba tinftiehem bħala serħan imma wkoll bħala dikjarazzjoni ta’ fatt jew stat ġewwieni.
Dawk ta’ Emmanuel Cachia huma versi ħfief, sbieħ, sempliċi, li jitwieldu f’qiegħ qalbu sensittiva għall-aħħar. Għandhom ħafna mill-poeżija Romantika tal-ewwel nofs tas-seklu 20, imma fihom tinħass ukoll ċerta sensittività li tintrabat ma’ żminijiet aktar reċenti. F’waqtiet ta’ kriżi l-poeżija sservi bħala tieqa li meta tinfetaħ tħalli dak kollu li jtaqqal lill-poeta minn ġewwa joħroġ barra u b’hekk jistrieħ. Huma versi personali li fl-aħħar mill-aħħar jilħqu l-universali ladarba mhumiex biss riflessjoni ta’ dak li għadda u għaddej minnu Emmanuel Cachia, imma mera ta’ dak li ngħaddu minnu jew għad inġarrbu lkoll kemm aħna bħala bnedmin tad-demm u l-laħam xi darba jew oħra.
(April 2012)


Żewġ poeżiji ta’ Emmanuel Cachia:
 Il-Madonna u Ommi
Meta l-ewwel weġgħa?
Kien jagħtik bis-sieq?
Kien jitqalleb f’ġufek?
Kellek ħin tistrieħ?

X’deherlek meta rajtu?
Min jaf kemm thennejt!
B’dak li qallek l-anġlu
Kien dak li stennejt?

Meta sqejtu b’sidrek?
B’ħarqa madwar dahru?
Meta kien jitbekka?
Meta mellist xahru?

Meta rajt il-kewkba
Smajt tal-anġlu l-kant?
Meta kont issaħħnu
Madwar dak il-mant?

Meta qallek mamma
Ħassejt xi skoss ġo qalbek?
Meta ġew ir-rgħajja
Moħħok sewwa qallek?

Int lil min kont titlob?
Qatt ma naqsek xejn?
Dejjem sibt tweġiba
X’ħin fittixt fl-għajnejn?

Int li safja w pura
Kemm tfakkarni f’ommi
Kemm inħossni rridha
Biex ġo ġufha żżommni!

Jiena biċċa bniedem,
Mhux bħal Ibnek, Alla!
Veru għandi ismu,
Imma s’hemm... Imnalla!

Taf li anke ommi,
Kellha d-dinja bija,
Mimmi kont t’għajnejha,
Sa ma kont tarbija.

Forsi, anzi nemmen,
Ommi qiegħda ħdejk,
Trid li meta mtaqqal,
Nafda jien f’idejk.

Issa aħjar niskot,
U nisma’ x’jgħid is-skiet,
Is-skiet li għandu leħnu,
Illum, Jum il-Milied.

Tislima lil Gary Speed
Manager tat-Tim Nazzjonali tal-futbol ta’ Wales (1969-2011)
Min jaf x’ġegħlek tagħmilha?
Raġuni għala xbajt
X’kellek qiegħed inawrek
Tisbit tar-ras mal-ħajt.

Suċċessi wieħed f’wieħed,
Dhert kont tant maħbub,
Bil-logħob qisu maġija,
Min jaf kemm ferraħt qlub.

Ħabel dawwartu m’għonqok,
L-uġigħ int ma flaħtux,
Forsi ħadd ma fehmek
Fhimt li Alla trux.

Minn qalbi xtaqt infakkrek,
Avolja nafek ftit,
Strieħ int fejn qiegħed,
Tislima xtaqt nagħtik.
                                                                                                                                           

Thursday, June 28, 2012

IL XXVIII PREMIO MONDIALE DI POESIA NOSSIDE HA ESENTATO DAL CONTRIBUTO DI PARTECIPAZIONE I POETI DELLE PROVINCE COLPITE DAL TERREMOTO PROROGANDO LA SCADENZA AL 7 LUGLIO 2012


 Il XXVIII PREMIO MONDIALE DI POESIA NOSSIDE HA DECISO DI ESENTARE DAL VERSAMENTO DEL CONTRIBUTO DI PARTECIPAZIONE I POETI CHE VIVONO IL DISAGIO E L'EMERGENZA DEL DOPO-TERREMOTO NELLE SEI PROVINCE DI BOLOGNA, FERRARA, MODENA, REGGIO EMILIA, MANTOVA E ROVIGO. A TAL FINE HA PROROGATO LA SCADENZA DEL PREMIO AL 7 LUGLIO 2012. 

“Il Premio Nossideunico aperto a tutte le lingue del pianeta e a tutte le forme di comunicazione,  è nato e si organizza a Reggio Calabria e vive nel mondo.  Ma non dimentica che la storia della città è stata segnata, dalla fondazione della polis Reghion nel 730 a.C., da numerosi sismi.
Gli ultimi due, nel 1783 e nel 1908, hanno costretto i reggini e i loro fratelli messinesi - accomunati dagli stessi Eventi oltre che dalla vicinanza geografica  -  a vivere per anni in emergenza mentre era in corso la ricostruzione non soltanto dell'assetto urbanistico ma anche del tessuto economico produttivo, dell'organizzazione sociale e della ripresa generale della vita collettiva.
La comunità reggina ha quindi nel suo DNA la memoria storica ben radicata di cosa significa "ricominciare" dopo un evento distruttivo. E sa quanto sia importante, per ricaricare l'anima e infondere fiducia, l'apporto della cultura e dell'arte.
Il Premio Nosside è conscio di essere espressione di questa memoria. E ha manifestato sempre una straordinaria sensibilità sia verso i più deboli e poveri che verso gli Eventi che hanno coinvolto le popolazioni del mondo in drammi collettivi. Ha difatti inventato le quote pre-pagate dai partners per i poeti delle realtà meno ricche del mondo. E da due anni - pur vivendo in una condizione economica di precariato permanente - è impegnato in iniziative a favore della difficilissima ricostruzione di Haiti, il paese più povero e disastrato del mondo su cui si è abbattuto anche il sisma del 2010.
Il Premio Nosside non poteva quindi restare insensibile al dramma che ha colpito le popolazioni di un territorio che ha evidenziato, in questa triste circostanza, quanto sia ricco di cultura e arte. Cultura e arte che sono state al centro dell’attenzione delle classi dirigenti illuminate del passato, che soprattutto nei secoli dal Trecento al Cinquecento non hanno esitato a investire in cultura e arte con la certezza che potessero avere effetti più intelligenti e duraturi di tanti tagli e di tante iniziative effimere”.

                          Il Presidente Fondatore del Premio Mondiale di Poesia Nosside
                                                                                     Prof. Pasquale Amato


Thursday, June 21, 2012

Riguardo il NOSSIDE 2012


IL XXVIII PREMIO MONDIALE
 
 
DI POESIA NOSSIDE 2012,
 
 
ACCOGLIENDO LE RICHIESTE
 
 
AVANZATE DA POETI
 
 
DI TUTTI I CONTINENTI, 
 
 
HA PROROGATO LA SCADENZA
 
 
DELLE ISCRIZIONI 
 
 
AL 30 GIUGNO 2012.
 
 
PER QUALSIASI INFORMAZIONE
 
 
I POETI POSSONO RIVOLGERSI A
 
 

Monday, June 18, 2012

A poem from Zacharoula Gaitanaki - GREECE


ZONI

My village, you are small, picturesque, hamlet
in the edge of Gortynia.
My eyes fill with tears when I look at you,
I mourn for the devastation
that I see everywhere, when I see your houses,
wandering in your streets.
Your vineyards have become barren,
your olive trees don’t bear fruit
and in your yards flowers do not bloom
in the flower pots.
It was, in the past, the blessed years,
when all your windows were wide open.
Now, my beautiful village, your roads are closed
and a small number of villagers walk in your places.
Bitter memories in my mind
and how can I heal them?
But I wish you, my village Zounati, to come to life again.
To open your houses again, make your yards green
and fill your streets with children’s voices.

                  ZACHAROULA GAITANAKI
             
                             
   Zoni is a small village in Arcadia. It belongs to the provinces
   of Gortynia. Zounati was the old name of village.
        For more about ZONI visit our blog:
              www.zounati.wordpress.com

Saturday, June 09, 2012

Il-Premju Nosside 2012


L-AĦĦAR JIEM BIEX TIEĦU SEHEM FIL-PREMJU INTERNAZZJONALI TAL-POEŻIJA NOSSIDE 2012

L-Għ.P.M. taħdem fi sħab mal-Konkors tal-Poeżija Intenazzjonali NOSSIDE li tiegħu huwa Delegat għal Malta Patrick Sammut. Ta’ kull sena n-NOSSIDE – imwaqqaf fl-1983 - jkun miftuħ għall-poeti kollha li jixtiequ jipparteċipaw b’kull ilsien, inkluż il-Malti. In-NOSSIDE għandu ħames ilsna uffiċjali li huma l-Ingliż, il-Franċiż, l-Ispanjol, il-Portugiż u t-Taljan. Imma fih jistgħu jipparteċipaw poeżiji b’kull lingwa u djalett, basta jkunu tradotti f’wieħed minn dawn il-ħames ilsna uffiċjali. Dawn l-aħħar snin l-Għaqda kellha l-parteċipanti tagħha f’Nosside li dejjem marru tajjeb meta tqis li għal konkors bħal dan jieħdu sehem aktar minn 60 pajjiż, 61 ilsien differenti u aktar minn 350 parteċipant. Ta’ kull sena jkun hemm premjijiet sbieħ ferm. Jista’ jipparteċipa kull min għandu għal qalbu l-poeżija (miktuba, f’għamla ta’ video, u anki mużikata). Min hu interessat jipparteċipa jista’ jara r-regolamenti u ħwejjeġ oħra fis-sit www.nosside.org u għandu żmien sal-20 ta’ Ġunju 2012.
Dan huwa Premju li jlaqqa’ poeti mid-dinja kollha, mela mill-ħames kontinenti. Il-Lejla ta’ Premjazzjoni ssir fl-aħħar jiem ta’ Novembru f’Reggio. Il-poeti rebbieħa u l-menzjonati speċjali jiġu mistiedna għal numru ta’ jiem f’dil-belt, imma anki fi bliet oħra fi Sqallija, biex jaqraw il-poeżiji tagħhom f’postijiet differenti, kemm f’siti universitarji, kif ukoll f’libreriji magħrufa. Ikunu mistiedna wkoll jipparteċipaw għal programm speċjali fuq wieħed mill-istazzjonijiet televiżivi ta’ Reggio. Jiena kont wieħed minn dawn fl-2008 u kelli l-opportunità niltaqa’ ma’ poeti mill-Amerka t’Isfel, miċ-Ċina u minn pajjiżi differenti tal-Ewropa. Nittama li bħal kull sena Malta jkollha r-rappreżentanti tagħha fin-NOSSIDE tal-2012.

Patrick Sammut


Thursday, May 24, 2012

A Roma i libri delle Edizioni Eva di Venafro in esperanto

































Presentazione a Roma di pubblicazioni delle Edizioni Eva. La casa editrice venafrana presenta lunedí 28 maggio, alle ore 18, nella sede del Gruppo Esperantista Romano, Via S. Dorotea 23, secondo piano, (posta elettronicaesperanto.roma@esperanto.it) le ultime pubblicazioni esperantiste. Numerosi sono infatti i libri in esperanto o sull’esperanto pubblicate dalla nota casa editrice molisana.
Ecco qualche titolo dei piú recenti: Mirikoj (Myricae) di Pascoli, nella traduzione di Nicolino Rossi; Aŭskultu Ĉoĉarujon (Ascolta la Ciociaria) di Libero De Libero, Simplegadoj aŭ la nokto (Simplegadi o la notte) di Carmine Brancaccio, Ĉe la temporando (Alla riva del tempo) di Giuseppe Napolitano, in edizione bilingue, con traduzione di Amerigo Iannacone,L’amore e l’ameba (La amo kaj l’ amebo) di Baldur Ragnarsson, in edizione bilingue con traduzione italiana di Nicolino Rossi e testo a fronte; poi ilManuale di Esperanto di Amerigo Iannacone. Molti altri titoli sono in catalogo, di poesia, narrativa, linguistica ed altro.
Dopo un’introduzione di Giorgio Denti, presidente del Gruppo Esperantista Romano, i libri saranno presentati da Amerigo Iannacone, esperantista e direttore editoriale delle Dizioni Eva. Previsti interventi dei Carmine Brancaccio e Giuseppe Napolitano.

Monday, May 21, 2012

Riflessione sulle foto di Enrico Nicolò


Scrivere - 4, 2010 di Enrico Nicolò

Stando di fronte alle foto di Enrico Nicolò non si sa esattamente se si sta guardando l’orizzonte (o quella linea elusiva tra terra, mare e cielo) o il più profondo angolo dell’io. Sono immagini che tante volte fungono da invito alla conversazione con l’io stesso. Continuano a riemergere nella propria mente o a riapparire ogni volta che ci si trova in compagnia della propria solitudine. Hanno anche un’eco, un riverbero molto forte che continua a richiamare dentro l’essere di chi le guarda o le osserva a lungo. Fanno ricordare il rapporto tra il qui e l’ora, e l’altrove; ma anche la dialettica tra una dimensione che si crede di conoscere, e l’altra che si crede di non conoscere. Osservare tali foto è come un salto nel nulla o viceversa, un salto nel tutto: tutto quello che ci avvolge anche se ne siamo consapevoli parzialmente; nulla, perché gridano la verità, quella che tutto alla fin fine verrà ingoiato da un buco tutto bianco o tutto nero. Ricordano pure, anzi quasi gridano nel loro poetico silenzio il fatto ineluttabile che l’uomo qua è solo di passaggio e che la destinazone è diversa; si guarda altrove.
Intanto, le foto di Enrico hanno vinto il primo premio della sezione Fotografia al Premio d'Arte Biennale Internazionale di Asolo.

Vedere i link: www.enriconicolo.it
                       www.biennaleasolo.org

Monday, May 07, 2012

INTERVISTA MA’ CHARLES MIFSUD dwar IL-BLATA TIEGĦI


 Hekk jikteb Charles Mifsud fil-Kelmtejn li bihom jiftaħ din il-ġabra poetika ġdida:

Il-blata tiegħi: Forsi xi ħadd jaħsel tiġih il-kurżità jistaqsi: Għaliex dan l-isem?... Imma fuq kollox fil-kuntest kollu u sħiħ ta’ dawn il-poeżiji li qiegħed nippreżenta, ngħid bla tlaqliq li l-vera Blata Tiegħi huma Ġesù u Marija, li dejjem kienu għalija għotja ta’ mħabba, kenn fit-tiġrib, għajnuna waqt kull ħtieġa u t-triq tas-salvazzjoni.”

Mill-Kelmtejn Qabel miktuba minn Alfred Massa:

“L-istil tal-versi mħaddma minn Charles Mifsud huma varji: anki jekk jidher ċar li l-aktar għal qalbu huwa dak tal-vers maħlul. Wara kollox dan jgħidu hu nnifsu fil-Kelmtejn tal-Awtur. B’danakollu, wieħed jinnota wkoll li l-poeta studja tajjeb il-prosodija u beda bl-insiġ tal-poeżija klassika tradizzjonali. Għalhekk, f’dawn il-versi tinħass ċerta mużikalità li toħroġ mit-tħaddim elaborat tal-kelma Maltija, kelma magħżula, addattata u flokha.”

      
      1.      Din mhix l-ewwel ġabra ta’ poeżiji tiegħek. X’ġie qabel u x’hemm ġdid f’Il-Blata Tiegħi?

L-ewwel kitba li ppubblikajt kienet proprju l-kanzunetta “Marija l-Maltija” fis-sena 1970, li kif jaf kulħadd kienet l-ewwel kanzunetta Maltija li pparteċipat fil-“Eurovision Song Contest” fl-1971. Minn hemm ’il quddiem bdejt inkun avviċinat minn diversi kompożituri biex nikteb il-lirika għall-mużika tagħhom. Fil-qasir, fis-sena 1975 kelli l-kanzunetta “Singing This Song” li kienet ukoll l-ewwel kanzunetta (Maltija) b'verżjoni Inżgliża fil-“Eurovision”. Sadanitant, bdejt niskopri li nista' wkoll nibda nikteb xi poeżija, kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti.  Fl-1973 bl-insistenza tal-għarusa (illum marti) bdejt nibgħat xi poeżiji fuq il-mezzi tax-xandir li ġew imxandra, u dawn komplew inkoraġġewni biex nissokta nikteb.  Ktibt għadd ġmielu ta' innijiet sagri li jitkantaw waqt funzjonijiet liturġiċi, l-aktar mill-kor “Notre Dame” tal-parroċċa ta' Ħaż-Żabbar, fejn ili membru attiv mill-1992.  Fis-sena 2001, ġejt mitlub nikteb Oratorju Marjan għall-okkażżjoni tal-ħamsin sena mill-inkoronazzjoni tal-Madonna tal-Grazzja, meqjuma fil-parroċċa Żabbarija, biċċa xogħol li kienet ta' suċċess.  Fis-sena 2010, mill-ġdid intlabt nikteb oratorju ieħor Marjan, “Omm Ħelwa u Ħanina”, din id-darba għall-okkażjoni taċ-ċentinarju mill-inkoronazzjoni tal-kwadru tal-Madonna tal-Ħerba, meqjum f'Birkirkara. Dan barra diversi kitbiet oħrajn, bħall-Eloġju lil Santa Liena, Mulej Ħniena u bċejjeċ oħra li kollha kienu mmużikati u esegwiti fil-pubbliku. 
Fis-sena 2003, tħajjart u ppublikajt l-ewwel ktieb tiegħi bl-isem “Tnejn Flimkien”  , li kien jinkludi sitta u disgħajn poeżija bil-Malti b'temi varji. L-aktar poeżija importanti, fil-fehma tiegħi, kienet il-poeżija epika “Ġrajjiet l-Assedju 1565” (x'aktarx l-unika poeżija epika fil-letteratura Maltija) b'disa' mija u tlieta u tmenin vers mifruxin fuq ħamsa u tletin faċċata tal-ktieb.  Fis-sena 2006, ħriġt it-tieni ktieb bl-isem “In-Nisġa tal-Għanja” li barra sittin poeżija Marjana, inkludejt fih ukoll il-versi tal-oratorju Żabbari.  Fis-sena 2007 kelli it-tielet pubblikazzjoni tiegħi bl-isem, “Mid-Djarju ta' Ġensna”  li f'forom poetiċi differenti jirrakonta l-ġrajjiet ewlenin li sawru l-istorja ta' Malta sa minn żmien il-Feniċi sal-1979.  Ir-raba' ktieb, “U Ġejt Terġa' Tħabbatli”  b'mija u sittin poeżija b'tema religjuża, ippubblikajtu fis-sena 2009, filwaqt li fis-sena 2011, ippreżentajt il-ktieb “Il-Blata Tiegħi” 
F'dan l-aħħar ktieb, nifhem li fih inkun qed nesprimi aktar il-bidla li nħoss meta niġi biex nimmedita u ngħarbel lili nnifsi fil-konverżjoni kontinwa li nittama li qed titwettaq internament. Dan narah fil-profondita li hemm moħbija bejn il-versi, kemm fit-talbiet kif ukoll fl-invokazzjonijiet tiegħi waqt li nkun qed nikteb. 

     2.      Kemm huma importanti l-metrika u l-prosodija tradizzjonali fi vrusek? Hemm ukoll elementi li jorbtuhom mal-poeżija moderna. Xi tgħid dwar dan il-kompromess?

Nifhem li ma jistax ikollok poeżija miktuba tajjeb jekk ma jkollokx metrika tajba. L-istess ħaġa nista' ngħid għall-importanza tal-prosodija, dawn iż-żewġ elementi flimkien huma dak li jagħtu sens ta' mużikalità lil-versi, biex il-poeżija tkun tista’ tinqara b'ritmu sħiħ u kontinwu, mingħajr daqqiet jew skossi li jtellfu ħafna mill-ħoss melodiku tal-kitba. Fil-kitba tal-poeżija, imqar jekk illum tbegħidna mill-karatteristika tradizzjonali u qed niktbu u nesprimu lilna nfusna bl-hekk imsejjaħ vers ħieles, hemm ċerti regoli li jridu jkunu miżmuma bir-reqqa, u ewlenin fost dawn hemm kemm ir-rima, ir-ritmu, kif ukoll it-tonalità tal-kelma, aktar u aktar tal-vers ħieles. 

     3.      Kif tiddeskrivi l-aktar dawn il-poeżiji tiegħek, reliġjużi jew spiritwali? X’differenza teżisti bejn dawn it-tnejn għalik?

Fl-opinjoni tiegħi, teżisti differenza bejn dak li hu religjuż u dak li hu spiritwali. Ir-reliġjożità hija l-att ta' qima u t-twettiq tad-dmirijiet u sa ċertu punt obbligi li kull nisrani veru għandu jaqdi u josserva. Min-naħa l-oħra, għalija l-ispiritwalità hija xi ħaġa aktar profona; kif nifhima jien, hija dik l-intimità jew rabta li wieħed iħoss waqt li qed jimmedita fil-profond dwar it-telqien tiegħu innifsu f'idejn Alla, meta l-bniedem qed jagħraf ix-xejn tiegħu quddiem il-kobor infinit ta' Alla. Ir-reliġjożità hija l-qoxra ta' barra, l-ispiritwalita teżisti fil-ġewwiewni, fil-qalb u fir-ruħ. 

     4.      Spiss il-versi tiegħek huma sempliċi, imma għandhom ukoll mill-profondità ta’ ċertu talb. Xi tgħid dwar dan?

Naqbel perfettament miegħek li l-versi tiegħi huma sempliċi fl-istruttra tal-kelma, għalkemm, għax inħobb l-ilsien Malti fl-oriġinalità tiegħu, ninqeda wkoll bi kliem li llum ftit li xejn għadu jintuża. Fil-fatt fil-kotba li ħriġt qabel dan, dejjem għamilt speċi ta' vokabolarju żgħir bit-tifsiriet tal-kelmiet użati. Imma meta wieħed jidħol fir-ruħ tal-poeżija jsib, li hemm wisq aktar x'togħmod bejn il-versi milli fil-qafas tal-poeżija nnifisha. Meta nkun qed nikteb dawn it-tipi ta' poeżija, inħossni miftum minn kollox u minn kulħadd u nħossni faċilment nista' nitkellem, b'mod reverenzjali, u nidħol f'konverżazjoni m'Alla. Dejjem bil-ħsieb ta' dak li nkun qed nikteb dwaru u mingħajr pretenzjonijiet, li jien ngħix bil-ġwienaħ, maqtugħ mill-art.  Dan jixduh xi poeżiji nfushom li huma miktubin fi speċi ta' djalogu bejni u bejnu. 

      5.      Kemm tħoss li versi bħal tiegħek għad għandhom is-siwi tagħhom fis-soċjetà tal-lum?

Dwar jekk il-versi tiegħi għandhomx siwi fis-soċjetà tal-lum, mingħajr xejn tlaqliq ngħid li iva, għandhom il-valur tagħhom. L-ewwelnett tajjeb nifhmu li għad hawn ħafna nies li japprezzaw din ix-xorta ta' kitba. Dan nista' nikkonfermah minn ħafna kummenti li għamluli diversi nies. Barra minn hekk, kelma li ma laqtitekx illum, tista' tkun nebbieta li tisponta aktar ’ilquddiem. It-tema reliġjuża li nikteb dwarha tniedi biss imħabba u paċi, sinċerità, u fedeltà, jekk dawn mhumiex ta' valur għas-soċjetà, allura ngħid li morna l-baħar u qegħdin negħrqu. 

     6.      Fejn u meta nkitbu l-poeżiji ta’ Il-Blata Tiegħi? Liema huma dawk il-ħwejjeġ, esperjenzi jew waqtiet li ispirawk?

L-għeruq tal-poeżiji ta’ Il-Blata Tiegħi xxenxlu fi tfuliti, meta l-ġenituri tiegħi sejsuli pedament fuq xhiex nibni l-ħajja tiegħi. Fiż-żgħożija tiegħi kien hemm ukoll waqtiet li ma kontx daqshekk ħabrieki biex nisma' u nwettaq dak li għallmuni, imma ladarba l-pedament kien sod u l-għeruq baqgħu ħajjin, ix-xitla baqgħet tagħmel il-frott. U proprju għalhekk li versi bħal dawn tiegħi għandhom siwi kbir għas-soċjetà tal-lum. L-ispirazzjoni tiegħi titnissel mill-aktar esperjenzi sempliċi tal-ħajja. Importanti wkoll il-qari tal-kelma sagra, għax ovvjament, ma tistax tagħti minn dak li m'għandekx. U hawn qed nirreferi kemm għall-poeżija nnfisha, kif ukoll għas-suġġett partikolari li qed nitkellmu dwaru. 

     7.      Apparti t-twemmin, hemm temi oħra li ispirawk f’din il-ġabra? Liema elementi jew temi ktibt dwarhom anki f’ġabriet poetiċi oħra?
 Minbarra t-tema tal-fidi, li hi t-tema ewlenija tal-ktieb, għal min irid jixtarr ftit, f'din il-ġabra hemm temi oħra li huma importanti ħafna fil-binja ta' soċjetà b'saħħita. L-imħabba, il-maħfra, it-tolleranza, ir-rispett, l-għarfien tal-kobor tal-persuna daqskemm id-dgħufija tal-istess persuna. Fuq kollox il-bżonn li nifhmu li l-bniedem jinħtieġ wieħed lil-ieħor, u li ma teżistix armata mingħajr Ġeneral. Ktibt ħafna poeżiji b'tema reliġjuża, imma ktibt ħafna poeżiji oħra b'temi differenti. F’Id-Djarju ta' Ġensna, ktibt dwar l-istorja tal-poplu u l-gżejjer Maltin; fil-ktieb Tnejn Flimkien hemm bosta temi differenti, problemi soċjali, in-natura, sentimentali, etċ.   

      8.      X’jagħmel Charles Mifsud meta ma jkunx qed jikteb jew jaqra l-poeżija?

Minbarra l-kitba u l-qari, inżomm ruħi attiv f'diversi oqsma oħra. Pereżempju, ili msieħeb fil-kor Notre Dame għal dawn l-aħħar dsatax-il sena, fejn insib l-opportunità li nikteb versi li jiġu mmużikati u esegwiti anke mill-istess kor. Minbarra ż-żewġ oratorji, ktibt Kantata għall-Milied u bosta innijiet  liturġiċi. Nieħu sehem f'żewġ programmi fil-ġimgħa fuq żewġ stazzjonijiet differenti tal-komunità. L-għaxqa tiegħi huma l-erba' neputijiet, wieħed minnhom ġdid fjamant. Inħobb nara t-televiżjoni, ġeneralment sports, kwiżes, u programmi ġeografiċi bħal dawk fuq id-“Discovery Channel”. Dan barra l-intietef l-oħra tal-ħajja. 

     9.      Kemm huwa apprezzat il-poeta f’pajjiżna? X’jista’ jsir biex il-poeżija u l-poeta jingħataw spinta ’l quddiem hawn Malta?

Sfortunatament, f'pajjiżna, kemm il-poeta u l-poeżija m'għandhom dak l-apprezzament mistħoqq.  Dan forsi għax il-poplu tagħna mhux daqshekk ħerqan biex jaqra, u t-tieni, il-maġġoranza ta' dawk li jaqraw iridu storja, x'aktarx emozzjonali, mingħajr ma jkollhom għalfejn iħabblu moħħom. Irrid ngħid ukoll li kultant ċerti poeżiji astratti jkunu tqal u ma jappellawx għal kulħadd. Jiena naħseb li meta wieħed jikteb, irid iżomm quddiem għajnejh mhux biss lil dawk li huma l-aktar intelletwali, imma l-firxa kollha ta' dawk li jistgħu japprezzaw il-kitbiet. Jekk lili ttini l-isbaħ ktieb bir-Russu, żgur li ngħidlek - Le grazzi, m'għandix x'nagħmbih! Biex il-poeżija tkun aktar apprezzata, jinħtieġ li nibdew mill-iskejjel primarji, nifirxu ż-żerriegħa minn kmieni biex dik li tinbet inkomplu nikkultivawha aktar ’il quddiem. Inħoss li fl-iskejjel il-letteratura ma tingħatax dik l-importanza jew spinta bħal suġġetti oħra. 

      10.   Xi tgħid dwar l-impenn tiegħek fi ħdan l-Għaqda Poeti Maltin?

Dwar l-impenn tiegħi fl-Għaqda Poeti Maltin ngħid li għalkemm m'ilix wisq fil-kumitat, inħoss li dħalt għal sfida, għax nemmen li dak li dħalt għalih irrid inwettqu bis-serjetà. Aċċetajt dan l-inkarigu għax inħobb il-kitba, l-aktar il-poeżija, u naħseb li l-għaqda hija l-aktar, biex ma ngħidx l-unika, mutur li baqa' jaħdem sabiex toktor l-imħabba lejn dan. 

      11.   Proġetti oħrajn għall-ġejjieni?

Dwar proġetti oħra fil-ġejjieni, sakemm nibqa' ngħix, issa jmiss sensiela ta' novelli, li nittama li nsib il-mezzi biex nippublikahom. Għandi ktieb ieħor tal-poeżija b'temi differenti lest ukoll, u għalkemm għandi aktar poeżiji miġmugħa, m'inix naħseb dwarhom għalissa, għax mewt u xita, Alla jaf meta!

Poeżiji ta’ Charles Mifsud – mill-ġabra IL-BLATA TIEGĦI, 2011

NARAK
Fid-dlam ta’ ruħi,
b’għajnejja miftuħa beraħ,
ma narakx,
ma narakx.

Imma meta ruħi
tkun mimlija bik,
imqar b’għajnejja magħluqa,
narak hemm,
narak hemm,
tindokrani.

ĦOBŻ IS-SEMA
Dik li kienet l-aħħar ikla ta’ Ġesù,
għall-bnedmin,
saret l-ikla ta’ kuljum.
Kull min jemmen f’għemil Kristu
awl il-lejl qabel miet,
kull filgħodu kif iqum,
għandu ikla mħejjija tistennih.
Ħobż tas-sema li jsostnih,
biex ikompli jimxi triqtu ’l hinn mill-frugħa,
biex jitbiegħed minn kull xkiel li jittradih.

Kull min jiekol minn dal-Ħobż li jhenni r-ruħ,
ma jaqbdux ġuħ.
Kull min jemmen f’dal-misteru, jitma fih,
min fis-sewwa jirċevih,
se jkun ħieles minn kull dnewwa
u se jiret f’isem Kristu... il-qawmien.


 (Patrick Sammut)