Sunday, October 17, 2010

Intervista mal-kittieb Taljan minn VENAFRO, Amerigo Iannacone

“Il-kitba hija ħolqien mix-xejn”

M. Xi tfisser il-kitba għalik?

T. Nista’ nazzarda definizzjoni bħalma hi: li tikteb ifisser tilħaq l-ambizzjoni tiegħek. Imma normalment wieħed ma jistaqsix għaliex jikteb. Jiena bdejt nikteb l-ewwel poeżiji tiegħi sa minn meta kont immur l-iskola Primarja u qa

tt ma għaddieli minn moħħi li xi darba kont se nippubblika x-xogħol tiegħi. Il-kitba kienet u għadha b’xi mod jew ieħor bżonn. Nista’ anki ngħid li li tikteb ifisser li toħloq mix-xejn, bħalma tgħidilna l-etimoloġija tal-kelma poeżija, li ġejja minn verb bil-Latin li jfisser “toħloq”.

M. Liema humal-kotba għal qalbek?

T. Hemm ħafna. Wieħed – dan jista’ jidher banali – huwa l-ġabra tal-Canti ta’ Leopardi. Tista’ tinkludi r-Rakkonti ta’ Edgar Allan Poe, Delitt u Kastig ta’ Dostoevski u ħafna aktar klassiċi tas-seklu 19, fuq kollox dawk Russi u Franċiżi. Aktar qrib tagħna, ħafna mill-poeti tas-seklu 20, partikolarment Sinisgalli, Cardarelli e Quasimodo. Fost ir-rumanzi hemm Il Gattopardo ta’ Tomasi di Lampedusa u Il Deserto dei Tartari ta’ Dino Buzzati.

M. Liema huwa l-isbaħ ktieb li qrajt f’dawn l-aħħar tliet snin?

T. Jeħtieġ li nerġa’ ngħaddi l-kotba li qrajt u nsibha diffiċli niftakarhom u aktar u aktar nagħmel klassifika tagħhom. F’moħħi bħalissa għandi ktieb li laqatni ħafna: Quattro mele annurche, rumanz qasir ta’ Maria Rosaria Valentini, kittieba żagħżugħa u poetessa minn San Biagio Saracinisco u li toqgħod fl-Isvizzera. Huwa isem magħruf mhux ħażin, imma naħseb li għad jissemma iktar fil-ġejjieni fil-qasam tal-letteratura.

Fost il-kotba tal-poeżija, ktieb sabiħ li qrajt dan l-aħħar hu L’orto del poeta ciociaro ta’ Gerardo Vacana.

M. X’inhi r-rabta tiegħek mar-reġjun fejn toqgħod u mar-raħal tiegħek?

T. Naħseb li kulħadd fil-ħażin u fit-tajjeb iħallas xi tip ta’ kera lil artu. U huwa inevitabbli li għal wieħed bħali, li rari tbiegħed mir-reġjun fejn joqgħod, tispiċċa biex tinħoloq relazzjoni ta’ mħabba u mibegħda ma’ art twelidu. Mibegħda għal dawk il-ħwejjeġ li jmorru ħażin u li wieħed jixtieq li jinbidlu, imma ma jista’ jagħmel xejn. L-imħabba ma tistax tispjegaha għaliex. Imma forsi wieħed isir iħobb l-affarijiet li jara ta’ kuljum, il-muntanji, it-toroq, id-djar, is-siġar, u forsi anki ċerti wċuħ jispiċċaw biex isiru parti mill-memorja tagħna.

M. Ir-relazzjoni tiegħek mal-belt fejn tgħix?

T. Jekk qed tirreferi għall-belt fejn ngħix, irrid ngħid li fir-realtà l-post huwa raħal ċkejken u r-relazzjoni tiegħi miegħu hu l-istess bħal dak li għandi mar-reġjun ċkejken li ngħix fih: nista’ ngħid l-istess affarijiet li għedt dwar arti.

Jekk tridni nitkellem dwar il-belt in ġenerali, irrid ngħid li ma jiddispjaċinix li kull tant żmien inżur il-belt għal dak kollu li tista’ toffri, u mhux biss bħala servizzi u kummerċ, imma anki għall-ħajja kulturali u għal-laqgħat siewja li wieħed jista’ jkollu.

Però ma naħsibx li nieħu gost ngħix għat-tul f’belt kbira: fiha tintilef, hemm wisq konfużjoni u ħwejjeġ li jtellfuk, u ħadd ma jaf lil ħadd.

M. Kif wasalt għall-pubblikazzjoni tax-xogħol tiegħek?

T. Wieħed jista’ jagħmel diskors twil ħafna dwar il-qasam tal-pubblikazzjoni u fuq l-għażliet editorjali tal-edituri kbar u mhux daqshekk kbar, li moħħhom biss fil-bejgħ u mhux fil-prodott ta’ kwalità.

Imma jiena, kif inti taf, immexxi dar tal-pubblikazzjoni żgħira u l-kotba nippubblikahom jiena stess.

Min-naħa l-oħra biex nippubblika l-ewwel ktieb tiegħi, ġabra ta’ poeżiji bl-isem ta’ Pensieri della sera, li ħarġet fl-1980, kulma għamilt kien li qbadt manuskritt u ħadtu għand l-istampatur.

M. Qatt attendejt xi korsijiet tal-kitba kreattiva?

T. Le, qatt ma attendejthom, imma flimkien ma’ kollegi oħra, f’xi żewġ okkażjonijiet, għamilna kors flimkien mal-istudenti u r-riżultati kienu ta’ inkuraġġiment. Xi wħud mill-istudenti bdew jiktbu f’dik l-okkażjoni u baqgħu jiktbu. Wara li għamilna seminar f’Caiazzo, fil-provinċja ta’ Caserta, kien ġie ppubblikat volum interessanti bl-isem ta’ La scrittura creativa, flimkien ma’ interventi minn tagħna u reazzjonijiet tal-istudenti.

M. Taħseb li korsijiet bħal dawn huma utli?

T. Nibda billi ngħid li jekk m’hemmx it-talent li wieħed ikun twieled bih, ma hemm l-ebda kors li jista’ jaħdem. Minkejja kollox nemmen li korsijiet ta’ dan it-tip jistgħu jkunu utli, għax għandhom funzjoni partikoari, dik li lil dak li jkun tgħinu jagħraf ċerti kwalitajiet li diġà jkollu moħbijin ġewwa fih. Jistgħu jgħinu lil dak li jkun jagħraf il-kapaċitajiet tiegħu.

M. Liema taħseb huwa l-iktar aspett kumpless tal-kitba narrattiva?

T. Nippreferi ma nitkellimx dwar aspetti kumplessi, imma aktar dwar it-tiftixa tal-ideat u l-mod kif wieħed jirnexxilu jibdilhom f’kitba li taħkmek permezz tal-istil tagħha.


M. Kif tikteb, bil-pinna jew fuq il-kompjuter? Filgħodu jew bil-lejl? Għandek xi “riti” partikolari?

T. Mingħajr kompjuter, trid jew ma tridx, ma tista’ tagħmel xejn. Meta nkun id-dar nikteb – ili diġà numru ta’ snin – direttament fuq il-kompjuter, għax huwa komdu: tista’ tħassar, tikteb mill-ġdid, tkompli fejn tkun ħallejt, u l-bqija. Imbagħad issib it-test diġà lest għall-istampa, għall-gazzetta jew biex tibagħtu permezz tal-posta elettronika. Minkejja dan, il-pinna ma nwarrabhiex, l-aktar meta ma nkunx id-dar, matul xi vjaġġ jew x’imkien ieħor. Dejjem inġorr miegħi aktar minn pinna waħda u spiss insibni bil-bwiet mimlijin b’biċċiet tal-karti b’noti miktubin fuqhom.

L-ebda rit, imma ġeneralment matul il-lejl naħdem aħjar, għax ma jkunx hemm affarijiet xi jtellfu: m’hemm it-telefown idoqq, min iħabbat il-bieb, m’hemm it-tentazzjoni li tieqaf minn xogħlok biex toħroġ jew tiddedika ruħek għal ħwejjeġ oħra.

M. Kif twieldet l-idea li tikteb il-ktieb Il Paese a rovescio?

T. Il-ktieb ta’ rakkonti qosra, Il Paese a rovescio e altre fiabe, twieled bħala “divertissement”, jew aħjar bħala numru ta’ “divertissement”, ladarba t-testi ġew miktuba fuq numru ta’ snin u nġabru f’volum uniku dan l-aħħar. Minkejja dan ittieħed bis-serjetà u ġie apprezzat mill-kritiċi, mhux biss minħabba l-laqta umoristika, imma anki minħabba l-ironija, is-satira meqjusa u minħabba l-intenzjoni li jgħallem li spiss tinħass bejn il-linji mingħajr ma tgħajjik. Forsi mhux sewwa li jiena stess nitkellem hekk dwar il-ktieb tiegħi, imma fir-realtà kulma qed nagħmel hu li nirrepeti dak li qalu ċerti kritiċi jew qarrejja.

M. Tippreferi r-rakkont jew il-poeżija?

T. Naħseb li “tippreferi” mhux il-verb adattatt. Jiddependi mill-waqt. Ejjew ngħidu li nalterna. Minkejja dan, il-kitba poetika, indipendentement mill-valur li l-poeżija tiegħi jista’ jkollha, tagħtini aktar sodisfazzjon. Wara li nikteb poeżija nħossni trankwill u appagat. Irrid ngħid però li darba waħda qarrejja tax-xogħlijiet tiegħi qaltli li r-rakkonti tiegħi donnhom “poeżiji fit-tul” (kienet qed tirreferi għall-ktieb tiegħi Microracconti tal-1991), ħaġa li ħadt gost biha ħafna, u li ġagħlitni naħseb. U fil-fatt m’hemmx qtugħ nett bejn ir-rakkonti u l-poeżiji, bħalma jista’ jkun hemm bejn poeżija u artiklu ta’ ġurnal (għax jiena ħdimt ukoll bħala ġurnalista).

M. Tista’ tagħtina definizzjoni ta’ poeżija u ta’ rakkont?

T. Dan hu verament diffiċli. Jekk tipprova taqra d-definizzjoni tal-kelma “poeżija” f’għaxar dizzjunarji differenti, issib għaxar definizzjonijiet differenti, xi drabi kontradittorji, u tinduna li l-ebda waħda ma tissodisfak. Nistgħu ngħidu x’mhijiex il-poeżija? Mhix passatemp ta’ nhar ta’ Ħadd, mhix żvog fiha nnifisha, mhijiex hobby. Il-poeżija hija fl-istess natura tal-poeta. U hemm il-poeżija meta l-qarrej li jaqra test isib ftit minnu nnifsu.

Ir-rakkont huwa narrazzjoni li jkollha kontenut validu u li tagħti pjaċir permezz tal-istil użat.

M. Kif għażilt it-titlu tal-ktieb Il Paese a rovescio?

T. Huwa l-isem ta’ ħrafa li mbagħad għażilt ukoll għall-ktieb sħiħ. Imma t-titlu hu Il Paese a rovescio għax fir-rakkonti spiss hemm it-taqlib ta’ taħt fuq tar-realtà jew għallinqas tal-mod kif naraw ir-realtà, kważi dejjem fuq nota ironika jew awtoironika.

M. Għandek proġetti f’moħħok għall-ġejjieni?

T. Iva, għandi bosta ħwejjeġ f’moħħi, anki jekk bil-ħajja frenetika li ngħixu u li ta’ kuljum tisfurzana nagħmlu affarijiet li faċilment ngħaddu mingħajrhom (il-kju fl-uffiċċju tal-posta, iż-żjara għand id-dentist, il-faċendi tal-familja...) u li tisforzana nkunu f’postijiet li nippreferu nżommu ’l bogħod minnhom, mhux dejjem insib il-ħin u s-sliem biex niddedika ruħi għall-kitba.

Fost ix-xogħlijiet mibdijin, ġabra tal-poeti li jgħixu fil-provinċja tiegħi, dizzjunarju ta’ personaġġi importanti ta’ Venafro ta’ kull żmien, antoloġija tal-poeżija bl-Esperanto bi traduzzjoni għat-Taljan. Xi ħaġa li għalissa għad m’hemmx: min ma jafx l-ilsien m’għandu l-ebda mod kif joqrob lejn il-produzzjoni poetika bl-Esperanto li anki hija għandha l-importanza tagħha. U għandi affarijiet oħra mibdijin jew ippjanati li nispera li jaraw id-dawl jekk ikolli s-saħħa u nibqa’ ħaj.

Bijografija qasira:

Amerigo Iannacone twieled fl-1950,jgħix f’Venafro, fil-provinċja ta’ Isernia, fir-reġjun ta’ Molise, u jgħallem fil-livell sekondarju. Huwa direttur tal-folju letterarju li joħroġ kull xahar, Il Foglio Volante – La Flugfolio, imwaqqaf minnu stess fl-1986. Hu awtur ta’ aktar minn tletin ktieb li jintrabtu ma’ ġeneri letterarji differenti, fosthom in-narrattiva, il-poeżija, it-traduzzjoni u l-esej. L-ewwel ktieb tiegħu hu tas-sena 1980. Fost il-kotba tal-poeżija l-aktar reċenti għandu Mater (1995), L’ombra del carrubo (2001), Semi (2004), Stagioni, ġabra ta’ ħajku (2005), Versetti e versacci, ġabra ta’ epigrammi (2006), Oboe d’amore – Ama bobojo, ġabra ta’ poeżiji bilingwi, bit-Taljan u bl-Esperanto, u Luoghi (2009). Għandu wkoll ġabriet ta’ rakkonti bħal Cronache reali e surreali (2008) u Il paese a rovescio (2008).

Qaleb bosta kotba, mill-Franċiż għat-Taljan u mit-Taljan għall-Esperanto. Il-poeżiji tiegħu ġew maqluba f’diversi lsna. Irċieva darbejn il-“Premio della Presidenza del Consiglio per la Critica Letteraria”. Għandu wkoll blog: www.amerigoiannacone.wordpress.com

(Din l-intervista saret minn Nadia Turriziani. Maqluba mit-Taljan għall-Malti minn Patrick Sammut)

Żewġ poeżiji ta’ Amerigo Iannacone bit-Taljan:

Sogno

Sogno un tuo caldo bacio

mentre le labbra

effondono parole che non sento.

Tento un sorriso

e non mi viene bene,

non sono certo

quell’io che vorrei.

Sogno quel bacio

che non avro` mai.

Rotola

Rotola il tempo,

precipita

e tutto travolge.

Alle spalle

una scia di rovine

davanti

il mistero.

Tuesday, October 12, 2010

A FORMIA "UMANITA` E CULTURA IN AMERIGO IANNACONE"

Continua la serie di incontri letterari dei “Sabati da Margherita”, a Formia. Il 23 prossimo, alle ore 18, Rita Iulianis e Giuseppe Napolitano presentano “Umanità e Cultura in Amerigo Iannacone” in occasione della nuova edizione del volume “A zonzo nel tempo che fu” (Ed. Eva, Venafro 2010, pp. 96, € 14,00). La prefazione al libro è dovuto alla penna di Adriano Petta, scrittore molisano balzato all’attenzione nazionale per il suo ultimo libro “Ipazia, scienziata alessandrina” e la postfazione è di Tommaso Scappaticci, dell’Università di Cassino. Sarà presente l’autore.

Ecco cosa scriveva, tra l’altro, il critico Francesco De Napoli, in una recensione alla prima edizione del libro: «“Io, che a Ceppagna sono nato e vissuto per tutta la vita, o quasi, non posso che odiarla di tutto cuore”. Cosí scrive, con ironia sottile, Amerigo Iannacone, prendendo in contropiede il lettore e capovolgendo ogni scontato ed edulcorato canone di gratuita bonarietà. È questo un racconto-confessione che spazia dai vibranti ricordi d’infanzia ai ritratti di bizzarri compaesani, il tutto dipinto con levigata disinvoltura e – a tratti – con brusca franchezza, in un misto di crudezza e di commozione.

L’autore fa leva con forza su quella essenziale componente di pietosa comprensione che nasce dall’amore sincero, un sentimento capace di sciogliere ogni radicata forma di risentimento. Lo scopo è quello di tratteggiare con misurata sobrietà le vicende di questo “mucchio di case che non fa sognare gli innamorati”, sdrammatizzando coll’acume necessario circostanze ed episodi che pure vanno raccontati.

L’attaccamento di Iannacone alla sua terra va visto sotto una luce particolare, altrimenti diviene difficile capire i motivi di un periodare cosí tenero e pungente, appassionato e amaro. Il suo sguardo severo implica innanzitutto la conoscenza profonda di svariate aree geografiche, ossia il confronto con diverse realtà umane, ed inoltre un bagaglio culturale elevato e completo, un po’ sull’esempio del piú volte citato nel libro Giacomo Leopardi. Il Grande Recanatese poteva permettersi di guardare al “natio borgo selvaggio” con il compassionevole disincanto di chi, pur conoscendo e sapendo, sente di doversi identificare nel proprio mondo a dispetto dell’ostilità della “gente zotica e vil”. [...]

La piccola Macondo molisana cantata da Iannacone con lampi di autentica poesia è un anello dell’infinita catena dell’esistere: la sua apparente solitudine e la sua fascinosa verginità rappresentano una miniera d’oro per chi voglia studiare e capire le ragioni di dinamiche antropologico-culturali che altrove l’ipocrisia della modernità ha falsato e snaturato.

Anche se “i tempi cambiano” – anzi, proprio perché “ci avviamo verso una cultura omogeneizzata” – dobbiamo essere grati a personaggi come Amerigo Iannacone il quale, testardamente ancorato a una terra senza fiori e senza frutti – “ma solo di radici” – ci impone di riscoprire un’identità smarrita.

Ascoltiamo ammirati questa voce miracolata che si leva fra “lunghi silenzi” con “atavica pazienza”, perché a tanti di noi non è consentito neanche questo. C’è chi ha perso per sempre, distrutto o reciso ogni cognizione della propria lontana provenienza».


Sunday, October 10, 2010

Ġabra ta' poeżiji b'10 lingwi

Patrick Sammut: BEYONDOLTRELIL HINN. {abra ta’ poe\iji. Five Star Printing Ltd., Qormi, 2009. ISBN 978-99932-0-790-1)

Na]seb li {abra poetika ta’ din ix-xorta hija rari ]afna. Nistqarr li g]alija hija xi ]a[a g]al kollox [dida. Ktieb li j]addan numru ta’ poe\iji b’\ew[ lingwi, tlieta kellna f’pajji\na, imma b’g]axar lingwi ma niftakarx. Issa wie]ed jittama li dan l-esperiment jirnexxi billi jintlaqa’ tajjeb.

Patrick Sammut illum kiseb `ertu apprezzament fil-qasam poetiku Malti. Vi`i President tal-G]aqda Poeti Maltin g]al dawn l-a]]ar snin, editur tar-rivista Versi sa mill-2007, collaburatur letterarju tal-gazzetta (pre\entement virtwali) IL-{ENSillum, Delegat tal-Premju Dinji tal-Poe\ija NOSSIDE g]all-G\ejjer Maltin, u g]alliem tal-Malti u tat-Taljan fil-Kulle[[ De La Salle, Kottonera; `ertament, li meta wie]ed ipo[[i dan kollu flimkien jifhem kif wasal ir-ri\ultat a]]ari, ri\ultat li ta stima lil dan il-poeta u po[[ieh fl-ixkaffa tal-a]jar poeti kontemporanji tag]na.

Il-{abra Beyond-Oltre-Lil Hinn t]addan versi b’g]axar lingwi: Ingli\, Taljan, Fran`i\, Grieg, Spanjol, Portugi\, Olandi\, Rumen, Esperanto u naturalment Malti. Biex donnu jag]ti importanza lil ilsien art twelidu, il-poeta g]a\el li l-poe\iji bil-Malti jippubblikahom bil-kaligrafija tieg]u personali. G]at-traduzzjonijiet inqeda bi tradutturi lokali u barranin.

Aktarx li l-qarrej jistenna li fil-ktieb se jsib numru ta’ poe\iji maqlubin f’ilsna differenti. Dan mhux il-ka\ e\att. Veru li `erti poe\iji jinsabu f’ilsna differenti, imma mhux kollha; u l-awtur g]amel sew li ta]t kull poe\ija po[[a l-isem ori[inali tag]ha bl-Ingli\.

Interessanti hija l-opinjoni li taw tliet kriti`i barranin dwar il-poe\ija ta’ Sammut. Dawn huma Agnes Lam minn Hong Kong, Paola Mara De Maestri mill-Italja u Nada-Cella Pop mir-Rumanija. Meta wie]ed jag]sar dak li kitbu jsib `erta relevanza.

A]na [a ltqajna ftit ilu mal-poe\iji ta’ Patrick Sammut fl-a]]ar {abra Tra[itti li qasam mal-poeta Andrew Sciberras. Minn hawn Sammut ]are[ b]ala poeta sensittiv, pa`ifiku, nostal[iku, tal-familja u kollu m]abba u solidarjetaÏ ma’ min ibati. Il-versi tieg]u New York: 11th September 2001, Rwanda 1994 u Tamiet Fierg]a jag]tu idea `ara ta’ min hu tassew dan il-poeta.

Il-poe\iji kollha g]andhom libsa moderna mimlija figuri tad-diskors, spe`jalment metafori u similitudnijiet. Xi w]ud iqarrbu lejn l-ermeti\mu. Il-qarrej m’g]andux jistenna li se jiltaqa’ ma’ xi forma ta’ prosodija jew mu\ikalitaÏ. G]all-poeti moderni dawn huma ]wejje[ tal-img]oddi. Fil-fatt il-poe\ija “moderna” ]afna drabi tqarreb sew lejn il-pro\a. Imma din hi xi ]a[a mistennija kif stqarr darba l-poeta Taljan, Eugenio Montale (1896-1981): Molta poesia d’oggi si esprime in prosa!

Naturalment, ktieb b]al dan jista’ jitqies b]ala ambaxxatur tal-poe\ija Maltija f’artijiet barra minn xtutna, spe`jalment f’dawk il-postijiet partikolari li l-ilsna tag]hom jinsabu fih. Wie]ed irid i\omm quddiem g]ajnejh, li l-poe\ija tinsab fil-]sieb u fl-i\vol[iment tal-istess ]sieb, aktar milli fl-istil. Dan ifisser li l-barranin ser jie]du idea tal-poeta Malti kontemporanju filwaqt li a]na l-Maltin g]andna nqisu din il-{abra b]ala \ib[a o]ra fil-kullana tal-Poe\ija tag]na.

Il-ktieb g]andu pre\entazzjoni tajba ]afna. Huwa stampat pulit u b’qoxra attraenti. Barra dan, il-qarrej isib anki ftit informazzjoni dwar it-tradutturi li ]adu ]sieb jaqilbu l-poe\iji f’xi lsien partikolari.

Na]seb li l-idea wara din il-{abra tinsab fid-Dedika li l-qarrej jiltaqa’ mag]ha fil-bidu tal-ktieb: Lil dawk kollha li permezz ta’ tbissima jag]tu d-dawl lil min qed ibati. Ng]id g]alija, it-tbissima ser nfittixha fis-sodisfazzjon ta’ min jaqra u jifhem il-messa[[ li hemm ma’ kull poe\ija!

ALFRED MASSA

Ara wkoll il-link:

http://www.tellusfolio.it/index.php?prec=/index.php&cmd=v&lev=136&id=10844

Wednesday, October 06, 2010

Intervistat Anselm Sciberras - awtur ta' IL-BIBBJA TIEGĦI

1. Min hu Anselm Sciberras illum? Minn fejn ġiet il-ħajra għall-kitba?


Nittama li Anselm Sciberras illum hu l-istess wieħed li kien il-bieraħ. Jekk le nispera li għax tjieb u tgħallem aktar. Il-ħajja hi esperjenza kontinwa li f'kull sekonda tagħha toffrilek iċ-ċans li tikber, tiżviluppa, taħseb, u titgħallem. Għalhekk nittama li jekk jien differenti, dan għax xrobt xi ħaġa tajba. Dwar il-ħajra għall-kitba sinċerament ma nafx. Nafni dejjem irrid inħarbex xi ħaġa. Min jaf kemm ħarbixt kitba bla sugu, iżda basta qed ngħaqqad sentenzi. Naħseb li bdiet bħala logħob tat-tfal fejn f'idejja flok xi karozza kelli lapes u flok ġugarelli oħra kelli karta.


2. Fil-Kelmtejn Sergio Grech jikteb li “l-letteratura qiegħda hemm biex tiġġenera l-gost.” Kemm taqbel ma’ dan? Tiegħek huma wkoll kitbiet li jikxfu għal darb’oħra l-fatt li dik tal-bniedem hija dinja mgħobbija b’bosta nuqqasijiet. Fejn tidħol l-importanza tar-riflessjoni f’dan kollu?


Ma' dak li qal Sergio naqbel perfettament. Dak li jdejjaq u ma jagħtix gost jiġi mwarrab. In-nuqqasijiet akkumpanjaw lill-bniedem tul ġrajjietu kollha. Biss il-bniedem kiber u żviluppa għax irrifletta dwaru nnifsu, dwar in-nies qribu, u dwar id-dinja sħiħa. Wara kull att, hu x'inhu, għandu jkun hemm riflessjoni. Ir-riżultat tagħha jista' jinħareġ u jintwera b'diversi modi iżda nħoss li l-aqwa riflessjoni toħroġ mid-dinja artistika. Riflessjoni skjetta tista' ma timpressjonax u ma tħallix l-effett mixtieq. Riflessjoni mlibbsa l-libsa artistika tħallik taħseb dwarha u finalment twasslek biex taqbel jew ma taqbilx magħha. Jekk ma taqbilx eventwalment tinħoloq riflessjoni ġdida biex twieġeb il-għala u l-għaliex.... u hekk fl-aħħar mill-aħħar x'imkien u f'xi ħin se joħroġ riżultat pożittiv li jxejjen imqar nuqqas wieħed minn dinjietna.


3. Spiss inti tittratta d-differenza bejn dak li jidher u dak li hu fil-verità. Hi realtà attwali ħafna. Xi tgħid dwar dan?


Nirrepeti l-mistoqsija klassika: Il-verità x'inhi? Inwieġeb u ngħid 'Ma nafx!' Nemmen li r-realtà hi li kollox huwa verità u kollox huwa gidba. Il-faċċata li nuru hi realtà iżda fl-istess waqt gidba ta' dak fuq ġewwa, u dak fuq ġewwa hu realtà iżda gidba ta' dak li nuru fuq barra. Inħoss li fl-aħħar mill-aħħar kull individwu għandu l-verità tieghu. Il-verità individwali toħroġ mill-karattru, mill-mod kif jinħema l-ħsieb, mill-mod kif wieħed jaġixxi, u l-bqija. Qatt ma ħassejt, u nemmen li qatt mhu se nħoss, li hemm verità waħda għall-umanità sħiħa. Il-verità tinbena mill-individwi stess u jkollha fiha influwenzi tal-ambjent, tas-soċjetà, tal-emmna, tad-drawwiet, tal-istorja, tal-ġografija, u l-kumplament. Il-verità tiegħi għalhekk tista' tersaq tixbah lil dik tal-ġar iżda żgur li jien u hu għandna verità differenti. Liem waħda hi l-verità? Inti semmejt il-kliem ‘dak li jidher’ u ‘dak li hu fil-verità’. Din il-frażi tista' tiġi interpretata għal dak li jien insejjaħ il-faċċoliżmu... Il-faċċoliżmu żgur li mhux verità u nħoss li kull bniedem għandu l-element ta' faċċoliżmu jiġri f'demmu, ovvja fi gradi differenti, iżda ħadd mhu safi u meħlus minnu. Għalija din hi l-verità! U naħseb dan ftit jew wisq jirrifletti kemmxejn f'kitbieti.


4. X’għandha n-novella li m’għandux ir-rumanz?


L-ewwel li tinqara u twassal dak li trid tgħid aktar malajr. It-tieni ekonomija fil-kliem li għad-dinja tallum nara li jgħodd ħafna. It-tielet hemm aktar libertà fil-binja tagħha, u r-raba' favorita tiegħi għax inħossni aktar komdu biex inħarbixha.


5. F’IL-BIBBJA TIEGĦI għandek 35 novella ta’ tul medju bejn 3 u 6 paġni. Kemm sibtha ħafifa jew diffiċli biex tillimita r-rakkonti għal spazji daqshekk limitati?


Dawk in-novelli ktibthom fuq numru ta' snin. Kemm domt f'kull waħda ngħid li mhux ħafna. Kemm domt norqom fihom ngħid li ħafna aktar. Kieku kelli nerġa' norqomhom illum naħseb li nieħu aktar, għax wieħed bħal donnu dejjem ifittex aktar perfezzjoni. Kull rakkont fih punt li jrid jilħaq... ġeneralment fl-aħħar paragrafu jew sentenza jekk mhux fl-aħħar kelma. Dak il-punt inqisu l-ġisem waqt li kull kelma li twassal għalih huwa l-ilbies mill-ġlekk sal-flokk ta' taħt. Ġieli fuq il-ġlekk titfa' kowt u skarf u tħallihom, allura sa ma tasal għall-ġisem issib binja ta' ħwejjeġ minn fuq xiex tgħaddi. Ġieli iżda ttajjar il-ġlekk u l-ingravata u tibda mill-qmis biex tasal għall-ġisem. Ngħid li la ħafifa u lanqas diffiċli. Hi normali li tasal għall-punt mill-aħjar mogħdija u x-xogħol bħal jurik waħdu int u tikteb.


6. X’kien li ġagħlek tagħżel titli marbutin mal-isfond bibliku?


Xejn. Bosta min-novelli setgħu ħarġu taħt isem ieħor. Il-ktieb sħiħ seta' ħareġ taħt isem ieħor. L-ewwel ġabra li kont ippubblikajt kont semmejtha "L-Alfabet Tiegħi". L-idea li għalkemm novelli bi stejjer totalment differenti, ikun hemm bħal ħolqa li tgħaqqadhom kienet għoġbitni u hekk mort għall-Bibbja. Iżda fihom m'hemm xejn bibliku ħlief il-ftit mejkap li tajt lill-ġabra meta għaqqadtha fi ktieb. Biss nerġa' ngħid seta' kien "Il-frott tiegħi" jew "L-Ewropa tiegħi" jew ma nafx x'aktar. L-importanti il-punt/qofol/messaġġ tal-ġrajja u mhux l-isem li hu biss kappell fuq il-ġisem.


7. Anselm Sciberras huwa wkoll awtur ta’ pubblikazzjonijiet oħra. Liema huma u xi tgħid dwarhom? Kif qed jintlaqgħu mill-qarrejja?


Bħala pubblikazzjonijiet ħrigt biss ġabra oħra ta' novelli li semmejt qabel. Nittama li ntlaqgħu tajjeb jew almenu intogħġbu minn xi wħud. Fil-bidu tkellimna fuq il-gost. Qabel il-gost tal-qari jiġi l-gost tal-kitba u jekk ma teħux gost tiktibhom allura tkun qisek skrivan qed jimla biss formoli bla ħajja. Il-fatt li ħadt gost niktibhom għalija hu ħafna. Jekk qed ikunu ta' gost għal min jaqrahom jew jismagħhom, allura dak bonus. Xogħlijiet tiegħi li naf li ntlaqgħu tajjeb huma versi li ktibt għal diversi għaqdiet fil-forma ta' Innijiet u Kanzunetti u ħwejjeg simili. Dawk naf żgur li tawni gost u taw gost għax mas-sabiħ tal-kelma kien hemm miżżewġa s-sbuħija tal-mużika.


8. Żgur li kittieb tajjeb ma jridx biss ikun osservatur tajjeb imma anki bniedem li jaqra ħafna, inkluża l-letteratura dinjija. Kif tirreaġixxi għal dan?


Darba, il-Professur Oliver Friggieri kien eżaminatur f'konkors li kont ħadt sehem fih. Wara li tħabbar ir-riżultat, li kien tani ħafna sodisfazzjon meta jien kelli 16, u f'dan il-konkors kienu pparteċipaw nies bħal Kilin u oħrajn ferm stabbiliti, kont mort għandu biex jagħtini xi pariri dwar kitbieti. L-iqsar parir li kien tani, imma żgur l-aktar wieħed utli kien, "Aqra u aqra. Aqra kemm tiflaħ u aqra kollox." Il-qari jiftaħlek orizzonti li lanqas qatt tkun ħlomthom, l-imbiegħed iġibulek qrib, il-moħħ jitgħallem josserva aktar, jistaqsi aktar, jasal jifforma ħsieb aktar... u meta dan kollu jimla l-vini bilfors li jkun irid isib żbokk.... u hekk tiġri lejn it-tastiera tal-kompjuter u tibda tikteb u minn dak li tikteb tislet dak li tħoss bnin u twarrab dak li kien mhux irfinut.


9. L-azzjoni tan-novelli tiegħek frixtha kemm temporalment kif ukoll spazjalment. Ma bqajtx marbut biss mal-preżent u lanqas mal-ambjent prettament lokali. Kemm jgħin dan biex il-kitba tiegħek tilħaq il-livell universali?


L-azzjoni nbniet kif inbniet u daħlet f'liem lok jew perjodu li fih daħlet sempliċiment għax ħassejt li hekk kien neċessarju biex nasal għall-punt. Ma kelli f'moħħi ebda ħsieb ieħor. Dawwart il-wild bl-aktar benniena li ħassejt addattata biex seta' jiżviluppa fiha. Fil-bidu għedt li ma nemminx f'verità wahda, biss issa ngħid li nemmen f'umanità waħda. Jekk fin-novelli tiegħi hemm passaġġ li jista' jolqot Malti, persważ li jista' jolqot ukoll lil xi ħadd iehor x'imkien ieħor fuq dan il-globu għax fl-aħħar mill-aħħar ilkoll nixxemmxu taħt l-istess xemx u lkoll ngħidu ajma meta nweġġgħu. Żerriegħa waħda hi foresta sħiħa u foresta sħiħa hi żerriegħa waħda.


10. Kemm taqbel mal-fatt li llum aktar minn qabel jinħass il-bżonn li l-letteratura bil-Malti tinqara anki mill-barrani u b’hekk jeħtieġ li tibda tinqaleb iktar għall-ilsna barranin?


Li l-kitba Maltija tinqara minn popli oħra hi ħolma/ħaġa sabiħa, iżda qabel dik nemmen li l-ewwel għandha tinqara mill-Maltin. Meta l-Malti, mill-ogħla awtorità sal-iċken ċittadin, ikun kburi bil-fatti b'ilsienna u bil-letteratura tagħna bħalma huma l-Franċiżi b'tagħhom eżempju, imbagħad ħalli nixħtu r-riżorsi fuq it-traduzzjonijiet. Biss inħoss li għadna 'l bogħod għaliex għadna sal-lum inħallu lill-Malti jiġi insolentat bla ma forsi nintebħu - b'avviżi, b'servizzi, b'formoli, b'taħdidiet, bi żbalji ortografiċi ħoxna fejn m'għandhomx jidhru. Għalhekk ngħid li r-riżorsi għandhom imorru biex intellgħu lill-Malti u l-fergħat kollha ta' lsienna inkluża l-letteratura, fuq l-ogħla pedestall hawnhekk fuq gżiritna stess.


11. Fid-dawl tal-kwistjoni li għaddejja bħalissa dwar iċ-ċensura, skond int fejn għandha tinqata’ l-linja bejn il-vera arti u l-kitba rħisa u sensazzjonalistika? Taqbel li f’dawn il-każi qed isiru abbużi fejn jidħol il-kunċetta ta’ arti, anki f’isem il-profitti immedjati?


Ma tantx għandi xi ngħid dwar din. L-emmna tiegħi hi li kull tip ta' ċensura għandha titneħħa. Linja waħda hemm għalija - qerda totali taċ-ċensura. Barra li llum il-liġi taċ-ċensura, bħal liġijiet oħra, huma farsa fid-dinja tas-satelliti, internet, u dinja villaġġ, inħoss li kull individwu adult għandu jiddeċiedi hu x'jara, x'jaqra, x'jisma'. Moħħ ċar u f'postu mill-ewwel jagħraf dak li hu artistiku u dak li hu biss kummerċjali u bla valur.


12. Proġetti għall-ġejjieni?


Għada jisbaħ jum ġdid. Ma' ftuħ għajnejja jerġgħu ifiġġu l-istess ħsebijiet u xewqat ta' dawk il-ħwejjeġ li noħlom li nwettaq. X'nilħaq nagħmel minnhom il-Bambin biss jaf. Iż-żmien ħarba u aħna bla nifs niġru biex inlaħħqu xi ftit miegħu.


PATRICK SAMMUT

Monday, October 04, 2010

Critical comment on BEYOND-OLTRE-LILHINN - multilingual poetry collection by Patrick Sammut

A MULTILINGUAL RHAPSODY

Patrick Sammut: beyond, oltre, lil hinn : a collection of poems in several languages; publication – the author, 2009; 124 pp. €8

Patrick Sammut is the vice-president of the Maltese Poets Association (Għaqda Poeti Maltin) and a very prolific and worthy poet. As everybody knows, one of the Għaqda’s aims is to diffuse poetry in various languages, and thus make more and more contacts with foreign poets from different countries. Sammut has embodied this praiseworthy factor into the 124 pages of his latest book, with a fabulous display of poems in English, Italian, Romanian, French, Spanish, Portuguese, Greek, Dutch and Esperanto. A veritable feast not only for the poetry-lover’s eyes, but also for those who are interested in other languages.

Leafing through the book, I immediately went for (and greatly enjoyed) those poems I could understand and, typical of Sammut’s style, they are beautiful, mellow in tone and highly readable, in spite of the occasional shift from blue to deep purple, as the poet’s mood varies. Where I could not understand the language, the complementary comments to each section by various scholars, amply and clearly gave equal credit to Sammut’s poetic substance.

But, logically, I really went for the poems in English, in Italian and in French, poems I understood and thoroughly enjoyed. Among the English ones, Solid, A Son’s Lament and Reflections are truly impressive; Ricordo di Ravenna, Con Te Vicina and Figlio del Sole get top marks in the Italian section, whilst Quand tu laisses le temps derrière toi, Vains espoirs and Un toast à la paix are real gems in the French section. Indubitably, those who can read the other languages will have a greater treat. An innovation in this book are the autographed poems in the original Maltese, which will allow the reader to compare the translated version with the poem itself.

The cover of this book is a detail from Turner’s celebrated painting Lake of Zug: Early morning, 1843 (which features in miniature on the back flap). Nothing could fit better with the multi-coloured hues of the poems in the book and the varied moods of the poet himself. Indeed this is a poetry book with a difference; and not because of the poetic ramble through various languages. This is simply a book of very good poetry.

Alfred Palma

See also this link in Italian:

http://www.tellusfolio.it/index.php?prec=/index.php&cmd=v&lev=136&id=10844

Pubblikazzjoni ġdida mill-pinna ta' Patrick Sammut

Ftit tal-ġimgħat ilu ħareġ il-ktieb għat-tfal, AVVENTURA ŻGĦIRA F'TA' QALI U STEJJER OĦRA, ta' Patrick Sammut. Il-pubblikatur huwa l-MUT Publications, u l-ktieb huwa parti mis-sensiela Kotba Sagħtar. AVVENTURA ŻGĦIRA F'TA' QALI U STEJJER OĦRA (2010) jiġbor fih 19-il storja li huma mmirati għall-qarrejja ta' bejn wieħed u ieħor it-tmienja u l-ħdax-il sena. Fih 93 paġna, b'Kelmtejn Qabel ta' Charles Magro, Editur tal-Kotba Sagħtar. Huwa ktieb imżewwaq (inkluża l-qoxra) bid-disinni sbieħ u kkuluriti ta' Cliff Xuereb. Bosta stejjer jittrattaw esperjenzi li jgħaddu minnhom it-tfal, oħrajn iqiegħdu għadd ta' annimali bħala protagonisti, filwaqt li l-ispazji li fihom iseħħu l-azzjonijiet tal-istejjer jimirħu minn Malta, il-Mediterran, l-Orjent, u spazji oħra bħall-foresta jew il-ġungla, il-baħar, il-muntanja, iċ-ċirku, il-belt u l-iskola. Bosta stejjer għandhom mill-istil tal-ħrafa.
Parti żgħira minn dawn l-istejjer kienu diġa' dehru fir-rivista Sagħtar, imma l-bqija qed jidhru għall-ewwel darba. Huma kollha stejjer miktubin b'lingwa u stil mexxejja u li ma jtulux iktar minn tlieta jew erba' paġni u żgur għandhom jinżlu għasel mal-qarrejja żgħar.